IL-MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI U L-MINISTRU TA' L-INTERN JITKELLMU DWAR L-EWWEL PASS LEJN EGOVERNMENT
Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, Dr.Austin Gatt, qal li l-pro'ett tal-Gvern imsejjaħ eGovernment mhux xi ħa'a għal dawk li għandhom kompjuter f'darhom biss, imma huwa servizz li jmur lil hinn minn hekk, u li jipprova jkisser dik li qed tissejjaħ il-‘firda di'itali' – fejn jinħolqu distakki soċjali 'odda bejn min għandu għarfien tal-kompjuter u min m'għandux.
Huwa qal dan waqt it-tnedija uffiċċjali ta' servizz 'did li permezz tiegħu, kull min jikri xi proprjeta` mingħand il-Gvern, minflok iħallas il-kera għand id-Dipartiment ta' l-Artijiet, fil-Ber'a tal-Baviera, il-Belt Valletta, jista' jħallas f'kull uffiċċju tal-Kunsilli Lokali f'Malta u '�awdex. Din it-tnedija saret fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali ta' l-Isla.
Dr. Gatt qal li din is-sistema se tolqot madwar 20,000 ruħ, u fil-Kottonera biss hemm 2,200 persuna li jikru proprjeta` mingħand il-Gvern. Huwa faħħar l-impenn tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u kif ukoll lid-Dipartiment ta' l-Artijiet – b'mod speċjali lit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern fi ħdan l-istess Dipartiment – li ħadmu bla heda sabiex din is-sistema 'dida ssir realta`.
"Dak li qed inniedu llum kien jinvolvi ħafna dak li jissejjaħ back-office re-engineering fejn biddilna l-għan tal-ħidma tad-Dipartiment minn fuqu nnifsu u ffukajna fuq il-ħtie'a tal-klijent tagħna – il-pubbliku," kompla Dr. Gatt
Il-Ministru Gatt ikkonkluda l-intervent tiegħu billi qal li għal darb'oħra l-Kunsilli Lokali qed juru mhux biss kemm huma pro-attivi, iżda wkoll li qed ifittxu dejjem li joperaw għall-'id tal-komunita li jirrapreżentaw.
Il-Ministru ta' l-Intern, Dr. Tonio Borg, li kien preżenti wkoll għal din it-tnedija, qal li l-mod kif dan is-servizz qed jitressaq lejn il-pubbliku, juri l-impenn tal-Gvern li jkompli jwettaq il-prinċipju tad-devoluzzjoni.
Dwar id-Dipartiment ta' l-Artijiet – li tiegħu huwa responsabbli l-Ministru Borg, huwa qal li din hija inizzjattiva oħra relatata ma' dan id-Dipartiment. Dan għaliex, l-istess Dipartiment di'a` kien involut fil-politika tal-Gvern dwar l-għoti ta' proprjeta` tal-Gvern lill-Kunsilli Lokali. Huwa semma wkoll l-emendi li l-Ministeru tiegħu ressaq fil-Parlament aktar kmieni f'din il-le'islatura u li permezz tagħhom, il-Kunsilli Lokali saru jistgħu jgħaddu proprjeta` pubblika mogħtija lilhom mill-Gvern, lil terzi persuni – wara li joħor'u sejħa għall-offerti skond ir-regolamenti finanzjarji tagħhom.
Huwa kkonkluda billi saħaq li s-sistema 'dida inawgurata llum hija waħda li verament tressaq il-ħidma tal-Gvern viċin tal-poplu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN