Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI JATTENDI L-EWWEL MINN SENSIELA TA' LAQGĦAT MAL-KUMERĊJANTI TAL-LOKALITAJIET DIFFERENTI TRATTATI MIR-RETAIL STUDY FOR THE MALTESE ISLANDS

PR1483
Date Icon 01/11/2000

F'laqgħa li kellu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, l-Onor Edwin Vassallo, ma' kummerċjanti fil-lokalita' ta' San Ġwann, huwa qal li hu mportanti li l-proċess ta' konsultazzjoni mas-settur tal-kummerċ ikun lest qabel jinbidlu l-kriterji li fuqhom qegħdin jinħar'u jew inkella jkunu trattati permessi tan-negozju. Huwa esprima s-sodisfazzjon tiegħu li l-SBU flimkien ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed tniehdi din is-sensiela ta' laqgħat bil-ħsieb li ji'i trattat ir-Rapport.

Filwaqt li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar formalment ser ikollha diskussjonijiet pubbliċi dwar dan ir-rapport, l-SBU għandha fit-terms of reference tagħha l-politika kummerċjali lokali u d-dmir li tiddiskuti l-iżvilupp infrastrutturali u dak kollu li għandu x'jaqsam ma' l-ippjanar ta' l-iżvilupp kummerċjali fl-irħula u fil-komunitajiet tagħna. '�alhekk huwa qal li ma nistgħux ma narawx l-importanza f'okkażjoni bħal din u għaldaqstant nemmnu li huwa mportanti ferm li nagħmlu dawn it-tip ta' laqgħat. Huwa rrefera għal-lokalita' ta' San Ġwann u qal li din kienet l-ewwel lokalita' minn diversi lokalitajiet trattati mir-rapport u li fihom hemm ippjanati laqgħat tul ix-xahar ta' Novembru fuq dan l-istudju.

Is-Segretarju Parlamentari tenna li dan il-proċess ta' konsultazzjoni huwa ta' nteress partikulari għas-self-employed, għal min hu sid ta' ħanut u dawk kollha li jaħsbu li għad ikollhom xi opportunita' ta' żvilupp ta' negozju. F'dawn il-laqgħat, uffiċċjal mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar ser ikun preżenti biex jagħti spjegazzjoni ta' xi aspett jew ieħor mill-istudju li jkun jolqot il-lokalita' konċernata biex imbagħad il-Kunsilliera responsabbli u l-kummerċjanti tal-lokal ikunu f'pożizzjoni li jagħtu l-veduti tagħhom.

Is-sur Vassallo tkellem dwar dan l-istudju li hu marbut mas-settur tar-retailing, u qal li jinnota b'sodisfazzjon statistika uffiċċjali li turi li s-self employed żdiedu minn Settembru li għadda għal Settembru ta' din is-sena b'żjieda ta' 752, ji'ifieri minn 15,427 self-employed f'Settembru ta' l-1999 għandna issa 16,179. Huwa sostna li għalkemm iċ-ċifri tas- self-employed jigbru fihom kull min jaħdem għal rasu u jinkludu wkoll per eżempju kaħħala u bajjada, jekk inħarsu speċifikament lejn dawk kollha nvoluti fis-settur tal-wholesale u r-retail ji'ifieri dawk li għandhom ħwienet ta' l-ingrossa jew inkella kull min hu nvolut fir-retailing, dawn ukoll irre'istraw żjieda ta' 558 fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra, ji'ifieri minn Settembru tas-sena li għaddiet sa Settembru ta' din is-sena.

Is-Segretarju Parlamentari qal li dawn huma numri rejali u l-punt tat-tluq tagħna għandu jkun li f'dan il-pajjiż aktar ma jiżdiedu dawn in-numri aktar irridu naħdmu ħalli nsostnu rejalment lil min issa qiegħed self-employed fin-negozju tiegħu jew qiegħed jimpjega lin-nies u qiegħed fil-wholesale u r-retail. Huwa sostna li dan kollu jindika li t-talba għall-ħwienet fil-komunitajiet tagħna ser tiżdied ukoll u quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ser ikun hemm iżjed talbiet għall-ħwienet jew inkella attivitajiet kummerċjali mhux biss fiċ-ċentru tar-raħal imma barra miċ-ċentru tar-raħal.

Huwa stieden lill-kummerċjanti preżenti biex jagħmlu d-domandi u l-kummenti tagħhom lir-rappreżentant ta' L-Awtorita' sabiex bħal ma 'ara fil-każ tan-North Harbour Local Plan, għax San Ġwann ukoll kienet inkluża f'dak ir-rapport, l-SBU tkun tista' ti'bor u tgħaddi dawn il-kummenti lilll-Awtorita' ta' l-Ippjanar f'isem is-settur tan-negozju ta' kull lokalita'.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow