FESTIVAL NAZZJONALI TAZ-ZGHAZAGH 2000
Fil-week-end li ghadda, il-Kumitat tal-Festival tal-Kanzunetta, flimkien mas-Segretarjat Parlamentari ghaz-Zghazagh, regghu ghal darb'ohra zammew l-appuntament taghhom ghall-Festival Nazzjonali taz-Zghazagh. Dan it-tieni edizzjoni, li saret fil-Lukanda New Dolmen f'Bugibba, kellu l-isem ta' FRESH. Kif jixhed l-isem tal-Festival ta' din l-edizzjoni, ghal darb'ohra din is-sena rajna fih l-aqwa element muzikali frisk u zaghzugh u kif ukoll tifsila gdida minn tas-sena l-ohra. Din is-sena kien ambjentat daqslikieku f'night club. Din is-sena wkoll it-12-il kanzunetta li gew maghzula minn 40 kienu trasmessi dirett fuq stazzjon televiziv.
Kien festival li ghal darb'ohra rega' ta spazju lill-kantanti, kompozituri u awturi zghazagh godda fil-qasam muzikali u ohrajn li qabel qatt ma kellhom l-opportunita' li jiehdu sehem f'festivals ta' livell Nazzjonali. Din hija sewwasew ir-responsabilta' li ghandhom dawk fil-qasam taz-zghazagh, li jaraw li jkunu kkrejati wesa' ta' opportunitajiet u attivitajiet li jolqtu l-interessi diversi taz-zghazagh. Bhalma rajna f'dan il-festival, iz-zghazagh li ppartecipaw hassew li l-attivita' taghhom hija wahda valida u li timmerita impenn. Permezz ta' dan il-festival zghazagh li qabel qatt ma kellhom ic-cans li jiehdu sehem fiz-zewg festivals l-ohra, issa qed isibu l-opportunita' sabiex johorgu t-talenti taghhom fil-berah. Festival li qed jaghti spazju lill-protagonisti mhux maghrufa, fejn jistghu isemmghu il-hila mohbija taghhom. Ghal darb'ohra din is-sena il-Festival taz-Zghazagh rega' kien ta' mbuttatura sabiex talent gdid u zghazagh jibqa' jitrawwem u joktor.
Din is-sena, bhala l-mistiedna principali f'din is-serata, Fresh kellu lil zewg gruppi zghazagh, Wintermoods u l-Characters li ghalqu bil-kbir din is-serata specjali.
Prosit tassew lill-kantanti u z-zeffiena kollha li holqu serata divertenti – prosit tassew b'mod partikulari lir-rebbieha ta' din is-sena, Joanna Sciriha, li flimkien mal-kompozitur Conrad Briffa u l-awtur Deo Grech, rebhu bil-kanzunetta taghhom Birds of Love.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN