IL-MINISTRU NINU ZAMMIT JINAWGURA SALA GDIDA TAL-KOPERATTIVA TAL-BDIEWA FL-IMGARR
Fil-gimghat li gejjin, il-Gvern mistenni jippublika l-abbozz tal-ligi li tahseb ghat-twaqqif ta' l-Ghaqdiet tal-Produtturi, qabel ma titressaq ghad-dibattitu fil-Parlament. Dan habbru l-Ministru ta' l-Agrikultura u Sajd, il-Perit Ninu Zammit waqt li kien qieghed jinawgura sala gdida fil-bini tal-Koperattiva tal-Bdiewa ta' l-Imgarr.
Huwa spjega li permezz ta' din il-Ligi, il-produtturi ser ikunu jistghu jinghaqdu f'organizzazzjonijiet skond dak li jipproducu. Dawn l-organizzazzjonijiet ikollhom l-obbligu u d-dritt li jqassmu s-suq f'dak il-prodott partikolari fl-ahjar interess kemm tal-membri taghhom, il-bdiewa, kif ukoll tal-konsumatur in generali. Il-Ministru qal ukoll li dawn l-ghaqdiet ikunu rikonoxxuti mill-Gvern sabiex jinghataw ghajnuna biex jintervjenu sabiex izommu l-prezzijiet milli jaqghu taht livelli li ma jhallux l-operat tal-produtturi finanzjarjament vijabbli.
Il-Ministru Zammit fakkar li finalment huwa l-konsumatur li jiddetta l-forzi tas-suq, u ghaldaqstant kulhadd ghandu jifhem li l-produzzjoni ghandu tkun indirizzata lejn il-htigijiet ta' dan l-istess konsumatur, kemm bhala il-kwalit'?, kemm bhala il-varjet'? u anke bhala il-kwantit'? tal-prodott.
Il-Ministru ghalaq billi fahhar l-impenn li qed turi din il-Koperattiva sabiex timmodernizza u tkabbar il-facilitajiet taghha. Huwa sahaq fuq l-importanza ta' l-ghaqda li permezz taghha mhux biss tigi s-sahha, izda wkoll ikun hemm il-possibilit'? li jsiru sforzi kollettivi b'rizultati ta' produzzjoni iktar efficjenti.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN