Left arrow Go Back

WHITE PAPER DWAR VIŻJONI U STRATEĠIJA SABIEX JINKISEB L-eGOVERNMENT

PR1467
Date Icon 27/10/2000

Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr. Austin Gatt qal li t-tnedija tal-White Paper intitolata "Vision and Stategy for the Attainment of eGovernment", huwa pro'ett ambizzjuż li ghandu importanza vitali għall-futur ta' pajjizna.

"Qegħdin inniedu viżjoni u stategija għall-metodu ta' ħidma 'dida ta' l-apparat kollu tal-Gvern," sostna Dr. Gatt. Huwa qal dan f'ċerimonja li matulha kienet ippreżentata White Paper li permezz tagħha l-Gvern qed jitlob 'l pubbliku sabiex jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dak li l-Gvern qed jipproponi li jwettaq f'settur daqshekk importanti bħal m'huwa dak tat-teknolo'ija ta' l-informatika.

Il-Ministru Gatt qal li l-viżjoni mħabbra llum minbarra li titratta dwar kif il-Gvern se jiffoka s-servizzi tiegħi fuq l-ħti'ijiet tal-pubbliku Malti u Għawdxi, il-Gvern irid ikun ukoll il-promotur prinċipali sabiex anke s-settur privat jinkludi ruħu f'din l-inizjattiva, għaliex b'hekk bis inkunu nistgħu niksbu dik li tissejjaħ e-society.

"Din l-inizjattiva m'hijiex biss dwar strutturi u edukazzjoni, iżda prinċiparjament dwar bidla fil-mentalit'� ta' kif drajna naħdmu," kompla Dr. Gatt, m'hijiex biss kwistjoni li tiddependi fuq il-Gvern, izda ferm aktar bħala poplu – u jekk ma jagħmilx hekk, pajjiżna se jibqa lura."

Fost l-inizjattivi li l-Gvern se jniedi fix-xhur li 'ejjin, bhala parti minn din l-inizjattiva huma l-hlas ta' kirjiet tal-Gvern fl-uffiċċji tal-Kunsilli Lokali, servizz ta' Customer Care elettroniku għal kull servizz offrut mill-Gvern , u kif ukoll il-ħru' ta' licenzji minn sors wieħed.

"Dawn huma biss inizjattivi zgħar tal-pro'ett kollu li qed insejjħu eGovernemt – għaliex il-kisba ta' dan il-pro'ett hija waħda li dejjem tevolvi u li żgur li bl-iżviluppi dejjem 'odda f'dan il-qasam, qatt m'aħna se nieqfu milli nippruvaw nakkwistaw dejjem 'odda f'dan il-qasam, qatt m'aħna se nieqfu milli nippruvaw nakkwistaw dejjem aktar servizzi għall-'id tal-poplu Malti u Għawdxi," qal Dr. Gatt.

Il-Ministru Gatt temm billi għamel appell ‘l dawk kollha li jinteresshom dan il-qasam sabiex jirreagixxu għal din il-White Paper, biex b'hekk inkomplu nibnu fuq il-proposti li qed jagħmel il-Gvern.

Għaċ-ċerimonja attendew fost l-oħrajn, is-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u ċ-Chairman tal-Mitts is-Sur Joseph R. Grima, iċ-Chief Executive tal-Mitts is-Sur David Spiteri Gingell, il-konsulent tal-Managemet Efficiency Unit fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru s-Sur Paul Mifsud Cremona u l-A'ent Kap tal-Central Information Management Unit Dr. Hugo Agius Muscat li għamel ukoll preżentazzjoni dwar il-punti prinċipali ta' din il-White Paper.

Proposti jibqgħu jintlaqgħu mill-pubbliku sas-17 ta' Novembru 2000 u jistgħu jintbagħtu fuq e-mail cimu@magnet.mt, fuq l-Internet http://cimu.magnet.mt, jew inkella bil-posta lil Chief Information Management Officer, Central Information Management Unit, Uffiċċju tal-Prim Ministru, Auberge de Castille, Valletta CMR02.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow