Left arrow Go Back

PUNTI MINN INTERVENTI LI L-ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH, MINISTRU GĦALL-AMBJENT, GĦAMEL WAQT LI NIEDA T-TALBA GĦAL PROPOSTI GĦALL-IŻVILUPP, KOSTRUZZJONI U OPERAZZJONI TAL-PROĠETT GĦAD-DĦUL TAL-BELT

PR1462
Date Icon 27/10/2000

Issa li tlesta x-xogħol ta' restawr tal-Kavallier ta' San Ġakbu, li nbidel fiċ-Ċentru ta' Kreattivita`, kif wiegħed fil-Programm Elettorali, il-Gvern se jgħaddi biex jibda l-proċess ta' l-implimentazzjoni ta' wegħda oħra elettorali, dik li jibni s-sit fejn qabel kien it-Teatru Rjal.

Il-Gvern fetaħ aktar l-iskop ta' dan il-pro'ett biex issa se jinkludi:

  • il-bini ta' teatru għal attivitajiet diversi li jakkomoda 1,000 persuna. Dan se jinbena fejn kien qabel it-Teatru Rjal. Flimkien mat-teatru se jkun hemm spazju anċillari u faċilitajiet oħra `l fuq mil-livell tat-triq u żew' sulari taħt il-livell tat-triq li fihom se jkun hemm bini li jilqa' attivitajiet relatati mal-kultura.

  • It-twaqqiegħ tal-bini kummerċjali fuq in-naħa ta' 'ewwa ta' Misraħ il-'�elsien biex jinkixfu s-swar tal-Kavallier ta' San Ġakbu u biex ikun jista' jinbena' mill-'did Bieb il-Belt skond id-disinn ta' Renzo Piano.

  • Il-bini ta' blokk kummerċjali għoli erba' sulari fuq Triq ir-Repubblika, f'Misraħ il-'�elsien. Dan se jinbena' b'tali mod fuq il-livell tat-triq biex Misraħ il-'�elsien jibqa' jidher minn Triq ir-Repubblika.

  • Il-bini ta' parke'' għal erba' mitt karozza taħt il-livell tat-triq u taħt is-sit tat-Teatru Rjal u Misraħ il-'�elsien.

  • Il-bini ta' żew' sulari ta' spazju kummerċjali taħt il-livell tat-triq fis-sit ta' Misraħ il-'�elsien.

  • It-twaqqiegħ tal-Bieb eżistenti tal-Belt u l-bini minfloku ta' Bieb u pont skond id-disinn ta' Renzo Piano. Din il-parti tal-pro'ett tinkludi l-iżvilupp ta' aċċess li jagħmel parti mill-Mina l-Qadima tal-ferrovija u mill-Foss taħt Bieb il-Belt għall-kumpless taħt l-art li se jinbena' taħt Misraħ il-'�elsien u s-sit tat-Teatru Rjal.

  • Il-bini ta' Bus Terminus 'did.

Dan il-pro'ett ambizzjuż se jitwettaq skond disinji preċiżi li se jipprovdi l-Gvern.

Il-Gvern qed jikkunsidra diversi xenarji għall-iffinanzjar tal-pro'ett li kollu mistenni jiswa madwar Lm40 miljun. Ix-xenarju bażi għall-finanzjament jaħseb li n-nefqa kapitali għall-iżvilupp taċ-Ċentru ta' l-Arti issir minn Kumpannija mwaqqfa apposta għall-iskop ta' dan l-iżvilupp u finanzjata minn

  • self mill-banek għal perjodu fit-tul ta' żmien, u

  • dħul annwali mill-kera tal-Kumpannija tas-sit taħt Misraħ il-'�elsien lis-Sieħeb għall-Iżvilupp li jintgħażel.

Id-Development Brief li se joħro' il-Gvern għandu jwassal għal qafas flessibli f'rispett ta' dawn il-komponenti, u hekk jippermetti partijiet interessati l-flessibilita` li jiddeterminaw u jipproponu soluzzjonijiet għal finanzjament alternattiv.

Xenarju ieħor għall-finanzjament ta' dan il-pro'ett hu dak tal-leaseback. L-alternattiva hi li s-Sħab fl-Iżvilupp jippreżentaw proposti fuq il-bażi li ċ-Ċentru ta' l-Arti jinbena u jkun iffinanzjat mis-Sieħeb fl-Iżvilupp u jinkera lura lill-Gvern jew kumpannija mwaqqfa mill-istess Gvern għal żmien definit b'kera annwali li tkun miftiehma. F'tarf il-perjodu ta' snin miftehma ċ-Ċentru ta' l-Arti jsir tal-Gvern.

Il-Gvern jifhem il-viżjoni wara dan il-pro'ett u l-valur tiegħu mhux biss għal-lum iżda anke għall-'enerazzjonijiet futuri. Fit-3 ta' Novembru, 2000, il-Gvern se joħro' proposti għall-iżvilupp, bini u operazzjoni għall-pro'ett tad-dħul tal-Belt Valletta. Is-Sejħa għall-proposti tagħlaq fit-28 ta' Frar, 2001.

Il-pro'ett kollu mistenni jibda fl-aħħar tas-sena d-dieħla u jitlesta minn kollox fi żmien ħames snin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow