Left arrow Go Back

5 SNIN MILL-FTUH TAL-HAMRUN DAY CENTRE

PR1454
Date Icon 26/10/2000

Illum il-Hamis, 26 ta' Ottubru 2000, huwa l-hames anniversarju mill-ftuh tad Day Centre fil-Hamrun, fejn jattendu madwar 150 anzjan u anzjana mill-lokalitajiet tal-Hamrun, Marsa, Gwardamanga u Santa Venera.

Waqt attivita' socjali, Dr Antoine Mifusud Bonnici, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali kellem lill-anzjani prezenti. Dr Mifsud Bonnici qal li jiehu gost jara daqshekk anzjani jattendu d-disa' Day Centres ghax b'hekk huma jibqghu izommu ruhhom attivi u jibqghu jintegrati fis-socjeta' Maltija. Is-solitudini, forsi hija l-akbar ghadu ta' l-anzjani, specjalment ta' dawk li jghixu wehidhom. Ghalhekk, fid-Day Centres huma jghaddu gurnata flimkien mit-Tnejn sal-Gimgha, fejn fost affarijiet ohra l-anzjani jkunu jistghu jitkellmu, jiddiskutu jew jaqsmu l-esperjenzi taghhom flimkien, isibu min jismaghhom u jiehu hsiebhom. Fid-Day Centres l-anzjani taghna naghlmuhom kif ikunu independenti, partecipanti, sodisfazzjon f'dak li jaghmlu, kura ghal sahhithom u fuq kollox id-dinjita' taghhom. Ghalhekk, kompla Dr Mifsud Bonnici, irridu nassiguraw biex ghal gejjieni, l-anzjani jghixu "l-ahjar zmien ta' hajjithom" meta jkunu rtirati.

Dr. Antoine Mifsud Bonnici filwaqt li enfasizza li l-attivitajiet li qed isiru fid-Day Centres kollha ser jibqghu isiru, kompla jaghti aktar dettalji dwar inizzjattivi godda li mis-sena d-diehla ser jibdew jiffunzjonaw fid-Day Centres kollha immexxija mill-Gvern. Huwa qal li l-anzjani ghandhom ikunu immotivati biex ikunu involuti f'kull attivita' li jistghu jiehdu sehem fiha. L-anzjani ghandhom isibu l-inkoraggiment kollu sabiex ikunu aktar indipendenti u jibqghu jghixu fil-lokalita' taghhom, u jibqghu attivi u produttivi u jikkontribwixxu aktar ghall-gid taghhom infushom u tas-socjeta'. Ghalhekk Dr Mifsud Bonnici habbar li mis-sena d-diehla, fid-Day Centres ser jibdew 3 attivitajiet godda -

(i) Kampanja ta' Health Promotion

(ii) Support Groups

(iii) Ezercizzi fizici ghall-anzjani.

                                (i) Bi ftehim mal-Universita' tat-Tielet Eta' - U3E - membri tal-U3E ser jibdew izuru d-Day                                           Centres biex jaghtu lectures lill-anzjani fuq suggetti bhalHealth Promotion, dieta                                           ghall-anzjani, prevenzjoni ta' mard u stress.

            (ii)     Dawk il- 'carers' li jahdmu fid-Day Centres u fid-Djar ta' l-Anzjani ser jitharrgu                       aktar dwar bzonnijiet u diffikultajiet jew mard li jsibu ruhhom fihom l-anzjani, biex                       ikunu jistghu joffru l-ahjar servizz, u l-anzjani jaghrfu jghixu hajja ahjar.

            (iii)     Fisioterapisti mir-Residenza San Vincenz De Paul, ser ikunu prezenti fid-Day                        Centres kull gimgha sabiex jghinu lill-anzjani jaghmlu ezercizzi fizici u jzommu                        ruhhom fizikament tajjeb kemm jista' jkun, kif insejhulu active ageing. Dan wara                        s-success ta' programm simili li sar bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali                        tar-Rabat u d-Depiro Sports Complex fid-Day Centres ta' l-Imtarfa.

Is-Segretarju Parlamentari qal li hija l-policy tal-Gvern li jkompli jiftah Day Centres godda f'lokalitajiet ohra, bil-koperazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Hawnhekk huwa habbar li Day Centre iehor ser jinfetah kmieni s-sena diehla f' Hal-Luqa. Dan qed isir b'koperazzjoni shiha bejn il-Gvern u l-Kunsill Lokali ta' Hal-Luqa.

L-ispejjez biex jitmexxew id-9 Day Centres tal-Gvern huma kbar. Fosthom huwa semma li f'pagi biss il-Gvern jonfoq Lm120,000 fis-sena. Dan minbarra spejjez ohra bhal manutenzjoni, dawl, ilma u trasport. Hawnhekk Dr Mifsud Bonnici qal li minn Jannar 2001, il-Kunsilli Lokali rispettivi iridu jibdew ihallsu t-trasport biex l-anzjani tal-lokalita' taghhom jittiehdu d-Day Centre u lura.

Dr Mifsud Bonnici irringrazzja lir-rapprezentatnti tal-Kunsilli Lokali tal-Hamrun, Gwardamanga, Marsa, u Santa Venera li kienu prezenti ghal din l-okkazzjoni, u appella lill-Kunsilli Lokali sabiex iheggu lill-anzjani tal-lokalitajiet taghhom jattendu f'dawn id-Day Centres tal-Gvern li zgur isservihom ta' gid.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow