Left arrow Mur Lura

IL-HIDMA TAL-MINISTERU GHALL-POLITIKA SOCJALI

PR1452
Date Icon 26/10/2000

Matul dawn l-ahhar tnax il-xahar hdimna fuq hdax il-abozz ta' ligi li bhalissa waslu fi stadji differenti ta' azzjoni. Permezz ta' dawn il-ligijiet nistghu nghidu li qed nibnu tessut socjali gdid ghas-socjeta' Maltija. Dawn il-ligijiet huma:

Il-Ligi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Dizabilita')

Ligi li twaqqaf Awtorita' ghas-Sahhau-Sigurta' fuq il-post tax-xoghol

Ligi li twaqqaf il-Kunsill Malta ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali

Amendi ghall-Ligi dwar il-Koperattivi

Ligi dwar l-Ghaqdiet Volontarji

Ligi komprensiva dwar it-Tfal

Ligi Kontra il-Vjolenza Domesitka

Ligi dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

Ligi komprensiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' l-Impjiegi

Ligi dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali

Ligi dwar ir-regolamentazzjoni tas-servizzi ta' kura residenzjali

Inbdew wkoll diversi inizjattivi sabiex jigu msahha l-istrutturi amministrattivi tal-Gvern sabiex tkun tista' tizdied l-effettivita' u l-produttivita' tas-servizzi li qed jinghataw.

Servizzi Professjonali ta' Appogg

Fil-qasam tas-servizzi ta' appogg, inghatat spinta qawwija lill-Programm Hidma Socjali (SWDP) bir-reklutagg ta' wiehed u tletin social worker u top management gdid wara li tlesta Operations Review. Infetah xelter ta' emergenza gdid ghal nisa li jkunu qed isofru vjolenza domestika, filwaqt li nfetah wkoll ‘second stage' shelter sabiex jipprovdi appogg aktar fit-tul sakemm ikun possibbli li tinghax hajja aktar indipendenti. Sahhah is-servizz ta' Fostering u gew imhejjija Standards of Care ghas-Servizzi Residenzjali tat-tfal sabiex ikun hemm harsien effettiv tal-kura li qed tinghata lit-tfal f'istituzzjonijiet residenzjali. Inbdew servizzi ta' social work fl-Isptar Boffa, fir-Residenza San Vincenz De Paule u fid-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali.

Bdiet tinfirex it-triq ghat-trasformazzjoni tad-Dipartiment ghall-Harsien tal-Familja minn wiehed li jaghti s-servizzi ghal wiehed li jirregola s-servizzi li jinghataw mill-Programm Hidma Socjali. Beda x-xoghol fuq Centru ta' Rizorsi ghal Komunita' gewwa l-Kottonera sabiex jaqdi b'mod komplet l-bzonnijiet socjali tal-Familji fil-Kottonera.

L-Agenzija sedqa bdiet servizz krucjali f'dak li ghandu x'jaqsam ma' dawk il-persuni li jinsabu f'riskju ta' abbuz ta' sustanzi. Dan is-servizz ta' prevenzjoni sekondarja diga' qed ihalli risultati impressjonanti u diga tinhass il-htiegi li dan is-servizz jespandi. Fil-fatt diga gie rilokat is-servizz u ser isir ir-reklutagg ta' erba Community Workers fuq bazi part-time sabiex is-servizz ikun jista' jespandi u jinfirex f'oqsma ohra' fejn hemm il-probabilita' ta' riskju. Fil-fatt matul is-sena d-diehla dan is-servizz ser jinfirex f'wiehed ta' Outreach f'dawk il-postijiet ta' divertiment li jistghu jkunu sors ta' riskju ta' abbuz ta' sustanzi.

Servizz gdid iehor huwa il-progett ta' ‘supported living' ghal persuni b'dizabilita'. Dan il-progett inbeda u qed isir ix-xoghol necessarju sabiex ic-Centru ta' Wied il-Ghajn jigi kkonvertit f'numru ta' appartamenti ‘self-contained' ghall-persuni b'Dizabilta'. Saret effettiva mizura' favur l-accessibilta' fizika ghall-postijiet pubblici kollha bl-Awtorita' tal-Ippjanar tonqos milli taghti permess ta' zvilupp jekk ma jkunx garantit access ghall-persuni b'dizabilita' jew dawk li ghandhom problema ta' mobilita'. Beda x-xoghol fuq l-istallar ta' liftijiet mill-Awtorita' tad-Djar fi blokki tal-Gvern fejn hemm persuni bi problemi ta' mobilita'.

Sahhah is-servizz li jinghata fid-Day Care Centres ghall Anzjani, kif wkoll dak li jinghata fic-Centri ghall-Adulti bir-reklutagg ta' ammont sostanzjali ta' Care Workers u Kapijiet ta' Centri. Infethet il-Dar ta' Bormla filwaqt li infetah wkoll Day Care Centre gewwa Bormla. Qed isir investiment kbir fir-Residenza San Vincenz De Paule biex jinbnew swali godda filwaqt li jigu ‘refurbised' s-swali ezistenti. Dan il-progett qed jiswa Lm1.5 miljun u ser izid l-ammont ta' sodod b'120.

 Inbeda process l-process ta' l-Amalgamazzjoni fil-qasam tad-Djar. Matul din is-sena giet finalizzata sistema gdida ta' punti li ser tithabbar fi ftit tal-granet ohra. Din is-sistema ser tpoggi fuq vizjoni wahda lill-Awtorita' tad-Djar u lid-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali. Ghall-ewwel darba wkoll, din is-sena postijiet li gew mibnija mill-Awtorita' tad-Djar gew moghtija b'kiri lil dawk li jinsabu jfittxu Akkomodazzjoni Alternattiva mad-Dipartiment. Dan ifisser li 120 familja bi bzonnijiet kbar ta' housing ser tinghatalhom dar gdida b'kiri minghand il-Gvern. Ittiehdet wkoll id-decizjoni li l-flus li s-soltu jinghataw lid-Dipartiment tal-Artijiet f'kiri ta' postijiet tal-Gvern issa ser jibdew jghaddu ghand l-Awtorita' tad-Djar u ser jintuzaw sabiex ssir il-manutenzjoni necessarja fil-blokki u l-estates tal-Gvern – dan ifisser madwar Lm700,000 kull sena ghal progetti ta' manutenzjoni ta' propjeta' tal-Gvern. Kompla l-process ta' slum clearance, filwaqt li kompla jissebbah l-ambjent tal-komunitajiet residenzjali gewwa estates tal-Gvern bit-tlestija ta' numru ta' gonna pubblici ohrajn. Twettqet wieghda ohra tal-programm elettorali bil-bidu tal-progett ta' istallar ta' lifts fil-blokki tal-Gvern tal-Kottonera, il-Furjana u l-Belt filwaqt li giet estiza din l-iskema ghal dawk il-blokki kollha li fihom toqghod xi persuni li ghandha problema ta' mobilita'.

 Komplejna nsahhu l-politika taghna fil-qasam tan-nisa fis-socjeta' b'serje ta' kampanji edukattivi u ta' holqien ta' kuxjenza sabiex tidhol aktar il-mentalita' tal-gender mainstreaming. Kompla jinholoq l-ispazju sabiex aktar nisa jkunu jistghu jippartecipaw fid-dinja tax-xoghol permezz ta' regolamenti godda li jharsu lil dawk in-nisa li jkunu tqal u li jkunu jahdmu. Kompliet tigi mplimentata b'impenn il-mizura tar-reduced hours u l-career break. Is-success jidher fin-numru kbir ta' nisa li matul din is-sena dahlu fis-suq tax-xoghol - zieda ta' kwazi 2000 mara jahdmu bi qliegh.

 Sar wkoll xoghol importanti f'dan li ghandu x'jaqsam ma' ‘gender proofing' b'ghadd ta' abbozzi ta' ligijiet jigu mghoddija lid-Dipartiment dwar in-Nisa fis-Socjeta' sabiex ikunu miktuba b'mod inklussiv u jsirilhom ezami fuq l-impatt li jista' jkollhom fil-konfront tas-sessi.

 Matul dan l-ahhar tnax-il xahar sar xoghol ta' mportanza kbira f'dak li ghandu x'jaqsam ma' kontroll tal-abbuz minn beneficcji socjali. Qed tigi mahduma strategija sabiex jigi maqbud kull min jipprova jabbuza u s'issa gew identifikati 15,000 beneficcjarju li ma' ddikjarawx id-dhul taghhom kif suppost. Barra min dan inbeda process agressiv ta' immodernizzar ta' sistemi tal-informatika u t-teknologija sabiex kull pagament ta' beneficcju jinghata wara li jkun zgurat li ma' sarx abbuz minghajr ma' jitnaqqas il-livell ta' efficjenza fil-ghoti tal-beneficcji. L-istess qed isir fl-Awtorita' tad-Djar u fid-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali fejn qed isiru r-ricerki necessarji sabiex jivverifikaw id-dikjarazzjonijiet. Dan kollu qed isir f'isem il-gustizzja socjali sabiex jigi assigurat li l-ghajuna tal-istat tinghata lil min veru ghandu bzonn.

 Ma dan kollu inzidu x-xoghol li l-Kummissjoni Nazzjonali ghar-Riformi fil-Welfare ser twettaq sa' l-ahhar ta' din is-sena u li ikun ghodda importanti ghad-decizjonijiet krucjali li jridu jittiehdu sabiex nassiguraw is-sostenibbilta' fil-ghoti tal-beneficcji filwaqt li hadd ma' jithalla barra.

Politika favur il-Haddiem

L-impenn ta' Gvern Nazzjonalista favur il-haddiem hija politika li tiehu inizjattivi konkreti u attivi. Matul dawn l-ahhar tnax-il xahar wiehed jista' jmiss b'idejh l-effett ta' din il-politika mis-semplici fatt li permezz tal-politika ghaqlija tal-Gvern, il-qghad f'Malta nizel ghall-anqas livelli f'dawn l-ahhar erba' snin, anki meta l-ammont ta' nies li dahlu fis-suq tax-xoghol zdied b'mod mghaggel.

It-tibdil radikali li gie ppjanat ghall-Korporazzjoni ghax-Xoghol u t-Tahrig huwa tibdil sinifikanti. Matul din is-sens thejja pjan ambizzjuz u komprensiv sabiex nassiguraw li l-ETC tipprovdi servizzi tal-oghla kwalita', servizzi u inizjattivi li jgibuna fuq l-istess livell daqs il-pajjizi Ewropej. Il-haddiem Malti ser jibbenefika mit-twaqqif tal-Kunsill Malti ghall-kwalifiki Professjonali u Vokazzjonali li permezz tieghu ser jinghatalu c-cans li jgib kwalifika tal-kompetenzi u l-hiliet tieghu li kiseb min fuq il-lant tax-xoghol u li permezz taghhom ser tinghata opportunita' akbar ta' mobilita' fl-impjieg u fl-opportunitajiet ghall-impjieg. Matul is-sena d-diehla ser naraw zieda sostanzjali fil-finanzjament tal-Korporazzjoni, finanzjament li ser ikun immirat b'mod specifiku lejn mizuri attivi favur l-impjieg.

L-impenn sabiex il-haddiem Malti jikseb valur mizjud u kompetenzi gholja kienet wkoll il-fehma bazika li fuqha f'dawn it-tnax-il xahar fassalna strategija shiha ghall-harsien tas-sahha u s-sigurta' fuq il-post tax-xoghol. L-Awtorita' ghas-Sahha u s-Sigurta' fuq il-post tax-Xoghol hija wieghda ohra mwettqa bhalma huma d-diversi regolamenti li gew ippublikati din is-sena, wara li whud minnhom kienu ilhom jistennew sitt snin. Bid-dhul fis-sehh ta' dawn ir-regolamenti fis-snin li gejjin, bit-twaqqif ta' Awtorita' li thares, tinkoragixxi u timplimenta' politika attiva favur is-sahha tal-haddiem fuq il-post tax-xoghol, qed naghtu dinjita' gdida lill-haddiem u valur gdid lix-xoghol.

L-istess jista' jinghad ghall-holqien ta' koperattivi godda li jaghtu lil haddiem sehem fid-decizjonijiet u fil-profitti filwaqt li jaghtuh kontroll assolut, f'ambjent demokratiku, ghat-tmexxija tax-xoghol u l-immanigjar tal-flus. Pemezz ta' tahrig kontinwu li qed jinghata qed jigi assigurati zvilupp fil-kompetenzi manigerjali u ta' tmexxija fil-haddiema.

Djalogu Socjali u s-Socjeta' Civili

Wara sentejn fil-Gvern, bi sfidi kbar jaffaccjaw il-pajjiz, Gvern Nazzjonalista ha decizjonijiet importanti imma difficli sabiex jassigura futur ahjar u sod ghas-socjeta' maltija kollha kemm hi. Dan kellu jsir biex ma jigix mtawwal l-inevitabbli u sabiex l-ekonomija Maltija tkun tista' tirpilja u tissahhah. Il-fatti juru wahidhom li l-istrategija politika tal-Gvern hija fid-direzzjoni t-tajba.

Kull decizjoni difficli titlob aggustament fil-pozizzjoni tas-siehba socjali. Decizjonijiet ta' dan it-tip iridu jiftiehmu fl-ambitu tal-interess nazzjonali u mhux sabiex jigu protetti interessi settorjali. F'dan is-sens is-siehba socjali iridu jifmhu r-rwol gdid li huwa mehtieg minnhom fil-qawmien tal-ekonomija l-gdida, rwol li jitlob metodi godda ta' negozjar u djalogar differenti minn dak li konna imdorrijin bih s'issa. Matul dawn it-tnax-il xahar il-Gvern kien strument importanti hafna sabiex jigi evitat it-tilwim industijali. Kienu bosta l-interventi li permezz taghhom, f'ambjent ta' djalogu gew rizolti tilwimiet li seta' kellhom impatt negattiv fuq l-ekonomija. F'dan is-sens il-Gvern ha l-inizjattivi sabiex isahhah u jtejjeb dan ir-rapport permezz tal-holqien tal-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali li ser jinghata rapprezentanza akbar u ahjar filwaqt li ser jinghata r-rizorsi sabiex ikun jista' jwettaq xogholu b'mod effettiv.

Il-partecipazzjoni tas-Socjeta' Civili hija zvilupp importanti fil-politika tal-Gvern li temmen fil-principju tas-sussidjarjeta'. Aktar ma jmur aktar qed jittniedu progetti ta' shubija kemm mas-Settur Privat kif wkoll mal-Ghaqdiet Vonlontarji bil-Gvern jiehu rwol ta' regolatur ta' progetti zviluppati fuq il-linji tal-prijoritajiet politici tal-Gvern. L-ghaqdiet Volontarji komplew jibbenefikaw minn fondi sostanzjali sabiex iwettqu x-xoghol fejjiedi taghhom, filwaqt li l-Gvern hejja qafas legislattiv sabiex jirregola u jippromwovi lil dawn l-ghadiet. Is-Settur Privat diehel dejjem aktar f'inizjattivi godda ta' impenn socjali u fi progetti ta' shubija sabiex tinholoq socjeta' li verament twennes li dawk li huma l-aktar fil-bzonn.

Din hija s-sena ta' hidma fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, sena ikkaraterizzata minn politika ambizzjuza mifruxa fuq id-dikasteri kollha tal-Gvern bil-ghan li tohloq patt socjali gdid ghas-socjeta' Maltija, patt mibni fuq il-valur u d-dinjita' ta' kull persuna b'enfasi specjali lejn dawk li l-aktar huma batuti – politika li l-ghan taghha huwa l-holqien ta' socjeta' ghal kulhadd.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow