ILLUM IL-GENITURI JIVVUTAW GHALL-KUNSILLI SKOLASTICI FL-ISKEJJEL TAL-ISTAT
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea, zar l-Iskola Primarja 'St. Benedict' Kirkop, waqt li bhalissa ghaddejjin l-elezzjonijiet tal-Kusilli Skolastici fl-iskejjel kollha ta' l-Istat. Il-Ministru kellu l-opportunita' jiltaqa' ma' dawk il-genituri u l-ghalliema li qed jikkontestaw l-elezzjonijiet, kif ukoll dawk li genituri li illum marru biex jivvutaw ghall-kandidati.
L-istorja tal-Kunsill Skolastiku ta' l-Iskola Primarja ' St. Benedict' Kirkop, hija wahda ta' success fej is-sehem proattiv tal-genituri u l-ghalliema jinhass fl-attivita' edukattiva u socjali imwettqa fl-iskola. Dan jirrifletti ruhu fil-kuntatt dirett bejn l-iskola u d-dar, fl-ambjent ta' l-iskola u fl-attivitajiet imwettqa.
L-identifikazzjoni tal-genituri ma' l-iskola mhux biss ghenet biex il-livell tat-taghlim jitjieb izda l-attivita' giet riflessa fil-kommunita' bhal korsijiet tal-kompjuters organizzati mill-Kunsuill Lokali bl-ghajnuna tal-Kunsill ta' l-Iskola, uzu tar-rizorsi ta' l-iskola mill-kommunita' u laqghat edukattivi u socjali ghall-genituri.
Kull attivita' li ssir fl-iskola issir b'hidma flimkien mal-genituri inkluzi it-tfassil ta' politika ta' dixxiplina fl-iskola.
L-entuzjazmu u l-livell ta' partecipazzjoni fl-elezzjonijiet jidher car fl-ammont sabieh ta' kandidati min fost il-genituri u l-percentagg gholi ta' genituri li morru jivvutaw. Fl-elezzjoni tas-sena li ghaddiet ikkontestaw 11-il genitur u ivvutaw 85% tal-genituri. Din is-sena qed jikkontestaw 16-il genitur.
Il-Ministru tenna li l-Kunsilli Skolastici huma l-aqwa ghodda li ghandhom il-genituri biex ikunu partecipi fit-tmexxijja ta' l-iskola tat-tfal taghhom. Kull genitur li ghandu ghal qalbu l-edukazzjoni ta' wliedu, ghandu jhoss dmir u obbligu lejn uliedu u johrog jivvota. Importanti li kull genitur jifhem l-importanza tal-vot tieghu ghaliex il-kunsilli jilhqu l-miri principali taghhom verament jekk il genituri u l-ghalliema jkunu rapprezentati b'mod demokratiku u jekk ikollhom l-appogg kollu tal-genituri.
Bil-Kunsilli Skolastici nistghu nitkellmu dwar vera partecipazzjoni, awtonomija, decentralizzazzjoni u skejjel demokratici.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN