EMERGENCY VOLUNTEER RESERVISTS' ANNUAL CAMP
Is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea bla dubju toħloq opportunitajiet 'odda għal-linja nazzjonali tal-baħar Sea Malta billi tkun tista' tespandi kemm is-servizzi li qed tagħti bħalissa fil-'arr ta' merkanzija kif ukoll il-ħidma 'enerali tagħha.
Dan qalu l-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi Josef Bonnici meta l-lejla inawgura l-ħidma ta' kumpannija sussidjarja tas-Sea Malta, Flagstone Insurance Brokers Ltd, li twaqqfet biex tipprovdi servizzi fil-qasam ta' l-assigurazzjoni.
Filwaqt li fakkar fl-impenn tal-Gvern li jsaħħaħ l-intrapriżi kollha li għadhom jaqgħu taħt ir-responsabbilt'� tal-Gvern, il-Ministru Bonnici qal li hu tajjeb ukoll li fl-ambjent ta' kompetizzjoni li sar jeżisti llum, dawn l-intrapriżi iwessgħu l-ħidma tagħhom f'oqsma oħra mingħajr ma jissagrifikaw l-attivit'� ewlenija tagħhom.
Hu, għalhekk, faħħar l-inizjattiva min-naħa tas-Sea Malta li qed tkompli tiddiversifika l-attivit'� tagħha, anki fil-qasam ta' l-assigurazzjoni. Hu qal li, wara kollox, is-Sea Malta ilha s-snin konnessa ma' dan il-qasam tant li kienet involuta fit-twaqqif tal-Mediterranean Insurance Brokers, u aktar tard, kienet issieħbet ma' kumpannija oħra ta' l-assigurazzjoni biex flimkien iffurmaw il-Medpoint Insurance Brokers.
Il-Ministru Bonnici żied li l-Flagstone Insurance Brokers hi kumpannija kollha kemm hi tas-Sea Malta. Issa, is-Sea Malta, li timpjega mal-146 ruħ, għandha żew' kumpanniji sussidjarji: il-Flagstone Insurance Brokers u l-MedFeeder, li tispeċjalizza fil-feedering u li twaqqfet ma' msieħba Taljani. Dawn iż-żew' kumpanniji sussidjarji di''� qed jimpejgaw bejniethom 10 ħaddiema.
Hu qal li inizjattivi bħal dawn ikomplu jgħinu fit-tisħiħ tal-kumpannija Sea Malta li, bla dubju, tibbenefika ħafna bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Fid-dawl ta' l-applikazzjoni ta' Malta, di''� saru studji minn esperti professjonali dwar l-attivit'� tas-Sea Malta fil-futur. Il-Ministru Bonnici stqarr li m'għandu l-ebda dubju li s-Sea Malta hi mħejjija għal dawn l-isfidi 'odda li se jkollha quddiemha u li għandhom iwassluha biex issir aktar vijabbli.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN