MESSAGG MILL-ONOR. LOUIS GALEA, MINISTRU TA' L-EDUKAZZJONI, FL-OKKAZJONI TA' L- ELEZZJONIJIET TAL-KUNSILLI SKOLASTICI FL-ISKEJJEL KOLLHA TA' L-ISTAT
Nhar il-Hamis, 26 ta' Ottubru u l-Gimgha, 27 ta' Ottubru, 2000, il-genituri, l-ghalliema u l-istudenti fl-iskejjel post-sekondarji jkollhom l-opportunita' li jitfghu l-vot taghhom biex jaghzlu r-rapprezentanti taghhom ghall-Kunsill Skolastiku ghas-sena skolastika 2000-2001. Dan ifisser li qed jinghataw vuci fl-amministrazzjoni ta' l-iskola fejn huma jitghallmu, jghallmu jew ghandhom 'l uliedhom jitghallmu fiha.
Bis-sahha tal-Ligi ta' l-Edukazzjoni tal-1988, kull min ghandu sehem fl-edukazzjoni, ghandu jkollu sehem ukoll fit-tmexxija taghha. Il-process tad-demokratizzazzjoni ta' l-iskejjel issa qabad ritmu tajjeb u qed jiftiehem dejjem aktar minn kulhadd. L-ghalliema, il-genituri u l-istudenti qed jaghtu sehemhom biex jitfasslu 'school development plans' u ghandhom sehem ukoll fit-twettiq taghhom.
Dawn ukoll qed jaghtu sehemhom fit-tfassil u t-twettiq ta' l-infiq u d-dhul finanzjarju ta' l-iskejjel; fl-uzu u fl-immaniggjar ta' l-assi u l-impjanti ta' l-iskejjel; fit-tfassil ta' politika fuq suggetti differenti, per ezempju trasport, bagalji, hrug edukattivi, organizzazzjoni ta' 'Parents Day' u hafna oqsma ohra tal-hajja ta' l-iskola. Il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni wkoll jaghti importanza lil dawn il-Kunsilli Skolastici u jigu konsultati individwalment u kollettivament, permezz ta' l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Skolastici (AKS) kull meta jinqala' l-htiega ta' din il-konsultazzjoni. Il-kontribut ta' l-AKS, flimkien ma' kontributuri ohra, fit-tfassil tal-Kurrikulu Minimu Nazzjonali kien sinifikanti u utli hafna. Dan il-kontribut tal-Kunsilli Skolastici jkompli jqarreb flimkien lil kull min ghandu sehem fl-edukazzjoni ta' wliedna u, b'dan il-kontribut ta' kulhadd, is-servizz edukattiv jitjieb. L-esperjenza ta' dawn l-ahhar tnax-il sena min mindu twaqqfu l-Kunsilli Skolastici kienet esperjenza li wettqet hafna gid.
L-appell tieghi hu li hafna aktar genituri, ghalliema u studenti post-sekondarji jippartecipaw f'dawn il-Kunsilli Skolastici. F'xi skejjel kellna rispons tajjeb hafna kemm mill-ghalliema u wkoll mill-genituri, imma f'ohrajn dan ir-rispons irid jitjieb. Akbar ma tkun il-partecipazzjoni ta' l-ghalliema, genituri u studenti post-sekondarji, akbar u ahjar ikunu l-Kunsilli Skolastici. Nirrakkomanda li l-genituri, l-ghalliema u l-istudenti post-sekondarji kollha jmorru jiehdu sehem f'din l-elezzjoni billi jitfghu l-vot taghhom.
Izda, s-sehem taghhom lanqas m'ghandu jieqaf mal-vot. Lil dawk li jigu eletti, inheggighom li jaghmlu l-almu taghhom halli l-hidma tal-Kunsilli Skolastici taghti l-frott mixtieq. Lill-ohrajn kollha, inheggighom li jaghtu l-appogg kollu mehtieg lill-Kunsilli Skolastici fil-hidma taghhom matul is-sena skolastika kollha.
Il-hidma tal-genituri, ghalliema u studenti post-sekondarji flimkien fil-Kunsilli Skolastici tawgura servizz edukattiv dejjem ahjar ghall-istudenti taghna lkoll.
Fl-ahhar nett irrid nirringrazzja lil dawk kollha, ghalliema u genituri li qed joffru li jservu fuq il-Kunsilli Skolastici, kif ukoll lill-kapijiet ta' l-iskejjel, tal-kontribut fejjiedi taghhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN