JITWAQQAF IL-KUNSILL MALTI GHAL KWALIFIKI PROFESSJONALI U VOKAZZJONALI
Il-Gvern qed jaghmel pass importanti iehor fil-qasam ta' l-edukazzjoni u t-tahrig billi waqqaf il-Kunsill Malti ghal Kwalifiki Professjonali u Vokazzjonali. L-ewwel Chairperson tal-Kunsill hi s-Sinjura Antoinette Caruana. Dan habbruh flimkien il-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali, Dr. Lawrence Gonzi u l-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Dr. Louis Galea.
Il-Kunsill se jkun strument iehor importanti biex il-haddiema Maltin kollha jaslu biex ikollhom livell baziku ta' edukazzjoni u tahrig u biex ikunu inkoraggiti itejbu l-kwalifiki li jkollhom bzonn biex isibu x-xoghol. Minn naha l-ohra min ihaddem se jkun qed jiehu sehem shih fis-sistema biex jassiguraw li l-edukazzjoni, t-tahrig u c-certifikazzjoni li jinghataw f'Malta ikunu skond l-istandards u l-bzonnijiet tas-suq tax-xoghol biex ikun produttiv u kompetittiv. Il-Gvern ghalhekk qed iwaqqaf il-Kunsill Malti ghal Kwalifiki Professjonali u Vokazzjonali b'dawn l-iskopijiet:
- Li jizviluppa u jiccertifika kwalifiki professjonali u vokazzjonali skond diversi livelli ta' konoxxenza, hila jew kompetenza li jiksbu l-individwi.
- Li jahdem biex zghar u kbar, nisa u rgiel, isibu opportunitajiet ta' tahrig u ta' taghlim tul il-hajja b'mod li kull individwu jkun jista' jiccertifika t-taghlim u l-esperjenza li jkun diga' kiseb biex ikompli jibni fuqhom kwalifiki godda kif jista' jitlob suq tax-xoghol li dejjem jinbidel.
- Li jahdem biex certifikati professjonali u vokazzjonali moghtija f'Malta jkunu rikonoxxuti f'pajjizi ohra, u biex certifikati barranin jkunu rikonoxxuti f'pajjizna.
It-twaqqif ta' dan il-Kunsill hu holqa ohra fir-riforma li qed issehh fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-tahrig. Wara l-izviluppi li sehhu fl-ETC, it-twaqqif tal-Kullegg Malti ghal-Arti, Xjenza u Teknologija u l-bidu tar-riforma fl-iskejjel tas-snajja u l-edukazzjoni teknologika, issa l-Gvern qed ikompli jsahhah dan il-qasam meta l-Kunsill jibda x-xoghol tieghu.
Il-Kunsill hu tripartitiku u se jkun kompost minn hdax-il membru li jirraprezentaw it-tlett imsiehba socjali. Il-membri gejjin minn oqsma differenti biex ikun hemm rapprezentanza wiesgha ta' dawk kollha involuti, inkluzi l-Korporazzjoni ta' Xoghol u Tahrig, d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni, il-Kullegg Malti ghal Arti, Xjenza u Teknologija, l-Universita' ta' Malta, l-istituzzjonijiet ta' tahrig u edukazzjoni vokazzjonali u korpi professjonali, it-Taqsima ta' l-Edukazzjoni, l-Unions u Min Ihaddem.
Il-Kunsill hu kompost kif gej:
Chairperson:
Is-Sinjura Antoinette Caruana MSc(TRG & HRM) BA(Hons)(Bus Mgt) MCIPD
Vici Chairperson
Is-Sur Felix Borg BA(Hons) MBA (Brunel) MIM MIPD AMIAP (Korporazzjoni ghal Xoghol u Tahrig)
Membri
Is-Sur John D. Jones (Divizjoni ta' l-Edukazzjoni)
Is-Sur Stephen Debono (Kullegg Malti ghall-Arti Xjenza u Teknoligija)
Dr. Grace Grima BEd(Hons) MEd(Otago) PhD(Otago) (Universita' ta' Malta)
Is-Sur Charles Theuma BA(Hons) BSc(MCLL) Bcom
Is-Sur Emmanuel Zahra
Is-Sur Joseph Motebello
Dr. Paul Debattista BSc PhD Mint PM
Is-Sur Jimmy Pearsall I.Eng, M.I.P.D
Is-Sur Joseph Morana
Il-Kunsill se jkun appoggjat minn Segretarjat fi hdan il-Korporazzjoni ta' Xoghol u Tahrig u minn numru ta' Bordijiet ghall-Izvilupp u numru iehor ta' Bordijiet ghall-Valutazzjoni.
Il-Bordijiet ghall-Izvilupp, se jkunu qed jizviluppaw livelli (standards) ta' kompetenza professjonali u vokazzjonali fl-oqsma kollha tax-xoghol li thaddem l-ekonomija Maltija f'ambjent li qed isir globalizzat. Dan ghandu jwassal biex, fuq firxa ta' snin, kull min jaghmel xi mestier, mill-icken sal-oghla livell, ikun lahaq l-istandards ta' proficjenza f'dak il-livell tax-xoghol li jkun qed jaghmel jew jista' jaghmel. Dawn il-livelli ghandhom ikunu riveduti regolarment b'konsultazzjoni ma' l-imsiehba socjali biex il-livelli ikunu jirriflettu l-izviluppi xjentifici u teknologici u b'hekk jibqghu rilevanti ghas-suq tax-xoghol tal-futur.
Il-Bordijiet ghall-Valutazzjoni (assessment) iridu jifformulaw proceduri ta' valutazzjoni xierqa skond l-oqsma partikolari ta' kompetenza. Dawn il-proceduri ghandhom jituzaw biex jigu valutati il-livelli differenti ta' kompetenza. Dawn il-Bordijiet iridu jaraw li l-valutazzjoni tkun rigoruza u konsistenti biex b'hekk il-kwalifiki ikunu rispettati u rikonoxxuti kemm lokalment kif ukoll barra min Malta.
Il-kwalifiki se jkunu klassifikati f'hames livelli. L-ewwel livell jinghata lil dawk b'hiliet bazici li jkunu segwew programmi qosra ta' tahrig, barra mill-iskola. Il-hames livell, dak l-aktar gholi, jinghata lill dawk li jkollhom kapacitajiet manigerjali u li jifhmu sew is-sisien xjentifici tal-hidma.
Fil-Programm Elettorali tieghu, il-Gvern impenja ruhu li jintroduci sistema ta' certifikazzjoni nazzjonali ta' kwalifiki vokazzjonali li fost hwejjeg ohra tirrikonoxxi l-esperjenza miksuba fuq il-bank tax-xoghol. Impenja ruhu wkoll li jipprovdi bazi gdida ghall-edukazzjoni teknika u tas-snajja bl-iskop li t-taghlim u t-tahrig ikun rilevanti ghad-dinja ta' llum u ta' livell li jwassal ghal kwalifiki rikonoxxuti internazzjonalment. Il-Gvern, bil-passi li ha u dawk li qed jiehu, qed juri bil-fatti l-impenn shih tieghu fil-qasam ta' l-edukazzjoni u tax-xoghol u t-tahrig.
DOI 25.10.2000
Chairperson's Profile
Antoinette Caruana MSc. (Trg & HRM), B.A. (Hons.) Bus Mgt., MCIPD
Antoinette Caruana is currently responsible for the human resources function at senior management level at the Brandst'�tter Group—Malta. She lectures on a number of programmes at the University of Malta and has addressed a number of local conferences. She is a Council Officer of the Malta Employers' Association, Executive Director of the Foundation for Human Resources Development, School President of the Art & Design Centre - Valletta and is an assessor in the National People Management and Satisfaction Award. Antoinette is particularly interested in the link between education and the world of work. She has been a member of the Steering Committee on the setting up of the Malta College for Applied Arts, Science and Technology and acted as Chairperson of a working group on the link between Education and the World of Work related to the National Minimum Curriculum.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN