Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU TAS-SAHHA JHABBAR GHOTJA MILL-GVERN LILL-HOSPICE MOVEMENT

PR1431
Date Icon 25/10/2000

"Minn din is-sena l-Gvern ser jibda jaghti s-somma ta' Lm65,000 lill-Hospice Movement. Din id-donazzjoni taghmel parti mill-politika tal-Gvern, kif imwieghed fil-programm elettorali, li jaghti l-ghajnuna finanzjarja lill-organizzazzjonijiet volontarji".

Dan habbru l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara waqt li kien qed jindirizza l-laqgha generali annwali tal-Hospice Movement, li matulha kien iffirmat il-kuntratt li fost l-ohrajn jipprovdi s-somma msemmija ghas-servizzi li qieghed jaghti l-Moviment lil pazjenti morda bil-kancer.

Il-Ministru tas-Sahha qal li dan il-pass tal-lum hu ezempju konkret, u mhux izolat, tal-politika tal-Gvern li jdawwar il-Welfare State f'Welfare Society. Is-sena l-ohra l-Gvern ta 'l fuq minn Lm750,000 lil ghaqdiet volontarji. Matul is-sena d-diehla l-Gvern behsiebu jkompli jimplimenta l-programm elettorali tieghu f'dak li ghandu x'jaqsam mal-volontarjat bil-pubblikazzjoni u d-dhul fis-sehh tal-ligi dwar il-volontarjat. Barra minhekk, l-istess ligi ser tipprovdi, kif imwieghed ukoll fil-programm elettorali, it-twaqqif ta' Kunsill tal-Volontarjat.

Louis Deguara qal li minkejja li din tal-lum hija gurnata importanti ghall-Hospice Movement, hija aktar importanti ghal dawk il-pazjenti li se jaghmlu uzu mis-servizzi provduti minn dan il-moviment. L-ghan ewlieni tal-Hospice Movement u dak tal-Ministeru huma l-istess – l-aqwa servizz possibbli lill-klijenti taghna jigifieri kemm lill-pazjent u kemm qrabatu.

Permezz ta' l-iffirmar tal-kuntratt, qal il-Ministru Deguara, il-Gvern qed jirrikonoxxi x-xoghol fejjiedi li jaghmel il-Hospice Movement u li sal-lum sar fuq bazi volontarja ffinanzjat bl-organizzazzjoni ta' attivitajiet biex jingabru l-fondi. Minkejja li l-kuntratt ha jpoggi l-finanzi fuq bazi soda, il-moviment hu kommess li jibqa' jigbor fondi ohra biex ikabbar l-involviment tieghu. Hu l-poplu Malti li qed igawdi mill-hidma tal-poplu, sostna l-Ministru tas-Sahha, ghax servizz bhal dak provdut mill-moviment mhux possibbli li jsir b'tant efficjenza minn impjegati tal-Gvern. Dan mhux minhabba nuqqas ta' professjonalit'� izda min-natura tax-xoghol innifsu.

Il-Ministru Deguara qal li l-hidma tal-volontarjat kull ma tmur qeghda tespandi u tinfirex f'oqsma differenti tal-hajja. Filwaqt li rringrazzja lill-ghaqdiet kollha li joffru s-servizzi taghhom, Louis Deguara qal li bil-pass tal-lum il-Gvern qed jirrikonoxxi dan il-kontribut u d-diffikultajiet taghhom u jaghti sehemu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow