Left arrow Go Back

IL-MINISTRU TAL-GUSTIZZJA U GVERN LOKALI JHABBAR SISTEMA TA? HLAS TA? KIRJIET LILL-GVERN FL-UFFICCJI TAL-KUNSILLI LOKALI

PR1425
Date Icon 24/10/2000

Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr. Austin Gatt qal li fil-jiem li gejjin, mistennija tibda titħaddem is-sistema li permezz tagħha, il-pubbliku jkun jista' jħallas kirjiet dovuti lid-Dipartiment ta' l-Artijiet tal-Gvern, fl-uffiċċji kollha tal-Kunsilli Lokali.

Huwa qal dan f'ċerimonja qasira li matulha l-Kunsill Lokali tal-Għargħur iffirma ftehim mad-Dipartiment ta' l-Artijiet sabiex jieħu f'idejh "Ġnien il-Paċi".

Dr. Gatt qal li dan is-servizz ta' ħlas ta' kirjiet fl-uffiċċji tal-Kunsilli Lokali huwa wieħed mill-ewwel passi fil-politika tal-gvern għall-kisba ta' dak li qed jissejjaħ ‘e-government'.

Huwa saħaq fuq kemm anke komunitajiet zgħar bħal dik tal-Għargħur qed igawdu mill-politika tal-Gvern li jagħti lill-Kunsilli Lokali aktar poteri ta' amministrazzjoni – anke dik ta' proprjeta` pubblika.

Is-Sindku tal-Għargħur, s-Sur Mario Gauci rringrazzja lil Ministru Gatt ta' l-impenn tiegħu sabiex il-Kunsilli Lokali jkunu dejjem aktar preżenti fit-tmexxija tal-komunita`. Huwa qal li issa li dan il-progett inkiseb mill-Kunsill, se jkomplu jaħdmu sabiex it-Torri Storiku li hemm fit-tarf tar-raħal jgħaddi wkoll f'idejn il-Kunsill.

Is-Sindku Gauci temm jgħid li "l-inizzjattiva tal-Gvern li proprjeta` tiegħu tkun vestita f'isem il-Kunsilli Lokali, inqisuha bħala att ta' fiducja fl-isetss Kunsill Lokali minn naħa tal-Gvern, li flimkien ma' inizzjattivi oħra qed iwettaq b'mod reali l-principju tas-sussidjarjeta`, u kif ukoll jikkonferma l-impenn u l-politika tiegħu favur il-Gvern Lokali."

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow