Left arrow Go Back

ITTRA MIBGHUTA MID-DIRETTUR TA' L-INFORMAZZJONI LILL-KAP EZEKUTTIV TAL-PUBLIC BROADCASTING SERVICES LTD. U IKKUPJATA LILL-KAP EZEKUTTIV TA' L-AWTORIT TAX-XANDIR U LILL-MANAGER NEWS TAL-P.B.S.

PR1424
Date Icon 24/10/2000

122/2000

Is-Sur Andrew Psaila
Kap Eżekuttiv
Public Broadcasting Services Ltd
Dar ix-Xandir
Guardamangia

24 ta' Ottubru 2000

'�ażiż Sur Psaila,

Ir-rappurta'' ta' l-aħbarijiet nhar l-20 ta' Ottubru 2000

L-għażla tal-kliem u l-istil ta' rappurta'' ta' l-aħbarijiet ta' Television Malta nhar il-Ġimgħa, 20 ta' Ottubru 2000, kienu żbaljati fuq il-fatti magħrufa u mżejna b'kummenti barra minn lokhom.

Is-sommarju tal-'rajjiet ewlenin beda bl-ewwel titlu bil-kliem ‘Eluf ta' ħaddiema jobdu d-direttiva tal-General Workers' Union biex jidħlu għax-xogħol tard'. Il-kelma ‘eluf' intużat bl-iskuża li kien hemm tassew aktar minn elf impjegat li obda d-direttiva, iżda bil-ħsieb ċar li tagħti l-istampa żbaljata, li minn fost dawk li setgħu obdew id-direttiva kienu tassew bosta li għamlu hekk. Television Maltakellu f'idejh l-istqarrija tad-Dipartimenti ta' l-Informazzjoni (PR 1406) u għalhekk kien jaf bil-fatti li minn fost l-impjegati kollha tad-Dipartimenti tal-Gvern, kienu anqas minn 1% li obdew id-direttiva. Dawn ammontaw għal ftit aktar minn 160 impjegat. Television Malta kien jaf li minn fost l-impjegati kollha ta' l-entitajiet pubbliċi, tneħħi ż-żew' tarznari, kienu biss ftit aktar minn 7% li obdew id-direttiva tal-union. Dawn ammontaw għal sew anqas minn elf impjegat. Tassew li kważi l-ħaddiema kollha tal-Malta Drydocks obdew id-direttiva. '�add ma jippretendi li fatt t'interess bħal dan jitħalla barra mir-rappurta'' ta' l-aħbarijiet. Iżda d-distinzjoni fl-im'ieba tal-ħaddiema tal-Malta Drydocks mill-im'ieba tal-bqija ta' l-impjegati tal-Gvern u t'entitajiet pubbliċi, kienet minnha nfisha fatt ta' news value li mhux talli kien traskurat minn Television Malta, talli tħalla barra mill-‘grajjiet ewlenin' apposta biex joskura il-fatti.

Fl-introduzzjoni ta' l-aħbarijiet moqrija mill-Manager News, is-Sur Paul Azzopardi, Television Maltajistqarr li ‘jonqos issa naraw x'se jkunu l-konsegwenzi għal min ħa sehem fil-protesta tal-General Workers' Union. Il-Gvern kien hedded lill-impjegati tiegħu minn qabel b'azzjoni dixxiplinarja.' Li dan kien rappurta'' 'enwin tal-fatti wieħed jahder lill-awtur ta' dan it-test għax uża l-kelma ‘hedded' bi żball fejn ried ifisser ‘avża' jew anki ‘wissa'. L-istqarrija tal-Gvern li għaliha donnu kien qed jirreferi l-awtur (PR1375), ma kinitx theddida għax ma ħadet l-ebda inizjattiva aktar milli tfakkar dak li l-impjegati tal-Gvern jafu li huma r-regolamenti li jikkundizzjonaw ix-xogħol tagħhom. Il-mottiv ta' l-awtur, iżda, m'hux 'enwin. Fil-kuntest tal-bqija tar-rapport jidher ċar li l-awtur kien qed juża r-retorika tal-General Workers' Union u jagħmel tiegħu dak li qalet il-union fis-sens li dak li kien qed jgħid il-Gvern ma kienx ta' avviż le'ittimu iżda uża t-theddid.

Ftit versi 'l isfel f'egħluq l-introduzzjoni li qara s-Sur Azzopardi, Television Malta introduċa r-reazzjonijiet li 'abet id-dimostrazzjoni tal-General Workers' Union ‘għalkemm,' jgħid it-test, ‘il-Gvern fil-fatt, b'mod uffiċċjali, għadu ma kkummentax.' Dan ir-rappurta'' hu tant b'mod ċar mgħobbi b'mottivi ta' żbilanċ kontra l-pożizzjoni tal-Gvern, li jispiċċa fis-sitwazzjoni farseska li jinjora l-fatt li Television Malta, bħal kull mezz ta' komunikazzjoni ieħor, kellu f'idejh u xandar stqarrija magħmula mill-Prim Ministru stess b'reazzjoni għad-dimostrazzjoni. B'mod stramb ir-rapport ta' Television Malta ma jqisx stqarrija tal-Prim Ministru bħala kumment uffiċċjali. Ma' dan, irid jingħad li kien hemm l-istqarrija tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni (PR1406) li Television Malta m'hux talli kien jaf biha, talli rrapporta dettalji minnha f'parti ta' l-aħbarijiet, għalkemm, kif ingħad hawn fuq, nes'� jislet minn din l-istqarrija d-dettalji li kien jeħtie' biex is-sommarju tal-bidu jkun bilanċjat kif jeħtie'.

Qiegħed b'dan nipprotesta miegħek għal dan it-tip ta' rappurta''; nistqarr li bħala rimedju għandek ixxandar fil-programm ta' l-aħbarijiet ta' Television Malta bi prominenza d-dettalji ta' dan li qiegħed ngħidlek u li timpenja ruħek li l-istazzjon tiegħek ikun fil-'ejjieni aktar bilanċjat fir-rappurta'' tiegħu.

 Dejjem tiegħek,

Emanuel Abela

Direttur

Kopja: Il-Kap Eżekuttiv, Awtorita tax-Xandir

Manager News, Public Broadcasting Services Ltd

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow