IL-MINISTRU TA? L-EDUKAZZJONI IZUR IL-WIRJA "TRADITIONS AND CRAFTS OF MALTA"
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea zar il-wirja permanenti Traditions and Crafts of Malta, fejn filwaqt li kellu l-opportunita' li jara l-wirja, qassam ukoll il-premji lill-iskejjel u l-istudenti li hadu sehem f'kompetizzjoni matul is-sena skolastika li ghaddiet. Il-Ministru kien ukoll ipprezentat bl-ewwel edizzjoni ta' ktejjeb dwar it-Tradizzjonijiet u Snajja Maltin.
Il-Wirja Traditions and Crafts of Malta inholqot ghal zewg skopijiet ewlenin, dak li jigbru f'post centrali u milhuq minn kulhadd, uhud mit-tradizzjonijiet ta' missirijietna biex dawn ma jintnesewx, kif ukoll biex tinholoq kultura u nostalgija fl-adulti u l-anzjani u biex tinbet imhabba ghall-affarijiet ta' l-imghoddi fost it-tfal u z-zghazagh.
Madwar 8000 tifel u tifla minn skejjel ta' l-istat u privati zaru din il-wirja s-sena skolastika li ghaddiet. Din il-Multimedia Exhibition tinstab fis-sur ta' San {wann il-Belt mibni mill-kavallieri fl-1582, il-wirja fiha madwar 32 figura animata li juru x'tip ta' hajja kien hawn fiz-zmienijiet l-imghoddija. It-tfal li zaru din il-wirja u li kienu entuzjasti hafna b'dak li raw, hadu sehem f'kompetizzjoni. Ir-rebbieha ta' din il-kompetizzjoni u l-iskejjel taghhom inghataw bejniethom Lm200 f'kotba moghtija mill-kumpanija Merlin Library. Din il-kompetizzjoni tant intoghogbot li se terga' ssir din is-sena u se tkun estiza ghall-iskejjel sekondarji wkoll.
Il-ktejjeb dwar it-Tradizzjonijiet u Snajja Maltin miktub mill-lecturer Vince Zammit, jitratta wkoll tradizzjonijiet u snajja' Maltin ta' l-imghoddi. Il-ktejjeb ilaqqaghna fost l-ohrajn ma' l-ghannejja, il-landier u l-kebbies tal-fanali kif ukoll juri l-uzu ta' ghodod, gugarelli u affarijiet ohrajn li kienu jintuzaw dari.
Il-Ministru qal li ghalkemm certu drawwiet u tradizzjonijiet m'ghadhomx maghna, m'ghandniex ninsew x'inhuma l-gheruq taghna, ghandna dejjem inharsu lura u napprezzaw dak kollhu li ghamlu missirijietna ghaliex wara kollox ahna wasalna fejn wasalna frott tax-xoghol ta' dawk li gew qabilna. Il-Ministru waqt li heggeg lit-tfal jiehdu interess qawwi fit-tradizzjonijiet u drawwiet ta' l-imghoddi fahhar ix-xoghol li qed isir mill-kumpanija li holqot din il-wirja kif ukoll ta' kumpaniji bhal Merlin Library u l-HSBC li jappoggjaw inizjattivi bhal dawn.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN