MATURITA` FLOK KONFRONTAZZJONI - IL-MINISTRU GĦALL-AMBJENT JINDIRIZZA L-GĦELUQ TA? L-ATTIVITAJIET "DINJA WAĦDA" ORGANIZZATI MINN BIRDLIFE MALTA
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li Dinja Wahda hi inizjattiva li turi kemm l-ghaqda Birdlife Malta fehmet il-htiega li tghaqqad il-bzonn li tqajjem kuxjenza fit-tifsira wiesgha ta' l-ambjent. Hu nnota li per ezempju hafna mill-attivitajiet konnessi ma' Dinja Wahda jharsu lejn il-problema kbira ta' l-iskart, problema li bhala Ministru ghall-Ambjent jikkonsidra bhala priorita` fost il-problemi ambjentali kollha.
Il-Ministru Zammit Dimech innota wkoll li Birdlife Malta qed thajjar attivitajiet li jaghmlu lil kulhadd aktar konxju mill-harsien ta' pjanti bhan-narcis. Qal li Birdlife Malta kienet nediet skema interessanti fejn kulhadd jista' jaddotta Ciefa, ghasfur tal-bahar li jbejjet ma' l-irdumijiet ta' Malta u ghawdex.
Il-Ministru ghall-Ambjent qal li dawn l-inizjattivi jikkontribwixxu biex l-ewwelnett nitghallmu napprezzaw u t-tieni biex nghinu halli nharsu l-ambjent ghall-gid tal-generazzjonijiet futuri. Hu semma inizjattiva li nbdiet snin ilu mill-Birdlife, dak iz-zmien l-MOS, dwar il-qbid tal-pitiross. Qal li kien hemm zmien meta eluf ta' pitirossi kienu jinqabdu kull sena minn tfal bhal dawk li kellu quddiemu. Illum din l-attivita` kwazi spiccat. Qal li kellhom jghaddu hafna snin biex dan sehh. Tenna izda li certi inizjattivi jehtiegu z-zmien biex jitmexxew 'il quddiem.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li ma setax jirreferi ghall-edukazzjoni ambjentali minghajr ma jsemmi l-parti li qed jaghmel il-Gvern. Tenna li kien kuntent li din is-sena, ghaliex ghazilna li nharsu s-Santwarju tal-Buskett u ohrajn b'serjeta` u determinazzjoni, kienu salvati aktar minn 3,500 ghasfur tal-priza li kienu qed ipassu mill-Ewropa ghall-Afrika. Dawn kienu jinkludu ajkli u isqra rari. Qal li dan kien meritu ta' l-Environment Monotoring Board li kien mwaqqaf mill-Ministeru ghall-Ambjent flimkien ma' Birdlife Malta, il-Federazzjoni tal-Kaccaturi, Nassaba u Konservazzjonisti, il-Pulizija, l-AFM u d-Dipartiment ghall-Ambjent.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li dan sar possibbli wkoll minhabba l-maturita` ta' dawk li qabel kienu f'konfrontazzjoni diretta u li issa qed jaraw fejn jistghu jahdmu flimkien biex dawn l-abbuzi ma jkomplux.
Il-Ministru ghall-Ambjent qal li ried jirreferi ghas-slogan ta' din l-inizjattiva: Dinja wahda. Qal li dan kien tassew slogan ghaqli ghax dak li jaghmel haddiehor u dak li naghmlu ahna huma intrinsikament marbuta. Qal li jekk inniggsu l-arja dan ma jaffettwax lill-Maltin u l-ghawdxin biss izda lill-girien taghna ukoll. Jekk inharsu t-tajr tal-priza nkunu qed inharsu ghasafar li jbejtu f'lokalitajiet lil hinn minn xtutna.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech sellem lill-istudenti, ghalliema u l-iskejjel li hadu sehem, u se jkomplu jiehdu sehem f'din l-inizjattiva. Hu irringrazzja lil Birdlife Malta ghax-xoghol siewi li qed taghmel fost iz-zghar u z-zghazagh taghna.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN