L-ONOR. LOUIS DEGUARA JINDIRIZZA SEMINAR DWAR "IS-SAHHA FIL-MATERNITA`, IT-TFAL U L-ADOLOXXENTI" ORGANIZZAT F'MALTA MILL-GHAQDA DINJIJA TAS-SAHHA
Fl-ahhar seba' snin l-imwiet tat-trabi tat-twelid nizel minn 8.2 f'kull elf fl-1993 ghal 5.3 is-sena l-ohra.
Dan habbru l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara f'diskors fil-ftuh ta' seminar ta' hamest ijiem dwar "Is-Sahha fil-Maternit'�, it-Tfal u l-Adoloxxenti", li qed ikun organizzat mill-Ghaqda Dinjija tas-Sahha. Dan is-seminar qed jiltaqa' f'Malta fuq stedina tad-Dipartiment ghall-Promozzjoni tas-Sahha.
Il-Ministru Deguara qal li l-imwiet waqt it-tqala naqsu minkejja li n-numru ta' twelid qabel iz-zmien zdied b'7%. Anke s-sahha ta' l-ommijiet tqal illum tjiebet tant li fis-sitt snin bejn l-1994 u l-1999 kien hemm erbat imwiet biss ta' ommijiet waqt it-tqala. Il-mard fit-tfal kompla fit-triq tan-nizla, sostna l-Ministru tas-Sahha, b'rizultat tal-kampanji ta' tilqim li jinghataw minn zmien ghal zmien lit-trabi u lit-tfal.
Dawn ir-rizultati jaghmlulna kuragg u jwasslu messagg li l-investiment li sar matul is-snin qieghed jaghti l-frott. Madankollu, qal il-Ministru Louis Deguara, dan ma jfissirx li ser nieqfu hawn, anzi jaghmlilna l-kuragg biex inkomplu ninvestu halli ntejbu dawn ir-rizultati. Permezz ta' dawn ir-rizultati, flimkien ma' l-impenn ta' dawk kollha li hadmu u ghadhom jahdmu f'dan il-qasam, is-servizzi tas-sahha f'pajjizna stabilixxew ruhhom fil-hames post fost 191 pajjiz fid-dinja.
"Bla dubju hemm bzonn li r-rata ta' nisa li jreddghu lit-trabi taghhom tizdied. Bhalissa r-rata ta' pajjizna hi fost l-aktar baxxi fl-Ewropa. Ghandna wkoll nuqqas fejn jidhlu l-adoloxxenti". Il-Ministru tas-Sahha habbar li "konxji mill-fatt kemm l-istil ta' hajja ta' l-adoloxxenti jesponihom ghall-mard, qed nippjanaw biex nifthu unit ghall-adoloxxenti bl-ghan li nindirizzaw il-problemi kawzati minn dieta hazina, mard trasmess sesswalment, stress psikologiku kawzat mill-ezamijiet u ghazliet ta' karrieri, drogi, alcohol u t-tabakk."
Il-Ministru Deguara, filwaqt li awgura success ghall-konferenza li matul il-hamest ijiem li gejjin ser tkun qed tiltaqa' f'Malta, qal li d-Divizjoni tas-Sahha qed tistenna l-programmi u l-inizjattivi l-godda ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Sahha fl-oqsma tas-sahha fil-maternit'� u t-tfal.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN