Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOREVOLI MINISTRU TA' L-AGRIKULTURA U SAJD IL-PERIT NINU ZAMMIT, FL-OKKAŻJONI TAL-FTUĦ UFFIĊJALI TAL-FESTIVAL 'OLIVE OILS FROM THE MEDITERRANEAN'

PR1407
Date Icon 20/10/2000

Kien b'ċerta sens ta' sodisfazzjon li lqajt l-istedina biex ni'i hawn dalgħodu halli niftaħ dan il-festival ta' prodotti taz-żebbu'a, fosthom iż-żejt, mir-re'jun tal-Mediterran. Nieħu pjaċir nara li l-idea li l-Ministeru tiegħi ħawwel, ovvjament bit-tqassim ta' mijiet ta' si'ar taz-żebbu', mlaqqma u ccertifikati bla mard, issa qabdet l-art fl-imħuħ u qed tibda tagħti l-frott.

Is-Sur Peter Calamatta ilu għal snin sħaħ assoċjat mal-qasam ta' l-agrikultura u l-'onna, pero` dawn is-snin ji'u qishom xejn meta wieħed jipparagunahom mas-snin li ilha fostna din is-si'ra. Biz-zejjed induru dawra ma' l-ismijiet ta' rhula u lokalitajiet fil-gzejjer tagħna, insemmi - Iz-Żejtun, Haz-Żebbu', Birżebbu'a, Iz-Żebbu'(Għawdex) u Għajn Żejtuna – biex nirrealizzaw illi fil-passat, kien hawn ammonti kbar ta' si'ar taz-żebbu' izejjnu lill-pajjizna. Instabu wkoll fdalijiet ta' preses taz-żebbu' u apparat iehor li juri li ir-Rumani kienu jipproducu z-żejt taz-żebbu'a meta kienu jokkupaw dawn il-gzejjer.

Iż-żmien itir u l-affarijiet jinbidlu. Minn perjodu madwar żew' sekli ilu, meta Malta kienet imlaqqma ‘caricator d'olio' għax saħansitra kienet tesporta ż-żejt taż-żebbu'a lejn l-Italja, wasalna f'mument fl-istorja fejn ċ-ċirkostanzi tal-mument kienu jfissru li kien ikun ħafna iktar vanta''już ekonomikament li tibda titkabbar ix-xitla tal-qoton li minna jsir it-tajjar. Madwar 70,000 si'ra taz-żebbu',… widien sħaħ, inqerdu biex jagħmlu l-wisgħa għall-qoton.

Ir-rota ddur, kif jgħidu l-ingliżi, full circle, u llum din is-si'ra qed ter'a ti'i apprezzata għal merti kollha li għandha. Hija si'ra li tħaddar is-sena kollha u li hi kapaċi tgħix għal mijiet ta' snin fl-ambjent nieqes mix-xita li għandna madwar ix-xtut tal-Mediterran. Tilqalna r-riħ fix-xitwa, u tagħtina d-dell fis-sajf. Il-prodotti tagħha huma varji – sapun, injam, iz-żebbu' innifsu, u kif jaf kulħadd, żejt mill-iktar bnin. Iz-żejt taz-żebbu'a illum qed igawdi reputazzjoni mhux biss għat-tjubija tat-togħma tiegħu, iżda wkoll għal benefiċċji li għandu għas-saħħa tal-bniedem. Bħala komponent ewlieni ta' dieta Mediterranja, dan iż-żejt illum rebaħ post fuq quddiem fil-kċejjen u l-platti madwar id-dinja kollha. Mal-prodott taż-żebbu', u maż-żejt taż-żebbu'a, ma rridx inħalli barra it-te li jsir mill-weraq taż-żebbu', te' li hu mediċina fejjieda wkoll.

Ippruvajt biex fil-qosor nagħti l-motivazzjoni li waslet għall-inizjattiva li ħa l-Ministeru tiegħi biex ner'għu nagħtu lis-si'ra taz-żebbu' presenza qawwija f'pajjiżna. Kemm bil-kliem, kif ukoll bil-fatti, qed ner'għu nagħmlu din is-si'ra popolari, u llum nieħu gost nara li hawn interess qawwi fit-tkabbir ta' din is-si'ra bħala tiżjin ambjentali u fil-'onna privati, għall-varjetajiet ta' frott tagħha li jittieklu bħala salumeria u anki għal varjetajiet oħrajn li huma ideali biex minnhom nipproduċu ż-żejt. Il-'imgħa l-oħra stess kelli l-okkażjoni nżur inizjattiva ta' imprenditur ieħor, li beda pro'ett ta' għasir ta' żebbu' għal produzzjoni taż-żejt.

Niftakar li meta kont ħabbart il-bidu tal-pro'ett tat-tilqim ta' si'ar taż-żebbu' għat-tqassim bi prezz issussidjat, waħda mill-gazzetti lokali bl-Ingliż kienet irrapurtatna bħala li qed nippruvaw nagħtu kickstart lill-industrija taż-żebbu' f''pajjizna. Wara l-kickstart, il-magna kellha titlaq waħedha, u hekk jidher li qed ji'ri. Qed naraw li s-settur privat ħa l-idea u għaraf l-opportunitajiet li tista toffri din l-attivita. B'investiment għaqli u użu xieraq tar-riżorsi, kemm naturali kif ukoll umani, il-futur qiegħed joffri dawn l-opportunitajiet fejn, min iħares il-quddiem qiegħed jara jinfetħu diversi toroq ta' possibilitajiet.

Okkażjonijiet bħal tal-lum jimlewni b'kura'' għal 'ejjieni. Dan huwa eżempju ċar ta' s-suċċess tas-siner'ija bejn il-Gvern u s-settur privat, li qed iwassal biex ir-rota timxi il-quddiem b'ritmu u b'direzzjoni. Il-'id ma hu xejn ħlief il-frott tal-bżulija, u għaldaqstant nixtieq intenni il-fiduċja li għandi, illi f'pajjiżna għandna nies kapaċi biż-żejjed biex jaħtfu l-opportunitajiet b'żew' idejn, u jsarrfuhom għall-aħjar benefiċċju kemm tagħhom, kif ukoll ta' pajjiżna.

Ma nistax nagħlaq qabel ma nagħmel riferenza għal valur ieħor li għandha din is-si'ra. Kienet ħamiema b'fergħa taż-żebbu' f'munqarha li 'abet il-bxara lil Noe li l-art kienet qrib. Sa minn dakinhar, din is-si'ra tant marbuta mar-re'jun Mediterranju, saret is-simbolu tal-paċi. Minn qalbi nixtieq li minn hawnhekk ningħaqad magħkhom u nappella, anzi nitlob, biex dan is-simbolu ma jibqax bisssimbolu, iżda jsir realta'. Hija ħasra li proprju fi xtut ta' madwar il-Mediterran, il-paċi għada ma rabbietx l-'ħeruq, u f'dawn il-'ranet, għadna naraw 'rajjiet iseħħu li jagħmlu għajb lir-re'jun li minnu ċ-ċivilta u r-reli'jon infirxu madwar id-dinja kollha.

Nixtieq li minn hawnhekk nifraħ lis-Sur Peter Calamatta li mmaterjalizza l-imħabba u d-dedikazzjoni li għandu lejn il-qasam agrikolu, b'mod partikolari lejn is-si'ar taż-żebbu', f'din l-espożizzjoni ta' prodotti minn madwar il-Mediterran kollu. Nagħlaq billi nawgura li din il-wirja li ser niftħu llum, isservi ta' pass ieħor fit-triq lejn ir-realizzazzjoni ta' l-għan tagħna - li aħna, li ninsabu fil-qalba nett tar-re'jun li huwa tant magħruf għal dan il-prodott, ner'għu nibdew nipproduċu, kemm għal konsum tagħna kif ukoll għall-esportazzjoni, żejt taż-żebbu'a li jkun jista jikkompeti bħala wieħed mill-aqwa fis-suq.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow