STUDENTI MALTIN JIBDEW JIPPARTE~IPAW FIL-COMENIUS - PROGRAMM IE}OR TA' L-UNJONI EWROPEA
Studenti Maltin mil-livell tal-Kindergarten sal-livell Post Sekondarju bdew jippartecipaw fi programmi ta' l-Unjoni Ewropea permezz tal-programm ‘Comenius'. Permezz ta' dan il-programm studenti Maltin se jkollhom l-opportunita' li jmorru jaghmlu esperjenza edukattiva f'xi belt Ewropea filwaqt li studenti minn bliet Ewropej barranin jigu jaghmlu esperjenza simili f'Malta.
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea, waqt li kien qed jindirizza seminar ta' jumejn, li qed isir fil-Lukanda Forum f'San Giljan, qal li l-programm ‘Comenius' hu programm tajjeb biex jitwettqu punti importanti mill-Kurrikulu Nazzjonali. Progetti li l-lum qed isiru fl-iskejjel taghna minn studenti Maltin, issa se jibdew isiru ma' ‘partners' barranin li jistghu jkunu sew studenti u ghalliema kif ukoll skejjel.
Hu heggeg lill-iskejjel kollha biex jiehdu sehem fil-bini u t-tfassil ta' progetti li jkunu fuq bazi soda u fit-tul. Iridu jinbnew strutturi fejn il-progetti mahduma mill-iskejjel Maltin ikunu jistghu jintwerew fi skejjel ohra bhala ezempju ta' xoghol siewi fl-edukazzjoni.
Il-Ministru awgura li fi ftit zmien iehor, l-iskejjel Maltin ma jibqghux semplicement ‘partners' fi progetti bhal dawn, imma jsiru koordinaturi taghhom billi jibdew jippreparaw huma u mbaghad isibu msiehba Ewropej li jidhlu fil-progetti mfassla mill-Maltin.
Meta z-zghazagh u l-ghalliema Maltin jibdew jippartecipaw fil-programmi tal-‘Comenius' ikunu f'pozizzjoni ahjar li jifhmu x'toffri l-Ewropa u jkunu jistghu jwasslu din l-esperjenza taghhom lill-familji Maltin.
Permezz ta' dan il-programm ghandha tkun inkoraggita l-kooperazzjoni bejn kulturi differenti tal-pajjizi partecipanti.
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni habbar li hemm il-hsieb li l-korsijiet tal-‘Comenius' fil-qasam ta' l-"in-service training'', jibdew isiru f'Malta, permezz tad-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni fl-Universita'.
Hu qal li kull skola f'Malta hi eligibbli ghal dawn il-programmi u biex jghin lill-iskejjel ihejju l-partecipazzjoni taghhom kien pubblikat fuljett li tqassam fi Brussels u hu ndirizzat lejn skejjel Ewropej li qed ifittxu skejjel Maltin bhala ‘partners' taghhom.
Louis Galea tkellem ukoll dwar il-programm ‘Erasmus' u qal li studenti Maltin diga' bdew jiehdu sehem f'dan il-programm filwaqt li studenti barranin kienu milqugha f'Malta bhala parti minn dan il-programm.
Ix-xahar id-diehel se jibdew ukoll programmi ta' "Life-Long Learning'' filwaqt li bhalissa qed ikunu pprezentati wkoll progetti ghall-programm ta' l-"Open and Distance Learning''.
Is-seminar se jkun indirizzat ukoll minn Dr. Joseph Mifsud, Chairperson tal-Kumitat Socrates; is-Sur Joe Sammut, Chairperson ta' l-EuropeanUnion Programmes Union tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni; Yves Beernaert mill-Ufficcju Comenius ta' Brussels; Alena Stefanikova mis-Slovakkja u Saviour Grech u Bernardine Mizzi mill-Kumitat Koordinatur tas-Socrates f'Malta.
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni qal li rridu nibdew niehdu l-frott wara li regghet kienet attiva l-applikazzjoni ghas-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea billi naccertaw li kemm jista' jkun Maltin jihdu sehem u jibbenefikaw minn dawn il-programmi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN