Left arrow Go Back

IL-MINISTRU TA' L-INTERN IHABBAR INCENTIVI ADDIZZJONALI GHALL-ISKEMA GHALL-GHOTI TA' QBIELA TA' ART TAL-GVERN

PR1395
Date Icon 19/10/2000

Il-Ministeru ta' l-Intern illum ħabbar inċentivi addiżżjonali sabiex persuni li jaħdmu r-raba tal-Gvern jakkwistaw titolu fuq l-art li jaħdmu jew itejbu il-pozizzjoni tagħhom. L-iskema għall-għoti ta' qbiela ta' art tal-Gvern imħabbra f'Awissu 2000 se tibqa' miftua sa l-aħħar ta' Jannar 2001.

Wara taħditiet kostruttivi bejn l-Assoċjazzoni tal-Bdiewa u l-Ministeru ta' l-Intern u dak ta' l-Agrikoltura, 'ie deċiż li dawk li di''� għandhom titolu ta' qbiela fuq art tal-Gvern u għandhom interess li jidħlu fl-iskema, eż. dawk li jixtiequ jaqsmu raba detentut 'in solidum' minn persuni differenti, se jibbenefikaw mill-inċentivi 'odda li 'ejjin:

  1. meta jinqasam raba detenut 'in solidum' isir hlas wiehed ta' Lm30 għall-qasma u Lm15 (flok Lm30) għal kull porzjon ta' art diviża, dment li l-applikazzjonijiet minn kull wieħed li jrid il-qasma ji'u preżentati flimkien lit-Taqsima Proprjet'� tal-Gvern;

  2. ma jsir ebda ħlas - oltre il-ħlas tal-qbiela - għal strutturi eżistenti fuq l-art agrikola 'a detenut bi qbiela, basta dawn l-istrutturi jissodisfaw il-paragrafu 7 u 8 ta' l-iskema ori'inali;

  3. fuq applikazzjonijiet għal artijiet differenti li ji'u sottomessi flimkien minn applikant wieħed f'ismu lit-Taqsima Proprjet'� tal-Gvern, isir ħlas ta' Lm30 għall-ewwel applikazzjoni u ħlas ta' Lm15 (flok Lm30) għal kull waħda mill-applikazzjonijiet l-oħra.

Għall-iskopijiet ta' din l-iskema, dawk il-persuni li qed jaħdmu raba tal-Gvern wara li ntemmet konċessjoni enfitewtika, ma jitqiesux bħala li kienu jaħdmu raba bla titolu wara dik it-terminazzjoni, jekk jipprovaw illi jistgħu ji'u meqjusin bħala 'membru tal-familja' ta' l-aħħar ċenswalist skond il-Li'i tal-Kiri tar-Raba (Kap 199). Din il-konċessjoni tapplika wkoll għal min baqa' jaħdem raba tal-Gvern wara li 'iet terminata l-kirja mill-Gvern għal skop pubbliku, jekk fil-fehma tal-Gvern l-istess skop pubbliku ma għadux jeżisti. Dawn il-persuni jistgħu japplikaw taħt din l-iskema bl-istess kondizzjonijiet bħal dawk li għandom raba imqabbel għandhom b'mod regolari, b'dana pero' li jridu jħallsu kumpens għall-okkupazzjoni mit-terminazzjoni ta' l-enfitewsi/kirja sal-lum bir-rata annwali ta' Lm1 it-tomna jew parti minnha.

Fl-aħħarnett qed ji'i ċċarat li qbiela ta' kull art re'istrata taħt kwalunkwe parti mill-iskema ori'inali ti'i maħduma skond il-metra'' li fiha, u cio'� il-qbiela ta' parti minn tomna tinħadem 'pro rata'.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow