LAQGHA TAL-MINISTRU RESPONSABBLI MILL-GVERN LOKALI MA' LORD HENNINGFIELD - RAPPREZENTANT TAL-KUMITAT TAR-REGJUNI TA' L-UNJONI EWROPEA
Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr. Austin Gatt qal li huwa importanti ħafna għall-pajjiżna li jibni relazzjonijiet ma' strutturi u organizzazzjonijiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea.
Huwa qal dan meta kmieni llum wara nofsinhar, iltaqa ma' Lord Hanningfield ta' Chelmsford, li huwa l-President tal-Liaison Group dwar it-Tkabbir ta' l-Unjoni Ewopea tal-Kumitat tar-Re'juni tal-UE. Lord Hanningfield jinsab Malta sabiex għada jattendi għall-Konferenza intitolata "The Maltese Local Authorities in the Run-up to the Enlargement of the European Union", li qed tkun organizzata mill-Kumitat tar-Re'juni tal-Unjoni Ewropea flimkien ma' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ta' Malta.
Dr. Gatt ta merħba lil Lord Hanningfield, u ta dettalji dwar l-importanza li l-Gvern jagħti lil politika tiegħu dwar il-Gvern Lokali. Huwa qal li kemm fuq livell politiku u kif ukoll fuq livell amministrattiv, huwa importanti li konferenza bħal dik ta' għada tkun organizzata flimkien mal-Kumitat tar-Re'juni tal-UE.
Minn naħa tiegħu, Lord Hanningfield rringrazzja 'l Ministru Gatt tal-merħba li tah, u qal li jinsab sodisfatt ħafna li qiegħed Malta. Huwa wera interess kbir fis-sistemi li l-Ministeru u l-Kunsilli Lokali qed iħaddmu bl-użu tat-teknologija ta' l-informatika u kif ukoll dwar il-fatt li Malta tinsab avvanzata ħafna fl-użu ta' dawn is-sistemi. Lord Hanningfield qal ukoll li huwa zgur li kemm awtoritajiet lokali fl-Ingilterra u kif ukoll oħrajn f'diversi pajjiżi Ewropej, huma interessati li jsiru jafu aktar dwar l-iżviluppi li qed iseħħu f'Malta.
Lord Hanningfield ta' Chelmsford twieled fis-16 ta' Settembru ta' l-1940, f'Essex fl-Ingilterra. Huwa l-Viċi Chairman u Kap tal-Grupp Konservattiv tal-Assoċjazzjoni tal-Gvern Lokali fl-Ingilterra. Huwa membru tal-"Central-Local Partnership Meeting" li huwa ppresedut mid-Deputat Prim Ministru Ingliż. Barra minn hekk huwa l-Kap tal-Kunsill tal-Kontea ta' Essex.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN