GHOTJA TA' APPARAT GHALL-ISPECIAL CARE BABY UNIT (SCBU) MILL-GHAQDA TINY INFANTS PARENTS SUPPORT (TIPS)
Fl-ahhar sentejn il-vot ghall-qasam tas-sahha f'pajjizna zdied bi 11–il miljun lira filwaqt li fl-istess perijodu bdiet glieda kontra l-hela u l-inefficjenza biex il-flus iffrankati jkunu nvestiti f'aktar servizzi b'risq sahhet il-poplu.
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara waqt ghotja ta' apparat ghall-Ispecial Care Baby Unit (SCBU) mill-ghaqda Tiny Infants Parents Support(TIPS).
Il-Ministru Deguara qal li fl-ahhar 12–il xahar id-Divizjoni tas-Sahha bdiet toffri servizzi godda lill-pazjenti bhal ma hu l-MRI li fis-6 xhur li ilu installat dan l-apparat saru testijiet fuq pazjenti aktar milli saru fl-ahhar sentejn f'daqqa. Il-prezz li l-Gvern qed ihallas ghal dan is-servizz huwa hafna anqas minn dak li kien qieghed ihallas biex dawn it-testijiet isiru fuq numru izghar ta' pazjenti fi sptar privat. Investiment iehor li sar matul l-ahhar sena kien dak fil-kardjologija bil-ftuh ta' taqsima intensiva specjalizzata fil-kura tal-mard tal-qalb – CICU u Catheterisation Laboratory.
Dan l-investiment kif ukoll iehor li sar fil-qasam tas-sahha, b'mod partikolari fid-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha, qed iwassal biex mhux biss in-numru ta' mwiet fit-twelied jonqos imma wkoll qed jirrizulta, kif pubblikat fl-ahhar statistika, li l-Maltin fl-ahhar ghoxrin sena qed jghixu izjed. Fil-fatt skond statistika pubblikata fid-9 ta' Ottubru jirrizulta li filwaqt li fl-1978 l-irgiel kienu mistennija jilhqu l-eta` ta' 68 sena u n-nisa dik ta' 72, fl-1999 il-life expectancy ta' l-irgiel telghet ghal 75 sena u dik tan-nisa ghal 79 sena, zieda ta' 7 snin ghaz-zewg sessi f'perijodu ta' 21 sena. Dawn ir-rizultati flimkien ma' ohrajn li ksibna bil-koperazzjoni ta' dawk kollha li jahdmu fil-qasam tas-sahha poggew is-servizzi ta' pajjizna fil-hames post fost 191 pajjiz fid-dinja.
Minkejja dan l-investiment f'servizzi godda kif ukoll f'apparat ta' l-ahjar teknologija u b'rizultati daqshekk sodisfacenti, dejjem jibqa' fejn wiehed jista' jtejjeb. Ghalhekk donazzjonijet bhal dik tal-lum huma dejjem apprezzati, ghax filwaqt li juru l-gratitudni ta' individwi u ghaqdiet lejn is-servizz tas-sahha, jkunu wkoll qed jghinu biex aktar pazjenti jircievu kwalit'� ta' kura ahjar. Il-Ministru Deguara fahhar l-inizjattiva tat-TIPS kif ukoll ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi li minn zmien ghal zmien jaghmlu dawn it-tip ta' donazzjonijiet.
L-ghaqda volontarja TIPS giet imwaqqfa fl-1997 bl-ghan li fost ohrajn taghti appogg u ghajnuna lill-genituri li jitwildulhom tfal prematuri, fil-perjodu li t-trabi jkunu ghadhom l-isptar kif ukoll meta jintbaghtu d-dar. Ghan iehor hu li jsiru attivitajiet li permezz taghhom jingabru fondi biex jinxtara apparat ghall-SCBU ta' l-Isptar San Luqa.
Kien propju permezz ta' zewg attivitajiet li saru recentement li t-TIPS xtraw apparat li jaqra l-livell tal-pH fit-trabi biex jizdied ma dak li diga` hemm fl-SCBU kif ukoll kutra li tipprovdi dawl terapewtiku ghal trabi li jsofru minn suffejra wara t-twelid.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN