IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO F' LAQGĦA TA' KONSULTAZZJONI MALL-BEJJIEGĦA TAL-LAĦAM
"Quddiemna għandna sfidi kbar u r-realt'� hi li spiċċa ż-żmien li l-Gvern jiddetta jew jikkontrolla kemm iridu jkunu l-prezzijiet". Dan qalu l-Onor. Edwin Vassallo Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, waqt laqgħat ta' konsultazzjoni li qiegħed jagħmel regolarment mas-setturi differenti tan-negozju.
Din id-darba s-Sur Vassallo tkellem mal-bejjiegħa tal-laħam fejn semma illi hemm bżonn li ntejbu l-istandards tal-prodotti tagħna għaliex il-konsumatur tal-lum m'għadux il-konsumatur tal-bieraħ. F'dan ir-rigward saħaq fuq il-ħtie'a li l-prodotti jkollhom labelling addattat u b'dan iwassal biex il-prodotti jkollhom l-informazzjoni eżatta tal-prodotti li jkunu qegħdin għall-bejgħ. Bis-sistema tal-labelling il-prodotti kollha jkunu traċċati u b'hekk kull prodott ikun jista' ji'i identifikat mill-punt tal-manifattura.
Is-Sur Vassallo semma wkoll illi l-Gvern huwa konxju li teżisti l-kompetizzjoni, iżda ma nistgħux inre'għu lura s-suq u rridu nħarsu 'l quddiem b'ċertu kura'' u nagħmlu l-għażliet tagħna. Hawnhekk semma dwar il-liċenzji u l-kundizzjonijiet il-'odda li l-Gvern qiegħed iħejji iżda li għandhom joffru opportunitajiet ta' aktar għażla. Il-bejjiegħa ser ikunu jistgħu jbiegħu aktar għażla tal-prodotti bil-kundizzjoni li jitħarsu r-regolamenti tas-sanit'� u ma' jkunx hemm kontaminazzjoni. B'hekk il-ħanut tal-laħam ser ikollu opportunit'� b'emendi fil-liċenzji tan-negozju li jkun jista' jbiegħ għażla aktar wiesa ta' prodotti bil-kundizzjoni għar-regolamenti ta' kontaminazzjoni.
L-Onor Vassallo semma l-istandards u qal li t-tifsira hija sempliċi li ma nistgħux noħolqu periklu għal saħħet il-konsumatur. L-iskop ta' ħtie'a ta' standards hu li nħarsu saħħet il-konsumatur u ma jkunx hemm prodotti ta' periklu.
Fi tmim l-intervent tiegħu l-Onor Vassallo saħaq li l-ħanut tal-laħam li ser juri li qiegħed jaħdem b'dawn l-istandards ser jkun qiegħed jiggarantixxi lill-konsumatur prodotti ta' kwalit'�, servizz u serjet'� kif mixtieq minn kull konsumatur.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN