KAMPANJA ?CLEAN UP THE WORLD'
Il-Ministeru ghall-Ambjent din is-sena se jerga' jorganizza l-kampanja Clean Up the World. Fil-kampanja ta' din is-sena se jiehdu sehem 41 Kunsill Lokali, 36 NGOs, skejjel, kumpanniji u organizzazzjonijiet. Il-kampanja, li qed issir bl-appogg ta' McDonald's, l-Awtorit'� Marittima Maltija, il-Malta International Airport, l-STMicroelectronics, il-Malta Freeport u l-kumpannija Baxter, se ssir bejn il-lum il-gimgha u nhar il-hadd li gej, 15 ta' Ottubru.
L-ghan tal-kampanja hu li nqajmu kuxjenza akbar favur l-ambjent billi ninvolvu numru kbir ta' parteċipanti. Il-Ministeru ghall-Ambjent, flimkien mad-Dipartiment ghall-harsien ta' l-Ambjent, qed joffru l-ghajnuna kollha fl-inizjattivi li jistghu jittiehdu billi jipprovdu ghodda, skips, trakkijiet u htigiet ohra.
Dr Francis Zammit Dimech, Ministru ghall-Ambjent, ghada s-Sibt se jsegwi mill-qrib hidma ta' tindif li jkun qed isir minn voluntieri u impjegati tal-Gvern.
Il-Ministru Zammit Dimech se jzur Wied il-Luq fis-Siggiewi, fejn ikun qed isir tindif, il-Kunsill Lokali Sta. Venera fejn se jipprezenta ċertifikati lil min ikun ha parti fl-attivita' ta' tindif u premjijiet lir-rebbieha tal-kompetizzjoni ghall-ahjar faċċata mzejna bi pjanti u fjuri organizzata mill-istess Kunsill, u San gwann fejn se jsegwi xoghol ta' tindif minn voluntiera fil-lokal u wara tindif f'Wied Ghomor fejn il-Ministru ghall-Ambjent se jindirizza lill-istampa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN