STRATEGIJA GHAL TAHRIG FIL-LIVELLI KOLLHA
Dr Francis Zammit Dimech, il-Ministru ghall-Ambjent, qal li kien qed jippartecipa fl-okkazjoni fejn kienu qed jigu ippremjati ghall-isforzi taghhom haddiema tal-Gvern. Dawn hadu sehem f'kors tal-Middle Management fil-kostruzzjoni organizzat mit-Taqsima tax-Xoghlijiet flimkien mal-Fakult'� ta' l-Arkitettura u Inginerija civili ta' l-Universit'� ta' Malta.
Hu qal li meta fl-1997 inbeda l-process biex isir dan il-kors tal-Middle Management il-konkorrenza ghalih tant kienet qawwija li l-partecipanti kellhom jinqasmu f'zewg gruppi u jsiru zewg korsijiet separati. Dan fih innifsu wera xi htiega kien hemm ta' kors ta' din ix-xorta li zgur se jservi biex ic-civil, u b'mod partikolari l-Ministeru ghall-Ambjent, ikun moghni b'nies teknici li mhux biss ikollhom l-esperjenza fuq il-lant tax-xoghol, izda wkoll ikollhom it-tahrig akkademiku mehtieg biex jaqdu d-dmirijiet taghhom b'mod dejjem aktar professjonali.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li meta wiehed janalizza d-diversit'� ta' suggetti li kienu ittrattati waqt dan il-kors wiehed malajr jasal ghall-konkluzjoni li dan il-kors hu wiehed ta' certu valur ghax minbarra li jkopri suggetti teknici u li jinvolvu direttament ix-xoghol konness mal-progetti jkopri ukoll suggetti ohra relatati. Barra suggetti bhal Project Planning, Levelling, Surveying u Quality Control,il-kors kien jinkludi studju ukoll ta' aspetti ohra, bhalma huma dawk legali u sahha u sigurt'� fil-post tax-xoghol. Fiz-zmien li qeghdin nghixu llum, ma setax jonqos ukoll li l-qasam ta' l-informatika jinghata wkoll importanza, meta kull ma jmur din it-teknologija qed issir parti integrali mill-hajja taghna ta' kuljum.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li qawl Malti jghid ‘Bniedem avzat nofsu armat'. Hu qal li jinsab cert li, bit-tahrig li dawn il-haddiema dahlu ghalih se jkunu mhux nofshom armati, izda armati sewwa biex jaffrontaw b'hila s-sitwazzjonijiet u problemi li jiltaqghu maghhom fl-ezekuzzjoni tax-xoghol taghhom u b'mod partikolari waqt ix-xoghol ta' kostruzzjoni.
Hu l-ghan tal-Gvern li jkollna nies imharrga fid-dipartimenti u dan il-kors jifforma parti minn strategija shiha mahsuba biex il-haddiema jitharrgu fil-livelli kollha. Il-Ministru ghall-Ambjent qal li kien cert ukoll li dawn il-haddiema se jikkontribwixxu biex jilhqu l-ghan tal-Ministeru li l-progetti li jidhol ghalihom jitlestew fiz-zmien stipulat u jkunu ta' kwalit'� gholja ghas-sodisfazzjon tal-pubbliku.
Il-Ministru Zammit Dimech irringrazzja lill-kollegi mill-Fakult'� ta' l-Arkitettura ta' l-Universit'� ta' Malta ghall-kooperazzjoni taghhom biex dan il-kors seta' jsir b'success. Qal li kien il-hsieb tal-Ministeru li jkomplu jkabbru r-relazzjonijiet tajba li jezistu bejn iz-zewg nahat billi jorganizza kors iehor li jsegwi dak li dawn il-haddiema attendew b'tant success. Dan il-kors il-gdid ikun iwassal ghal Diploma.
Il-Ministru ghall-Ambjent ferah lill-partecipanti kollha ghas-success taghhom f'dan il-kors tal-Middle Management u awguralhom li dak kollu li jirnexxielhom jiggwadanjaw minnu jservihom kemm fil-qadi ta' dmirijiethom, kif ukoll meta jigu biex javvanzaw fil-karriera taghhom.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN