Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, VICI PRIM-MINISTRU U MINISTRU GHALL-POLITIKA SOCJALI, WAQT IS-SEMINAR "DUR DAWRA MA' DAHREK!" ORGANIZZAT FL-OKKAZJONI TAL-GIMGHA EWROPEA SAHHA U SIGURTA' FUQ IL-POST TAX-XOGHOL

PR1363
Date Icon 13/10/2000

Sinjuri

Ikolli nistqarr li din il-Konferenza ta' llum giet verament f'hina u f'waqtha. Bhalissa l-Parlament Malti qed jiddiskuti riforma, anzi rivoluzzjoni fil-qasam tas-Sahha u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xoghol. B'din il-ligi, l-Gvern qieghed iwettaq l-impenn li kien ghamel mal-poplu Malti u ma' l-imsiehba socjali, biex isahhah l-ghodda nazzjonali li ahna ghandna f'dan il-qasam b'mod li nkunu nistghu naghmlu qabza ta' kwalita. Naturalment, il-ligi taghtina ghodda gdida – u ghalhekk, fiha nfisha ma hijiex xi soluzzjoni finali ghall-isfida li ghandna quddiemna. Nafu li kollox jiddependi fuq kemm naghmlu uzu tajjeb minn din l-ghodda.

Sallum kellna l-Kummissjoni ghall-Promozzjoni tas-Sahha u s-Sigurta fuq il-post tax-Xoghol. Din il-Kummissjoni – li kienet twaqqfet wara li ghaddiet il-ligi fl-1994 – haddmet sew u gabet l-ewwel tibdiliet importanti billi qajment kuxjenza nazzjonali dwar dan il-qasam. Il-verita hi, pero, li f'pajjizna ghad fadal hafna x'isir u ghad ghandna bzonn ta' bidla radikali fil-kultura taghna, fil-mentalita li ahna ghandna u fl-etika tax-xoghol li pprattikajna ghal dawn l-ahhar ghexiren ta' snin.

Ghalfejn din l-importanza kollha lill-qasam tas-Sahha u s-Sigurta' fuq il-post tax-Xoghol?

Forsi ilkom tisimghu lil diversi esponenti jghidu li l-unika rizorsa li ghandu pajjizna hija dik umana. Ilna nghidu wkoll li jekk irridu verament nkabbru l-kompetittivita' u l-produttivita' tal-ekonomija taghna, allura taghmel hafna sens li ninvestu fil-haddiema kollha sabiex noholqu l-kundizzjonijiet necessarji biex l-istess haddiem ikun jista' jzid il-valur ta' dak li jipproduci f'ambjent tax-xoghol li minnu nnifsu jimmotivah biex jaghjti l-ahjar tieghu.

Il-vantagg mhux sempliciment wiehed ekonomiku, fis-sens li l-haddiem Malti jibda jipproduci prodott ahjar jew jaghti servizz ahjar bir-rizultat li jigi ggenerat il-gid. Il-vantagg huwa wkoll – u b'mod specjali - vantagg socjali, fis-sens li l-investiment irid isir sabiex titjieb il-kwalita' tal-hajja ta' kull haddiem permezz tal-eliminazzjoni tar-riskji u l-perikli li jistghu jaghmlu l-hajja tieghu u/jew tal-familja tieghu jew taghha difficli.

Minn studji li saru rrizulta, li l-ekonomija Maltija qed issofri bejn Lm 20 u Lm28 miljun lira kull sena f'beneficcji u spejjez ohra relatati ma' korrimenti fuq il-post tax-xoghol. Dan l-estimu ma jinkludix problemi ohra ta' sahha li hafna drabi ma jkunux gew rappurtati min ghal raguni u min ghal ohra. Zgur li dan l-aspett finanzjarju daqstant qawwi, jickien meta mbghad tqieghdu fl-istess mizien mal-hafna tbatija u sofferenza li tigi kkawzata lil dawk kollha li jkollhom xi incident jew li tinholqilhom xi problema relatata ma' sahhithom minhabba x-xoghol taghhom.

Huwa ghalhekk li l-Gvern irid li jgib bidliet mill-eghruq f'dan il-qasam, ghaliex jemmen li bl-investiment fil-qasam tas-sahha u s-sigurta' fuq il-post tax-xoghol jkun qed ikabbar il-gid ekonomiku u socjali u jghin lil kull haddiem sabiex isir aktar produttiv f'ambjent li jghin l-izvilupp tal-hiliet tal-istess haddiem.

Wahda mill-problemi kbar li niffacjaw hija problema ta' kultura. Hafna drabi l-haddiem Malti trabba jahdem bi prattici hziena ta' xoghol u ma jindunax li jkun qed igib fuqu kundizzjonijiet u problemi ta' sahha li fl-ahhar mill-ahhar jistghu jtellfuh milli jibqa jahdem bi qliegh. Din hija sfida kbira u jehtieg sforz kbir minn kulhadd biex immorru kontra dak li jghid il-Malti li minn jitwieled tond ma jmutx kwadru!

Hemm bzonn ghalhekk kampanji informattivi li juru prattici tajbin ta' xoghol, fl-istess waqt li jinfurmaw bir-riskji li jistghu jinholqu jekk lkoll kemm ahna nahdmu f'sitwazzjonijiet hziena u ta' riskju. Naturalment, certa xogholijiet huma aktar riskjuzi minn ohrajn. Precizament ghalhekk, qed nahsbu biex f'dawk ix-xogholijiet li huma riskjuzi nintroducu regolamenti sabiex jinfurzaw prattici tajba ta' xoghol u jiggarantixxu l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis tar-riskji.

Dan kollu jrid isir b'ghaqal. Minn banda rridu nghagglu ghaliex kull gurnata dewmien tfisser perijodu itwal ta' riskju ghal haddiema. Minn banda ohra, il-bidla fil-kultura u l-mentalita ma ssehhx millum ghal ghada. Proprju ghal din ir-raguni, ma taghmilx sens li nghagglu sabiex nintroducu hafna mizuri godda minghajr ma naghtu c-cans li jsir l-adattatament fl-istrutturi u l-mekkanizmi li ilhom ghal diversi snin nieqsa minn dawn il-mizuri.

Min hu xettiku, u min ma jridniex nimxu l' quddiem, jargumenta li l-introduzzjoni ta' mizuri godda favur sahhet il-haddiema jistghu f'certa cirkustanzi jitfghu pizijiet godda fuq l-industrija, kemm dik tal-manifattura kif wkoll dik tas-servizzi. It-twegiba tieghi ghal dan ix-xetticizmu hija li investiment ta' dan it-tip iservi biex izid il-valur tar-rizorsa umana li tkun qieghda tahdem, iservi biex jimmotiva lil haddiema, u jservi biex jgholli r-reputazzjoni kummercjali ta' l-istess azjenda b'mod li din issir aktar kompetittiva.

Fil-fatt, illum ta' min jinnota li minn studji li saru fuq numru ta' kumpaniji multi-nazzjonali, jirrizulta, li l-aktar kumpanji li jaghmlu profitti, huma dawk l-istess kumpaniji li jharsu b'mod skrupluz is-sahha u s-sigurta' tal-haddiema taghhom. Dan huwa ta' l-akbar ezempju u inkoraggiment anki ghalina li ghaddejjin minn din il-bidla fil-ligijet u fl-istrutturi taghna.

Kif ghedt diga, min ihaddem xi kultant qieghed jilmenta li dawn il-regolamenti jistghu joholqu pizijiet finanzjarji. L-istudji li saru, fuq livell Ewropew, ixejjenu dawn l-ilmenti u juru kif fl-ahhar mill-ahhar il-harsien tas-sahha u s-sigurta' tal-haddiema fuq il-post tax-xoghol hija cavetta ghas-sostenibbilta' u l-vijabilita' ta' kull azjenda sew dik privata kif wkoll dik pubblika.

Din il-gimgha li fiha qieghdin niffukaw l-attenzjoni taghna fuq dan il-qasam, hija inizjattiva tal-Agenzija Ewropea ghas-Sahha u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xoghol u ghaldaqstant hija turija tal-impenn li l-Unjoni Ewropea ghandha f'dan il-qasam li aktar ma jmur aktar qed jikseb importanza. Permezz ta' din il-gimgha l-pajjizi membri kif wkoll dawk applikanti fl-Unjoni Ewropea qed jinghaqdu flimkien f'mesagg komuni sabiex jigu mharsa l-perikli li jistghu jikkawzaw l-ugiegh fid-dahar u l-muskoli-skeletali.

Huwa ghalhekk li l-Ministeru ghall-Politika Socjali ddecieda li pajjizna ghandu jinghaqad ma din l-inizjattiva Ewropea u jorganizza din il-gimgha f'Malta wkoll bhala pajjiz applikant ghall-Unjoni Ewropea. Permezz ta' din il-gimgha, il-Gvern irid iwassal messagg car lil kulhadd, messagg li jistimola lil dawk kollha li huma involuti f'dan il-qasam sabiex jiehdu l-inizjattiva u jimplimentaw dawk il-mizuri necessarji biex jitnaqqsu r-riskji relatati mal-Musckulo-Skeletal Disorders. L-istudju mwettaq mit-Taqsima Sahha u Sigurta' fuq il-post tax-Xoghol u li gie ipprezentat lilkom illum huwa ezempju car tal-bzonn li nkattru l-impenn taghna sabiex problemi relatati mal-MSD jigu elimmati, jew evitati kemm jista' jkun.

Nixtieq niehu l-okkazjoni ta' dan is-Seminar biex nifrex quddiemkom il-principji u l-vizjoni li ser jimxi bihom il-Gvern permezz tal-Awtorita' ghas-Sahha u s-Sigurta' fuq il-post tax-xoghol. Migbura f'erba dikjarazzjonijiet semplici, l-istrategija tal-Gvern ser tkun:

Li niffacilitaw l-osservazzjoni tar-regolamenti;

Li nistimolaw u ninkoragixxu l-osservanza ta' prattici tajba;

Li nsegwu lil min josserva kif wkoll lil min jikser ir-regolamenti;

Li nirrispondu bid-determinazzjoni kontra min ma josservax.

Ippermettuli nelabora fil-qosor fuq dawn il-principji:

Ir-regolamenti dwar is-Sahha u s-Sigurta' fuq il-post tax-xoghol iqieghdu obbligi godda fuq kull min ihaddem, fosthom obbligi sabiex jinforma lil kull min ihaddem bir-riskji li jezistu jew li jistghu jinqalghu matul il-kors jew fuq il-lant tax-xoghol tieghu. Huwa ghalhekk, li kull min ihaddem irid jara li jigu osservati dawn ir-regolamenti peress li fl-ahhar mill-ahhar ir-responsabbilita' taqa' dejjem fuq min ihaddem.

Din hija mentalita' gdida f'dan il-qasam - mentalita' li theggeg lil kull min ihaddem sabiex ihares l-osservanza tar-regolament u joffri l-incentivi necessarji biex kull min jahdem jirrejalizza l-importanza tal-harsien ta' sahhtu u jitghallem kif jista' jilqa ghar-riskju li jipprezenta il-lant tax-xoghol.

Mhix l-intenzjoni tal-Gvern li jenfasizza izzejjed l-aspett dixxiplinarju. Irridu iva naraw li l-ligi u r-regolamenti jigu osservati, imma jekk jista jkun dan ghandu jsehh ghaliex ilkoll nifhmu – wahidna u minn jeddna – li l-osservanza tar-regolamenti hi ghal gid taghna stess. Imbghad, jekk ikun hemm min ma jridx jifhem jew ma jridx jitghallem, allura l-Awtorita l-gdida irid ikollha s-snien biex tintervjeni qabel ma jsir l-incident u mhux wara. Irridu ghalhekk, li noholqu ambjent li jiffacilita l-osservanza.

Tajjeb ninnota li diga jezistu ntraprizi li ghandhom strutturi tajbin hafna f'dan il-qasam, strutturi li permezz taghhom tnaqqsu l-ilmenti tal-haddiema dwar sahhithom bil-konsegwenza li tnaqqas l-ammont ta' sick leave mehud. Huwa f'dan is-sens li rridu nsegwu mhux biss lil dawk li ma jkunux qed josservaw imma wkoll lil dawk li jaghmlu sforzi posittivi, sabiex noholqu socjeta' li tkun kapaci titghallem mill-esperjenzi varji ta' dawk kollha li huma koncernati bis-sahha u s-sigurta' tal-haddiema.

Dan ma jfissirx li ser nibqghu cassi quddiem dawk is-sitwazzjonijiet fejn il-ligi u r-regolamenti jkunu qed jigu miksura, f'sitwazzjonijiet li jkunu qed ipoggu f'riskju kbir lil xi haddiem. Quddiem din ir-rejalta' huwa l-hsieb taghna li jkollna struttura b'sahhitha ta' infurzar. Ser ikompli jinghata tahrig specjalizzat lill-ufficjali tal-Awtorita' sabiex jkunu jistghu jwettqu xogholhom b'mod professjonali u bis-sahha kollha li taghtihom il-ligi li bhalissa qed niddiskutu. Dan ser isir sahansitra bil-ghajnuna tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xoghol li diga wriet interess f'dan is-sens, kif ukoll permezz ta' fondi li jigu pprovduti mill-Unjoni Ewropea.

L-ewwel mira taghna ser tkun li nghinu lil dawk kollha li mhumiex qed josservaw l-ligi, permezz tal-ghoti ta' pariri u konsulenza sabiex ikunu jistghu jevalwaw u jtejjbu l-pozizzjoni taghhom. Il-Gvern jifhem illi f'certa cirkostanzi hemm bzonn ta' hiliet teknici u specjalizzati sabiex jkunu osservati r-regolamenti. Galadarba, pero', ikunu inghataw il-pariri kollha necessarji, l-Gvern jippretendi li kull azjenda, kbira jew zghira, timplimenta l-pariri li jkununghataw. Jekk dan ma jsirx, allura l-Awtorita' jkollha tirrispondi b'mod iebes u tapplika l-provvedimenti kollha tal-Ligi u tippenalizza bil-multi.

Forsi hafna huma xettici fuq l-importanza tas-sahha u s-sigurta' fuq il-post tax-xoghol. Dan ix-xetticizmu jista' jkun li gej mill-fatt li ghal tul ta' zmien, dan il-qasam kien imqieghed go rokna u ma giex trattat kif misthoqq. Illum qed naghtu importanza daqstant kbira ghaliex nifhmu li huwa fl-interess tal-pajjiz kollu li jkollna politika b'sahhitha u cara f'dan il-qasam. Hija politika mibnija fuq l-uzu ahjar tar-rizorsa umana, politika msejsa fuq il-valur tal-persuna u politika li tistimola l-efficjenza u l-produttivita bhala sors ta' tkabbir ghall-gid ekonomiku u socjali ta' pajjizna.

Bhalma diga ghidt, ma stajniex nibdew ahjar din il-kampanja ta' nformazzjoni. Propju fil-bidu ta' din il-Gimgha Ewropea, il-Parlament Malti beda jiddiskuti t-twaqqif tal-Awtorita' ghas-Sahha u s-Sigurta' fuq il-post tax-Xoghol. Ghada, l-Gimgha, ser jigu pubblikati regolamenti godda li jharsu lil dawk kollha li jqattghu ammont ta' hin quddiem screen tal-kompjuter. Dan kollu, flimkien mal-inizjattivi kollha li hadna matul din is-sena, huma passi konkreti u serji, turija tal-impenn li bih dan il-Gvern irid li johloq il-gid fl-istess hin li jtejjeb il-kwalita' tal-hajja ta' kull individwu.

Naghlaq billi nirringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom f'din il-Gimgha. Ic-Centru Informazzjoni Malta-UE, is-siehba socjali li hadu sehem, l-Agenzija Ewropea ghas-Sahha u s-Sigurta' fuq il-post tax-Xoghol, u it-Taqsima Sahha u Sigurta tad-Dipartiment tar-Relazzjoni Industijali u ta' l-Impjieg li hadmu qatiegh sabiex stajna norganizzaw kampanja informattiva ta' din il-kwalita'.

Grazzi u Awguri!

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow