Left arrow Mur Lura

PROGETT TA' LM 200,000 GHALL-IMDINA

PR1358
Date Icon 12/10/2000

 Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li kien ta' pjacir kbir ghalih li qed jinawgura wirja organizzata mill-Archeology Services CoOp Ltd f'kollaborazzjoni mal-Kumitat ghar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina.

Il-Kumitat ghar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina twaqqaf minn dan il-Gvern biex jindirizza l-problema ta' din l-eqdem belt imdawra bis-swar ta' pajjizna. Il-Ministru Zammit Dimech habbar li l-Progett ghar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina fil-bidu tax-xahar id-diehel se jibda jwettaq progett ta' Lm200,000 fejn se jitnehhew wires tat-telefon u elettriku li jaqsmu t-toroq. Dawn se jitqieghdu taht l-art. Il-progett jinkludi wkoll it-titjib tas-servizzi fl-Imdina.

Il-Progett qed jizgura l-anqas inkonvenjenza ghar-residenti u l-pubbliku. Ghalhekk il-programm tax-xoghol se jkun wiehed flessibbli biex ikun zgurat li jinholqu l-anqas inkonvenjenzi.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-wirja li kien qed jinawgura tintroduci lill-Maltin u lit-turisti l-potenzjal ta' l-Imdina bhala sit arkeologiku. Qal li hafna kienu jinsew li l-Imdina hi wahda mill-aktar partijiet qodma ta' Malta u ghalhekk kellha interess arkeologiku kbir. Qal li l-inhawi ta' l-Imdina, li r-Rumani originarjament kienu jissejhu Melita, kienu jestendu sa partijiet tar-Rabat tal-lum. Hemm evidenza li fl-Imdina kienu jghixu n-nies anki fi zmien il-Bronz. Hemm ukoll evidenza ta' komunit'� akbar fi zmien il-Fenici. Il-Ministru Zammit Dimech qal li kienu l-Gharab li irriducew il-belt ghall-qies kif nafuh illum u li sejhulha Mdina. Parti kbira mill-belt kellha tinbena mill-gdid wara t-terremot ta' l-1693 biex illum ghandna belt unika fortifikata li hi parti medjoevali u parti barokka.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-wirja Mdina Sotteranea ghandha l-iskop li tohrog dawn l-elementi kollha u li titfa' ftit dawl fuq l-attivitajiet fil-belt.

Hu ferah lill-Archeology ServicesCooperation Ltd ghall-inizjattiva taghhom u lill-Kumitat ghar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina ta' l-ghajnuna li qed taghtihom u talli ikkummissjonathom biex ihejju fuljett, li se jkun ippubblikat s-sena d-diehla, u li ghandu jkompli jqajjem interess fl-importanza arkeologika ta' l-Imdina.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li filwaqt li llum qed infakkru l-bidu tat-Tielet Millennju tal-Kristjanezmu tajjeb li niftakru wkoll li pajjizna jkun abitat ghal mill-anqas 7000 sena.

Ghalhekk bir-ragun kollu niftahru li qed niccelebraw ukoll il-bidu tat-tmiem millennju ta' l-istorja ta' Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow