Left arrow Mur Lura

KAMPANJA TA' TILQIM KONTRA L-INFLUWENZA

PR1357
Date Icon 12/10/2000

Id-Dipartiment tal-Kura Primarja jixtieq javza lill-pubbliku li l-vaccin kontra l-influwenza issa wasal u dawk kollha li huma intitolati ghal dan il-vaccin minghajr hlas issa jistghu jmorru jitlaqqmu fid-diversi Centri tas-Sahha.

It-tilqim jista' jittiehed mic-Centri tas-Sahha kollha mit-Tnejn sas-Sibt u bejn 10.00a.m. u nofs in-nhar.

Id-Dipartiment jirrakkomanda li l-vaccin ghandu jittiehed minn:

  1. Persuni li huma rikoverati jew li jghixu f'istituzzjonijiet

  2. Persuni li ghandhom aktar minn 65 sena

  3. Persuni li jahdmu fil-qasam tas-sahha

  4. Persuni ta' kull eta' li jbatu minn:

mard kroniku tal-Pulmun

mard kroniku talQalb

mard kroniku tal-Fwied

mard kroniku tal-Kliewi

Azma kronika

Dijabete u

Immunodeficenza

Dawk il-persuni li huma inkluzi f'xi wahda minn dawn il-kategoriji huma intitolati li jiehdu il-vaccin minghajr hlas fic-Centru tas-Sahha taghhom.

Il-pubbliku huwa mitlub jikkopera mad-Dipartiment billi jmur ghat-tilqim fil-hinijiet imsemmija. Ghandha tigi pprezentata il-Karta ta' l-Identit'�. F'kaz ta' persuni li ghandhom inqas minn 65 sena u li jbatu mill-mard kroniku msemmi f'din l-istqarrija, iridu jipprezentaw ukoll certifikat ta' evidenza li qed ibatu minn dan il-mard.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow