Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTRU GHAS-SERVIZZI EKONOMIZI

PR1355
Date Icon 12/10/2000

Kien il-Gvern preċedenti li żamm lura t-tisħiħ li kien għaddej b'rittmu mgħa''el sa l-1996 fis-sistema tal-provvista u tad-distribuzzjoni ta' l-elettriku, inkluż it-tħaffir ta' mina bejn il-power stations ta' Delimara u l-Marsa, u kieku ma kienx għall-fatt li di''� kien inbeda x-xogħol fuq l-istallazzjoni ta' l-impjant tal-combined cycle fil-power station ta' Delimara lanqas din l-espansjoni tant bżonnjuża ma kienet issir.

Dan sostnieh il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi Josef Bonnici bi twe'iba għal stqarrija maħru'a mill-Kelliem Ewlieni Laburista għas-servizzi infrastrutturali, l-Onor. Louis Buhagiar, b'reazzjoni għar-rapport tat-Tieni Sena ta' '�idma tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi.

Il-Ministru Bonnici qal li l-fatt li l-kelliem ta' l-Oppożizzjoni dam ħafna biex ħare' bir-reazzjoni tiegħu jindika bl-aktar mod ċar li ftit li xejn kellu x'jikkritika, tant li irripeta l-kritika li qed issir min-naħa ta' l-Oppożizzjoni għall-fatt li l-Gvern preżenti baqa' ma daħalx għar-riskju perikoluż li kien se jidħol għalih il-Gvern Laburista dwar ftehim fit-tul ta' hedging dwar xiri ta' żejt.

Hu re'a' fakkar li l-ftehim ta' hedging li kienu di''� saru mill-Gvern precedenti wasslu għal riperkussjonijiet koroh b'telf kbir għall-Enemalta u allura, abbażi ta' dik l-esperjenza kerha, kienet tkun irresponsabbilt'� kbira min-naħa tal-Gvern preżenti li jer'a' jidħol għal ftehim ieħor ta' din ix-xorta.

Hu re'a' sfida lill-Oppożizzjoni biex tistqarr x'kienet ir-ra'uni vera li wasslet biex il-Gvern precedenti japprova l-ftehim ta' hedging, anki fir-rigward tal-fuel ta' l-avjazzjoni, b'telf kbir bla bżonn.

Dwar is-sitwazzjoni preżenti fis-sistema ta' l-elettriku, il-Ministru Bonnici fakkar li wara li fis-snin disgħin kienet tħaffret il-mina bejn il-Mosta u l-Marsa, il-Gvern ta' dak iż-żmien kien di''� beda l-proċess għall-bini ta' mina simili bejn il-Marsa u Delimara. Dan il-proċess, kompla l-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi, kien sospiż għal kollox mill-Gvern precedenti. Dan il-proċess re'a' nbeda mill-Gvern preżenti u di''� ħar'et it-tender għal din il-mina li se tkun twila tmien kilometri. Ix-xogħol mistenni jibda la darba jinħare' il-permess mill-Awtorit'� ta' l-Ippjanar.

Il-Ministru Bonnici qal li f'dawn l-aħħar sentejn mhux biss kompliet tissaħħaħ id-distribuzzjoni ta' l-elettriku, iżda wkoll re'għet ingħatat spinta lit-twaħħil tal-bozoz fit-toroq tant li fl-ewwel disa' xhur ta' din is-sena twaħħlu 1,500 bozoz 'odda, jew 400 aktar milli kienu twaħħlu fl-aħħar tnax-il xahar tal-Gvern precedenti, fejn l-aktar li twaħħlu naturalment kienu fil-'imgħat ta' qabel l-elezzjoni.

Dwar il-problema tat-trab iswed fin-Nofsinhar ta' Malta, il-Ministru Bonnici qal li din il-problema kienet bdiet tikber fi żmien il-Gvern preċedenti u dak il-Gvern kien baqa' ma għamel xejn biex għallanqas jipprova jibda jsolviha. Min-naħa l-oħra, il-Gvern preżenti ħa din il-problema bl-akbar serjet'�, ikkummissjoni rapport tekniku dwarha u issa, li kien konfermat is-sors tal-problema, se jieħu l-azzjoni kollha meħtie'a biex dan l-inkonvenjent jispiċċa.

Dwar il-qasam tat-telekomnunikazzjoni, il-Ministru Bonnici staqsa fejn l-Oppożizzjoni qed tara l-falliment fil-Maltacom meta din qed kontinwament tespandi l-attivit'� tagħha u meta l-valur ta' l-ishma tagħha tela' minn 90c fi żmien il-Gvern precedenti għal Lm2.80 illum il-'urnata. Hu tenna li kuntrarjament għal dak li ji'ri bil-monopolju, bil-liberalizzazzjoni tissaħħaħ l-ekonomija kif se ji'ri bil-liberalizzazzjoni tat-telekomunikazzjoni li permezz tagħha l-Maltacom se tkun tista' tkompli tespandi kemm fil-qasam tat-telefon ċellulari kif ukoll f'qosma oħra, tant li s-sena l-oħra l-Maltacom irre'istrat ħames kumpanniji sussidjari li tagħhom għandha l-ishma kollha.

Dwar il-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma, il-Ministru Bonnici ċaħad li dan il-Gvern kien wiegħed li t-tariffi kienu se jitre''għu lura eżatt għal li kienu fl-1996. Hu qal li l-verit'� hi li t-tariffi li hemm illum huma ferm aktar baxxi mit-tariffi anti soċjali li kien introduċa l-Gvern precedenti, tant li r-rati domestiċi jammontaw għal 70 fil-mija anqas minn dawk tal-Gvern precedenti u dawk ta' l-industrija kienu se jkunu aktar minn 1,000 fil-mija aktar, b'diżastru kbir għall-ekonomija ta' pajjiżna.

Hu żied li tant l-istess Gvern precedenti kien jaf x'diżastru u tbatija kienu se j'ibu dawn it-tariffi 'odda, li baqgħu għal sena sħiħa ma bagħtu l-kontijiet biex imbagħad meta l-kontijiet ta' dik is-sena bdew jintbagħtu mill-Gvern preżenti, l-Oppożizzjoni bil-wiċċ tost kollu bdiet tagħmel plejtu dwar kemm huma għoljin meta kienet taf li dawn kienu jkopru perjodu ferm itwal mis-soltu.

Fl-aħħarnett, il-Ministru Bonnici tenna li kien il-Gvern preċedenti li ħa deċiżjonijiet ħżiena u perikolużi b'konsegwenzi gravi għall-ekonomija u għall-poplu. Tant dan hu minnu li spiċċa tilef il-poter f'anqas minn sentejn.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow