ITTRA MIBGHUTA MID-DIRETTUR GENERALI TAS-SAHHA LIS-SEGRETARJA TAQSIMA SERVIZZI PUBBLICI TAL-GENERAL WORKERS' UNION
Dan li jsegwi huwa t-test ta' ittra mibghuta mid-Direttur Generali tas-Sahha lis-Segretarja Taqsima Servizzi Pubblici tal-General Workers' Union
11 ta' Ottubru 2000
Ms. J. Attard Sultana
Segretarja
Taqsima Servizzi Pubblici
GWU
Re: Direttivi lis-Security Guards ta' l-Isptar San Luqa
Nirreferi ghall-ittra tieghek datata 6 ta' Ottubru 2000 dwar is-suggett hawn fuq imsemmi.
Nibda billi nichad kategorikament l-asserzjoni tal-Union tieghek li d-Divizjoni tas-Sahha mhix qed timxi skond il-ftehim milhuq fil-laqgha taghna ta' 1 ta' Awissu. Ghaldaqstant inhoss li l-bazi ghall-azzjonijiet industrijali ordnati mill-Union tieghek mhix wahda gustifikata.
Fil-laqgha taghna ta' 1 ta' Awissu kien gie miftiehem li ‘time off in lieu' li jithaddem ghandu jigi offrut lis-Security guards kollha b'sistema ta' rotazzjoni. Kien gie miftiehem ukoll li dawk is-security guards li jigu mitluba biex jahdmu ‘time off in lieu' u jirrifjutaw, jigu maqbuza mir-rotazzjoni. Il-fatti juru li hemm numru ta' security guards qed jinsistu li ‘time off in lieu' jahdmuh biss f'postijiet partikolari jew f'hinijiet partikolari. Inti tifhem li t-‘time off in lieu' irid jinhadem fil-hinijiet u fl-oqsma fejn id-Divizjoni thoss li hemm bzonn li jahdmu. Ghal din ir-raguni numru ta' security guards gew offruti ‘time off in lieu' gie rrifjutat minhabba ragunijiet imsemmija u ghalhekk gew maqbuza.
Ghar-rigward ta' rotazzjoni int kont ktibtli fejn issuggerejt li ghandhom jinholqu kriterji li fuqhom issir ir-rotazzjoni sabiex tali rotazzjoni tkun ekwa u gusta. Ghalkemm id-Divizjoni ma taqbilx mija fil mija mal-kriterji proposti mill-Union tieghek, hemm qbil assolut mal-principju li jinholqu dawn il-kriterji. Inti tifhem li fil-kaz ta' security guards ma' hemmx rapprezentanza assoluta ta' Union wahda, u ghalhekk id-Divizjoni trid tilhaq ftehim maz-zewg Unions li jirrapprezentaw lil dawn il-haddiema. Id-Divizjoni ressqet din il-proposta lil Union l-ohra u fil-prezent qed nistennew risposta dwar il-qbil fil-principju sabiex wiehed ikun jista' jibda diskussjonijiet li jwasslu ghal ftehim ahhari maz-zewg Unions fuq iI-kriterji.
Dan ta' hawn fuq jikkonferma li d-Divizjoni qed timxi b'mod attiv biex tesegwixxi dak kollu li kien miftiehem fil-laqgha msemmija. Ghaldaqstant nitlob lil-Union tieghek biex tirrikonsidra l-pozizzjoni taghha, tirtira d-direttivi sabiex ikunu jistghu ikomplu d-diskussjonijiet biex ikun jista' jintlahaq ftehim ahhari ghal-beneficcju tal-haddiema kollha.
Dr Ray Busuttil
Director General (Health)
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN