Left arrow Go Back

DISKORS MILL-MINISTRU GHAT-TURIZMU, L-ONOR. MICHAEL REFALO WAQT KONFERENZA STAMPA "IT-TIENI SENA TAL-LEGISLATURA" TNAX IL-XAHAR TA' KISBIET GHAL MALTA U L-MALTIN. INSTITUTE OF TOURISM STUDIES.

PR1352
Date Icon 12/10/2000

Hu bi pjacir li nhabbar li matul it-tnax il-xahar li ghalqu fis-7 ta' Settembru 2000 l-industrija tat-turizmu lahqet hafna quccati godda.

Ghalaqna l-1999 b'rekords sew fl-ammont ta' qligh ta' flus barranin, fiz-zieda fin-numru ta' haddiema fil-lukandi u ristoranti, kif ukoll in-numru ta' turisti li zaru l-Gzejjer Maltin.

Minkejja bidu xi ftit difficli s-sena 2000 issa qed taghti risultati posittivi.

Qatt daqs din is-sena ma dahhalna tant flus mit-turizmu. Qatt daqs matul dawn l-ahhar tnax il-xahar ma dahlu tant nies jahdmu full time fil-lukandi u ristoranti.

Fl-1999 ghalaqna s-sena b'numru ta' turisti aktar minn qatt qabel. Din is-sena, sa Lulju, mqabbel ma' l-istess 7 xhur tal-1999 lqajna fostna l-akbar numru ta' turisti.

Ix-xhur ta' Jannar, April, Gunju u Lulju 2000 kienu xhur rekord, waqt li d-dhul mit-turizmu zdied b'rata oghla mir-rata ta' zieda fin-numru ta' turisti.

Ghalhekk hadd ma jista' jichad li matul dawn l-ahhar tnax il-xhar l-industrija tat-turizmu mxiet ‘l quddiem, lahqet livelli oghla u tat-kontribut akbar lill-ekonomija ta' Malta u ghall-livell tal-ghixien tal-poplu Malti.

Irrid infakkar li minkejja tbassir internazzjonali li ghall-festi tal-millennju l-gdid kellu isehh boom fit-turizmu, li mhux biss ma sehhx izda gara l-kontra, l-industrija rnexxiela tikseb dan ir-rizultat.

Il-biza' bla raguni dwar l-effetti tal-Millennium bug, ix-xewqa ta' hafna li jiccelebraw il-migja ta' millenju gdid f'pajjizhom ma' qrabathom, kif ukoll l-gholi ezagerat fil-prezzijiet tal btajjel f'dak il-perjodu, kienu fost ir-ragunijiet ghaliex il-boom mistenni ma sehhx.

Malta mxiet max-xejra internazzjonali. Gara ukoll li fl-2000 l-festi tal-Ghid il-Kbir waslu tard f'April u dan ukoll kien fattur li halla impatt negattiv fuq ir-rizultati tal-ewwel kwart tas-sena.

It-tlett xhur li ghalqu fit-30 ta' Settembru mistennija jikkonfermaw ix-xejra positiva tax-xhar rekord ta' Lulju, kemm ghal dak li hu dhul u mpiegi, kif ukoll ghan-numru ta' turisti li jkunu zaru l-Gzejjer Maltin.

Iz-zieda ta' haddiema fil-lukandi u postijiet li jservu l-ikel tirrifletti ziediet paralleli f'setturi l-ohra li jaqdu jew jfornu l-industrija, kif ukoll jissarfu f'opportunitajiet godda ta' xoghol f'oqsma li jikbru sforz tal-espansjoni fit-turizmu.

B'rizultat tal-hidma kbira promozzjonali u ta' reklamar li saret fl-Ingilterra r-rizultati ta' dawn l-ahhar xhur juru li x-xejra negattiva f'l-akbar suq taghna giet kontrollata. Fil-fatt kellna zieda minn dan is-suq fix-xhur ta' April, Mejju u Lulju. Nistennew li r-rizultati t'Awissu u Settembru jkunu tajbin ukoll.

Swieq ohra li tawna rizultati tajbin huma dak Germaniz, dawk Skandinavi u tal-Benelux, waqt li t-turizmu mir-Russja rpilja.

Ta' min jinnota li ghall-ewwel darba f'hafna snin ma' kien hemm l-ebda destinazzjoni Mediterranja maghluqa kagun ta' gwerer, terrorizmu jew disastri naturali.

Fl-istess hin il-mixja bla heda tal-process ta' globalizzazzjoni, l-akkwist ta' operaturi kbar minn operaturi akbar, qed tikkaguna incertezza fis-suq. Dahlet ukoll strategija gdida, waqt li t-tigrija ghal sehem akbar mis-suq gie abbundata favur hidma ghal aktar qligh u profitti. Dan it-taqlib ihalli impatt fuq Malta. Zewg tour operators ewlenin, Thomson u Frosch, intlaqtu, b'rizultat li qed tintlaqat Malta ukoll.

Niftahar li matul dawn it-tnax il-xahar il-kisbiet ta' Malta kienu sforz biss tal-hidma ghalenija u l-ishubija sfieqa bejn is-settur pubbliku u dak privat, u mhux l-inqas il-kontribut li ta kull min jahdem fis-settur. Zgur mhux minnu kif xi drabi jinghad, li s-success ta' Malta gej mill-problemi ta' haddiehor.

Hu dmir u pjacir tieghi ghalhekk li naghti hajr u gieh lil kull min hadem u ghen biex jinkisbu dawn ir-rizultati.

L-Awtorita' tat-Turizmu giet imwaqqfa f'Settembru 1999 u sallum tat xhieda qawwija tas-siwi taghha. Ghazilt li fil-Bord Esekuttiv kif ukoll f'dawk li fil-bicca l-kbira ninnomina operaturi mis-settur privat bhala rapprezentanti tieghi. B'hekk ukoll isahhet ir-rabta' ta' shubija bejn is-settur pubbliku u dak settur privat.

L-Awtorita' hejjiet u varat Pjan Strategiku ghat-triennju 2000 – 2002. Nidiet politika gdida biex isservi ta' bazi ghall-klassifikar ta' lukandi u postijiet ohra ta' akkommodazzjoni kif ukoll fasslet kampanji ta' pubblicita', promozzjoni u reklamar sew f'Malta kif ukoll fi swieq barranin.

Ghall-erba' snin (2001-2004) il-Gvern intrabat li jiffinanzja l-Awtorita' bl-ammont ta' Lm8.5 miljun kull sena. Dan mhux biss ifisser zieda qawwija fl-ammont ta' finanzjament izda juri car ir-rikonoxximent tal-Gvern, l-istima u l-importanza ghal kontribut tat-turizmu lill-ekonomija nazzjonali u l-hajja ta' kulhadd.

Issa, ghall-ewwel darba, l-Awtorita' tinsab f'qaghda li tippjana ghat-tul fic-certezza li jkollha l-flus mehtiega ghall-istrategiji u l-programmi li taghzel tvara u tmexxi. Ovvjament meta il-Gvern izid il-kontribut b'ammont daqstant sostanzjali hemm kaz li s-settur privat jaghmel il-parti tieghu wkoll.

Il-valur dejjem jonqos tal-Euro rohhos il-prezz ta' btajjel fl-Ispanja, Grecja, Portugall, u l-Italja u ghamilhom aktar kompetitivi. 75% tal-fondi tal-MTA jintefqu f'suq wiehed u ghalhekk jibqa' ftit wisq ghal ohrajn. Issa nafu li d-domanda mis-suq Ingliz iccaqalqet l-aktar b'zieda fir-reklamar u promozzjoni. Dan u fatturi ohra, wasslu ghad-decizjoni li s-sussidju moghti lill-operaturi Inglizi taht l-iskema tat-TOSS jieqaf.

Minn tahdidiet mal-operaturi Inglizi rrizultalna li whud minnhom iqisu s-sussidju bhala premju ghalihom u lanqas jikkalkulawh meta jahdmu l-prezz ta' btala biex Malta tista' tikkompeti ahjar ma' destinazzjonijiet ohra.

Ghalhekk giet varata skema gdida li waqt li taghmel tajjeb ghal parti mit-taxxa oghla li l-Ingilterra timponi fuq min isiefer lejn Malta u pajjizi mhux fl-UE, tippremja u tincentiva l-operaturi Inglizi izidu l-programmi taghhom lejn Malta u b'mod specjali lejn Ghawdex. Ovvjament kif Malta tissieheb fl-UE ma jkunx hemm aktar lok ghal din l-iskema.

Mir-rapporti li waslulna johrog li r-rizultati miksuba mill-lukandiera u operaturi Ghawdxin huma ahjar minn qabel. Dan sforz ukoll tal-promozzjoni u reklamar li l-MTA ghamlet specifikament ghal Ghawdex biex aktar tirkacca l-karattru u l-karatteristici ewlenin tal-gzira.

Sew il-Ministeru kif ukoll l-MTA jahdmu mill-qrib mal-Gozo Tourism Association. Bhalissa hawn Malta l-production team tal-programm "Sereno Variabile" u l-gimgha d-diehla l-programm "Domenica nel Villaggio" jingibed f'Ghawdex.

Wara nuqqas ta' erba' snin inhatar Direttur gdid ghall-Istitut tat-Turizmu. lr-rakkmandazzjonijiet tal-espert J. L. Aeschlimann qed jigu mplementati, fost hwejjeg ohra, bit-tibdil fil-kontenut tal-korsijiet u tal-kwalifiki ghad- dhul fl-Istitut. Issa li, ghal darb'ohra, il-gradwati tal-ITS jistghu jkomplu l-istudji taghhom fl-Universita' u jiksbu l-B.Comm. (Tourism) bdew tahdidiet mal-Universita' biex fi hdanha twaqqaf kors shih li jwassal ghal grad fl-istudji tat-turizmu.

Il-Ministeru u d-Dipartiment tat-Turizmu kif ukoll l-Awtorita' u l-ITS, zammew ruhhom aggornati bl-isviluppi li sehhu fl-Unjoni Ewropeja in kwantu dawn jolqtu l-industrija tat-turizmu.

Fl-1999 gie deciz li jsir stharrig, finanzjat mill-UE, dwar l-effetti ta' shubija fl-UE fuq ix-xoghol tal-gwidi turistici kif ukoll l-impatt fuq SMEs b'mod specjali lukandi u agenziji tal-ivvjaggar.

Wara konsultazzjoni mas-setturi rispettivi gew imfassla regolamenti dwar id-dmirijiet u d-drittijiet ta' min joffri u min jixtri pakkett tal-ivjaggar kif ukoll dwar il-bejgh u n-negozju tat-Timeshare biex b'hekk, waqt li nghata harsien ahjar ghall-interessi tal-konsumatur is-settur jigi regolat ahjar.

Intlahaq ftehim bejn il-Ministeru u l-Assocjazzjoni Maltija tat-Timeshare dwar kif trid tigi regolata l-imgieba tal-OPCs. Id-dhul fis-sehh tar-regolamenti kif ukoll is-sorveljanza fuq l-imgieba ta' dawn l-operaturi dahhlet sens ta' dixxiplina fis-settur tant li r-rata ta' lmenti naqset ghal kwazi xejn.

II-Kumitat Interministerjali dwar it-Turizmu kompla bil-hidma tieghu. Wara li fl-1999 ma kienx permess li jsir xoghol mill-Gvern f'zoni turistici, issa, bi ftehim mal-Awtorita' tal-Ippjanar dwar permessi godda, minn Lulju li ghadda, xoghol anke tal-privat, f'zoni turistici ma jistax jibda qabel id-9.00 ta' filghodu.

Bhalissa flimkien mal-Kunsill Lokali ta' San Giljan, l-MHRA u l-GRTU, il-Kumitat qed jistharreg xi soluzzjonijiet ghal problemi ta' Paceville. Matul dan is-sajf l-MTA hallset ghal tindif "extra" u ghas-servizzi ta' ambulanza fil-lokalita'.

L-istudju li jkejjel l-effetti ambjentali fuq l-estensjoni tar-ramla fil-bajja ta' San Gorg tlesta u ser jintbaghat lill-Awtorita' tal-Ippjanar. L-istudju jikkonferma li, bi spiza konsiderevoli, ir-ramla tista' tigi mkabbra minghajr impatti negattivi ghall-ambjent.

Gie mitmum l-istudju dwar il-Carrying Capacity. Dan serva ta' bazi xjentifika ghat-tehid ta' decizjonijiet strategici dwar l-isvilupp tat-turizmu kif ukoll dwar ix-xorta ta' incentivi li jigu offruti biex jaqdu ahjar il-htigijiet tal- industrija fil-gejjieni.

Il-Ministeru u l-MTA hadmu mill-qrib mal-Awtorita' tal-Ippjanar. Intlahaq ftehim bejn il-Ministeru u l-Awtorita' tal-Ippjanar dwar l-ipprocessar ta' progetti turistici u l-Ministeru ressaq il-proposti tieghu dwar il-pjani lokali tal- Awtorita', waqt li fit-Tourism Topic Study tal-Awtorita' ta t-tifsila tal-linji generali li ghandhom jirregolaw l-isvilupp turistiku.

L-Air Malta ghandha rapprezentanti fuq il-Bord tal-Awtorita' tat-Turizmu u tad-Direttorati u ghalhekk hi istituzzjonalment msiehba mill-qrib fl-ippjanar u l-isvilupp tal-industrija tat-turizmu.

Kemm il-Ministeru kif ukoll l-MTA zammew relazzjonijiet eccellenti u mill-qrib mal-Air Malta u dan ukoll wassal ghal kisba ta' rizultati tajbin b'risq it-tnejn.

Iz-zieda fin-numru ta' turisti li jzuruna tiddependi unikament mill-ammont ta' postijiet fl-ajruplani li l-operaturi l-kbar u l-linji tal-ajru jpoggu fuq is-suq. Kuntent li fl-2001 l-British Airways ser izzid it-titjiriet waqt li diehla wkoll il-Virgin Airways. Kuntent ukoll bl-interess ta' investiment li urew f'Malta Nouvelle Frontieres, Accor, Sol Melia, Intercontinental, Marriot u ohrajn. Izda z-zieda ta' sodod trid twiegeb ghal kemm ikun hemm postijiet fl-ajruplani u mhux viceversa.

L-industrija tistrieh hafna fuq il-hidma tal-Air Malta. Ghalhekk mehtieg li l-Air Malta ma tibqax imxekkla u trid tinhall mir-rabtiet ta' trattati li saru snin ilu.

Biex tizviluppa l-potenzjal shih taghha l-Air Malta tehtieg il-liberta' li ttir fejn, kemm u meta trid lejn is-swieq l-aktar importanti taghna u tikseb id-drittijiet kollha li jgawdu l-linji tal-ajru tal-pajjizi msehbin fl-UE. Dan jista' jsehh biss bl-ishubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja u t-tgawdija mill-Air Malta tal-beneficci tat-Third Package.

L-ishubija fl-Unjoni Ewropeja hi l-unika triq miftuha u possibbli biex Malta tkompli tizviluppa l-potenzjal taghha ta' destinazzjoni turistika.

Hu biss b'shubija shiha fl-UE li Malta tista' tgawdi mit-tkattir tat-turizmu. B'hekk biss tista' tiggarantixxi t-tigdid u t-tishih tal-kontribut sostanzjali li l-industrija taghti lill-ekonomija nazzjonali kif ukoll ghat-titjib tal-livell tal-ghixien ta' kull wiehed u wahda minna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow