Left arrow Go Back

IL-MINISTRU LOUIS DEGUARA JQASSAM ĊERTIFIĊATI LILL-INFERMIERA LI KOMPLEW BIT-TAĦRIĠ TAGĦHOM

PR1351
Date Icon 12/10/2000

"Fil-futur qrib il-problema ta' nuqqas ta' infermiera ser tkun waħda tal-passat. Dan mhux ser iseħħ b'kumbinazzjoni imma għax din il-problema kienet indirizzata bis-serjet'� u ittieħdu l-passi kollha, fosthom anke inċentivi finanzjarji, biex aktar żgħażagħ ikunu attirati lejn din il-professjoni".

Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara waqt ċerimonja ta' għoti ta' ċertifikati lil 19-il infermier u infermiera li temmew b'suċċess kors ta' sentejn biex minn Enrolled Nurses saru Registered Nurses.

Il-Ministru Deguara qal li dan it-taħri' kien possibbli bl-għajnuna ta' l-Istitut għall-'�arsien tas-Saħħa li, b'kollaborazzjoni mad-Diviżjoni tas-Saħħa, organizza dan it-taħri' fil-waqt li l-infermiera ma tilfu xejn mill-kundizzjonijiet tagħhom waqt l-istess taħri'. Saru wkoll diskussjonijiet mar-rappreżentanti tal-ħaddiema biex l-andament tat-taħri' ma jikkawżawx problemi fuq is-sistema 'enerali.

Huwa wkoll ta' sodisfazzjon li bħalissa hemm numru ieħor ta' infermiera fil-grad ta' Enrolled Nursesli qed jattendu għal taħri' biex fil-futur qrib imma wkoll jilħqu l-grad ta' Registered Nurses.

Wasal iż-żmien li anke f'din il-professjoni wieħed ma jibqax iħares biss lejn il-kwantit'� imma għandha tingħata priorit'� lil kwalit'�. Hu ta' sodisfazzjon, qal il-Ministru tas-Saħħa, li din is-sena n-numru ta' studenti fil-BSc Nursing huwa ta' 51, filwaqt li dawk li applikaw biex jagħmlu il-kors tad-Diploma kienu 133, in-numru ta' dawk li qed japplikaw għal kors ta' ċertifikat fin-nursing qiegħed jonqos. Matul l-aħħar sena kien sodisfaċenti wkoll in-numru ta' infermiera li komplew b'taħr' ta' speċjalizzazzjoni minkejja li huma di''� kkwalifikati.

Louis Deguara qal ukoll li permezz tat-taħri' li illum qed jingħataw l-infermiera qed ikun aktar faċli li wieħed jimplimenta r-riformi tant mixtieqa biex is-servizz tas-saħħa ma jibqax provdut b'sistemi u prattiċi antikwati.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow