DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, VICI PRIM MINISTRU U MINISTRU GHAL POLITIKA SOCJALI, FL-OKKAZJONI TA' SEMINAR DWAR IS-SAHHA U S-SIGURT FUQ IL-POST TAX-XOGHOL, ORGANIZZAT MILL-UHM
Sinjuri,
Huwa ta' pjacir ghalija li niehu sehem f'inizjattiva li l-Union Haddiema Maghqudin organizzat bhala parti mill-Gimgha Ewropea ghas-Sahha u s-Sigurta' fuq il-post tax-Xoghol - kampanja mtella mill-Ministeru ghall-Politika Socjali u c-Centru Informazzjoni Malta-UE. Is-sehem taghkom bhala Union juri l-impenn li l-Union ghandha favur dak li sa ftit zmien ilu ma kienx meqjus b'daqshekk importanza fil-qasam tar-relazzjonijiet industrijali u tal-Impjieg.
F'dan is-sens, xtaqt nirrikonoxxi is-sehem li l-UHM tat u qieghda taghti biex f'pajjizna ssehh bidla importanti. Infakkar li f'April li ghadda kien intalhaq ftehim mal-UHM li, fost hwejjeg ohra, sahaq fuq it-tishih tad-djalogu socjali u l-bzonn li nattakkaw l-abbuzi sija fil-hlas tat-taxxi, kif ukoll fl-ghoti ta' beneficcji. Jiena nghid li dawn iz-zewg issues, flimkien mal-qasam tas-sahha u s-sigurta fuq il-post tax-xoghol, ipoggu quddiemna l-isfidi ewlenin li pajjizna jrid jirbah biex jkompli l-mixja tieghu lejn il-progress.
Il-Gvern wiegeb billi ippresenta lill-imsiehba socjali abbozz ta' ligi li jipproponi tishih importanti fil-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku, li sallum ipprovidilna l-makkinarju nazzjonali li fih isehh id-djalogu socjali. Il-Gvern wiegeb ukoll billi beda b'inizjattivi immirati lejn l-eliminazzjoni ta' l-abbuzi kemm fil-hlas tat-taxxi kif ukoll fl-ghoti ta' beneficcji socjali.
Proprju f'dawn il-granet, il-Gvern qieghed jipprezenta it-twegiba tieghu ghal preokuppazzjoni ohra li giet espressa mill-imsiehba socjali taghna, fosthom il-UHM, li hi dik dwar it-tishih ta' l-ghodda nazzjonali biex nipprotegu s-sahha u s-sigurta tal-haddiema taghna fuq il-post tax-xoghol. Inzerta li din l-inizjattiva qieghda ssehh proprju waqt li bhalissa ghaddej id-dibattitu fil-Parlament taghna, dwar ligi li qieghda twaqqaf Awtorita gdida li ser tinghata r-responsabbilta li ggib bidla radikali fil-kultura, l-mentalita u l-etika tax-xoghol li sallum haddanna bhala poplu.. Niehu pjacir ninnota li din il-ligi qieghda ssib l-appogg u l-qbil tal-kelliema tal-Oppozizzjoni – u din hi xi haga posittiva li ghandha tigi enfasizzata.
Nahseb li f'dan kollu hemm messagg posittiv li ghandu jigi apprezzat mill-poplu taghna. Qieghdin naqblu bejnietna li ghandna bzonn niddjalogaw izjed; ghandna bzonn nattakkaw l-abbuzi, u ghandna bzonn nipprotegu lill-haddiema taghna minn perikli ghal sahhithom. Forsi hemm differenzi bejnietna dwar xi aspetti teknici. Imma l-principji huma maqbula u dan jaghmlilna gieh u jinkoraggina biex nkomplu mexjin il-quddiem.
Dan iwassalni biex naghmel punt li nikkunsidrah importanti hafna. Il-bidla fid-dinja tax-xoghol gabet maghha taqliba shiha fir-rwol tal-ghaqdiet li jirraprezentaw il-haddiema. Dawk fostkom li ilhom qrib tal-moviment trejd unjonistiku jhossu din il-bidla aktar minn ohrajn. Li hu zgur huwa, li r-rwol tat-trejd unions illum ghandu jkun hafna differenti minn dak li kien ghaxra jew ghoxrin sena ilu. Il-bidliet li qed naraw illum huma bidliet li jehtiegu mentalita' gdida, u jitolbu hiliet godda ta' negozjar, hiliet li mhumiex iffukati fuq il-konfrontazzjoni imma fuq il-kompromess.
Tajjeb napprezzaw li xi kultant ma hemmx ghalfejn nivvintaw ir-rota biex ngibu bidla. Bhala pajjiz zghir, ghandna l-vantagg li nistghu nharsu madwarna u nanalizzaw dak li qed jigri fil-pajjizi qrib taghna u nistaqsu jekk dak li qed jigri jistax iservi ta' xprun sabiex jigu modifikati prattici ezistenti u jissahhah id-djalogu ta' dawk l-atturi responsabbli mir-relazzjoni ta' bejn l-istat, min ihaddem u l-haddiem innifsu.
Diversi pajjizi Ewropej ghazlu li jirregolaw din ir-relazzjoni permezz ta' qafas legali li jistabilixxi l-parametri u l-kundizzjonijiet li tahthom in-negozjati jsiru. L-intervent tal-Gvern mhux dejjem huwa necessarju u fil-fatt jezistu mhux biss ftehim tri-partitiku imma anki jezistu diversi forom ta' patti socjali li jirregolaw ir-relazzjoni ta' azjenda jew kategorija ta' haddiema ma' ghaqda ta' min ihaddem jew management ta' azjenda.
Ghalfejn qed nghid dan kollu?
F'Malta jidher li ghaddejjin minn bidliet inevitabbli b'rizultat dirett tar-ristrutturazzjoni u tal-globalizzazzjoni tas-swieq u tal-kummerc. Bis-sahha tal-izmantellar tal-protezzjoni tal-industrija u tal-prattici godda ta' xoghol li gew introdotti, qed jinkixef b'mod l-aktar car, il-bzonn li jissahhah id-djalogu socjali b'enfasi bil-wisq differenti minn dak li konna ninnegozjaw flimkien matul dawn l-ahhar ghaxar snin. Jista jkun, u hija probabbilta' kbira, li l-bidla li saret fl-istruttura tas-suq tax-xoghol u fl-industrija, fl-Ewropa, hadet tul ta' zmien aktar milli qed tiehu din il-bidla f'pajjizna. Jista' jkun li konna wisq protettivi ekonomikament, imma zgur li, biex nassiguraw il-kompetittivita taghna, irridu nhaffu dan il-process ta' bidla .
Naturalment, dan qed isir sabiex nkunu nistghu nkabbru l-gid nazzjonali u ntejbu l-kwalita' tal-hajja tal-haddiema taghna. Madankollu, bhalma jigri dejjem il-bidla ggib maghha certu rezistenza li x'aktarx tkun frott il-biza li tinholoq meta nkunu mistiedna nabbandunaw dak li sallum drajna naghmlu biex nhaddmu processi godda li ma nafux preciz fejn ser iwassluna. Huwa proprju hawn li rridu nkunu cari u kategorici fil-posizzjoni taghna. Irridu naghmluha cara li l-progress taghna lkoll, jiddependi fuq kemm ser inkunu kapaci nghelbu dan il-biza, konvinti li dak li qieghdin naghmlu ser itejjeb u jkattar l-opportunitajiet taghna u ta' pajjizna.
Hafna drabi nahsbu li l-kelma ristrutturazzjoni tfisser l-introduzzjoni ta' makkinarju gdid, l-implimentazzjoni ta' metodi awtomatici ta' produzzjoni, jew it-traformazzjoni ta' prodott f'wiehed ta' valur mizjud. Dan kollu huwa minnu, imma ma huwiex kollox. Hemm tifsira aktar wiesgha ta' ristrutturazzjoni li nixtieq li naqsam maghkom illum, ghaliex nahseb li hija nieqsa hafna mil-lessiku u mill-mod ta' kif inharsu lejn dak li qed jigri madwarna.
Ir-ristrutturazzjoni hija process li permezz tieghu azjenda taghraf tikseb aktar b'anqas sforz. Wicc‘imb wicc mal-kompetizzjoni, kull azjenda trid issib mod kif tibqa tiggenera l-profitti filwaqt li tipproduci prodott jew servizz irhas imma ta' aktar kwalita'. Dan ifisser li jrid isir investiment b'mod intelligenti, investiment li mhux bilfors jissarraf f'materja prima jew f'makkinarju. Ghal dawn ta' l-ahhar hemm limitu sakemm tista tinvesti biex izzid l-efficjenza. Ic-cavetta allura tinsab fl-investiment li jrid isir sabiex jitkattru u jitkabbru l-hiliet ta' dawk li jahdmu, u fil-holqien ta' kundizzjonijiet ahjar ta' xoghol sabiex tikber il-produttivita' u l-valur tax-xoghol li jsir jew tas-servizz li jinghata.
Dan il-fatt qed jikber fl-importanza mat-tul taz-zmien. Is-suq tax-xoghol ikkaratterizzat minn haddiema rgiel qieghed jinbidel. Bizzejjed nghidu li matul din l-ahhar sena, l-irgiel jahdmu bi qliegh naqas filwaqt li zdiedu b'rata impressjonanti n-nisa. Tbiddlet wkoll l-istruttura tal-kundizzjonijiet tax-xoghol, bil-ghoti ta' kuntratti aktar definiti, biz-zieda fil-kuntratti part-time u bil-holqien ta' forom godda ta' xoghol bhat-teleworking u x-shared jobs. Dawn huma kollha ngredjenti godda li jitolbu ambjent u relazzjoni gdida bejn ix-xoghol u l-kapital.
Nahseb li dawn l-elementi mhumiex qed jinghataw l-importanza li jixirqilhom, peress li hafna drabi huma meqjusa inferjuri ghad-diskussjonijiet u t-trattattivi li ghandhom x'jaqsmu ma' ziediet fil-pagi u incentivi finanzjari. Din is-sitwazzjoni hija ta' dannu kbir ghall-istess haddiema u tirrifletti nuqqas ta' gharfien ta' kif qasam bhas-sahha u s-sigurta fuq il-post tax-xoghol jista' jaffettwa sahansitra l-pakkett finanzjarju ta' kull haddiem.
Il-Union Haddiema Maghqudin, ilha ghal diversi snin tiehu sehem fid-diskussjoni ghall-holqien ta' qafas ahjar ghas-Sahha u s-Sigurta' fuq il-post tax-xoghol. Ilha wkoll tiehu diversi inizjattivi posittivi f'dan il-qasam sabiex tkompli tiggieled kultura ta' nuqqas ta' informazzjoni u gharfien. Dan ta' llum hija holqa ohra pozittiva f'katina ta' inizjattivi f'dan il-qasam.
Kif diga accennajt, nahseb li wasal iz-zmien li t-trejd unions f'pajjizna joholqu kuntratt socjali gdid mal-partijiet kollha. Dan jista' jiehu diversi forom u jitratta diversi materji. Zgur mhux forsi, li l-element tas-Sahha u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xoghol ghandhu jinghata prijorita' kbira u jkun parti ntegrali mill-process ta' negozjar u ftehim kollettiv ta' kull azjenda kemm dik privata kif wkoll dawk pubblici.
Niehu pjacir ninnota, li dan, f'certa kazijiet diga beda jsir. Madankollu, l-Unions ghandhom ikunu aktar ezigenti f'dan il-qasam, u ghandhom jiehdu rwol ta' gwardjani, sabiex jizguraw li s-sahha u s-sigurta' tal-haddiema qed tigi garantita f'kull waqt u hin. Nazzarda nghid, li rwol bhal dan huwa importanti daqs – jekk mhux aktar - min-negozjar tal-pakkett finanzjarju, peress li huwa cavetta ghall-produttivita' akbar li minnha nfisha, jekk milhuqa, tkun l-ixprun ghat-talba ta' kundizzjonijiet finanzjarji ahjar.
L-istess jista' jinghad ghit-tahrig li hemm bzonn jinghata mir-rapprezentanti tal-Unions dwar Sahha u Sigurta'. Minn analizi li saret fl-1996 madwar il-pajjizi tal-UE, jirrizulta, li t-tahrig moghti mit-trejd unions huwa bil-wisq aktar effettiv minn dak li jista' jinghata minn min ihaddem. Jidher wkoll, li l-Unions ghandhom bzonn jinvestu qatiegh sabiex jipprovdu aktar tahrig kontinwu f'suggett li xi kultant ikun hemm bzonn ta' hiliet teknici u specjalizzati.
Il-ligi li qed tigi diskussa bhalissa tesigi l-holqien ta' rapprezentati tas-sahha u s-sigurta' f'kull post tax-xoghol. Dawn ir-rapprezentanti ser ikunu responsabbli mill-harsien tar-regolamenti f'dan il-qasam u jservu bhala link bejn il-management u l-haddiema sabiex jinholoq ambjent hieles mill-perikli u r-riskji. Naturalment, jehtieg li jinghata hafna tahrig kontinwu lil dawn l-ufficcjali u nahseb li r-rwol tat-trejd unions ghandu jinkludi tahrig specjalizzat lil dawn ir-rapprezentanti, li minn ricerka li saret fl-Ewropa jidher li hafna minnhom ikunu wkoll attivisti ta' trejd union.
Ma nistax ma nenfasizzax dan l-qasam tat-tahrig. Huwa ghodda krucjali jekk verament irridu li ngibu bidla fil-mentalita' li tissarraf fi prattici ahjar ta' xoghol u f'harsien aktar skrupluz tar-regolamenti f'dan il-qasam.
Barra min hekk, madankollu, flimkien mal-partijiet socjali l-ohra, il-unions ghandhom joholqu kampanji ta' nformazzjoni, b'attenzjoni specjali lejn dawk is-setturi ta' haddiema li huma vulnerabbli, jew ghaliex xogholhom jesponihom ghal periklu jew riskju, jew ghaliex huma setturi ta' haddiema li huma f'minoranza u allura ma tantx forsi jinghataw attenzjoni.
Il-Unions jistghu wkoll jistimulaw aktar ricerka f'dan il-qasam sabiex tinftiehem aktar ir-relazzjoni ta' bejn ix-xoghol u l-haddiem, u l-kawzi ta' kundizzjonijiet ta' sahha li f'certa kazi, bhalma huma il-‘Musculo-Skeltal Disorders' jimmanifestaw ruhhom wara diversi snin ta' prattici hziena ta' rfiegh jew xoghol ripettittiv. Permezz ta' ricerka l-Union tista' tkun f'pozizzjoni li tirrakkomanda u tesigi li jsiru l-bidliet necessarji sabiex ix-xoghol jkun aktar adattat ghall-haddiem.
Qasam iehor li fih Union tista tikkontribwixxi, huwa dak li ghandu x'jaqsam ma l-infurzar tar-regolamenti nfushom. Biex taghmel dan, kull Union trid tikseb u tkabbar il-kompetenzi taghha f'dan il-qasam anki permezz ta' ghajnuniet li jistghu jinkisbu minn organizzazzjonijiet bhall-ILO u l-Kummissjoni Ewropeja.
Dan kollu li semmejt huwa mod gdid ta' kif union tista' sservi l-funzjoni taghha favur kull haddiem. Ma nistax ma ninnotax madankollu element importanti li s'issa nahseb li l-Unions kollha Maltin ma tantx irrejalizzaw. Iz-zieda impressjonanti fil-partecipazzjoni tan-nisa fuq il-post tax-xoghol ghandha tirrifletti ruhha f'partecipazzjoni akbar ta' nisa fil-moviment trejd unjonistiku. Dan huwa mportanti, anki f'qasam bhas-sahha u s-sigurta' fuq il-post tax-xoghol, li qed jipprezenta sfidi godda u necessitajiet godda sabiex jinholqu opportunitajiet indaqs ghan-nisa kif wkoll ghall-irgiel u sabiex il-mara fuq il-post tax-xoghol ma tkunx imqieghda f'riskji jew tkun diskriminata minhabba xi raguni jew ohra. Il-partecipazzjoni ta' aktar nisa hija opportunita' daqs kemm hija sfida u ghaldaqstant hemm bzonn li jkollna l-istrutturi necessarji sabiex nkabbru l-beneficcju li jista' jittiehed minn din l-opportunita'.
Naghlaq billi ghal darb'ohra nuri l-apprezzament lil Union Haddiema Maghqudin ghall-inizjattiva ta' llum u ghall-partecipazzjoni taghkom f'din il-kampanja ta' informazzjoni mtella' mill-Ministeru tieghi flimkien mal-Centru Informazzjoni Malta-UE. Zgur li l-partecipazzjoni taghkom tfisser impenn f'dan il-qasam u hija mudell dwar kif il-partijiet socjali jistghu jigu flimkien fi djalogu socjali ghall-beneficcju tal-interess nazzjonali.
Grazzi u Prosit!
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN