Left arrow Mur Lura

STRATEGIJA GHALL-KONSERVAZZJONI TAL-VICTORIA LINES

PR1349
Date Icon 12/10/2000

Punti mid-diskors ta' Dr Francis Zammit Dimech, Ministru għall-Ambjent, fil-ftuħ ta' seminar dwar il-Konservazzjoni tal-Victoria Lines, fi Project House, Floriana, il-'�amis, 12 ta' Ottubru 2000.

Il-Ministeru għall-Ambjent, permezz tal-Unit tar-Restawr, waqqaf Kumitat ta' Azzjoni għall-konservazzjoni u l-promozzjoni tal-Victoria Lines. Il-parteċipazzjoni tal-Kunsilli Lokali li mill-konfini tagħhom jgħaddu l-Victoria Lines, l-Awtorit'� ta' l-Ippjanar, id-Dipartiment tal-Mużewijiet u l-Fondazzjoni Wirt Artna hi essenzjali biex tiżgura li jkunu salvagwardati u biex issir promozzjoni ta'din il-linja ta' fortifikazzjonijiet.

Il-Kumitat ta' Azzjoni twaqqaf biex jikkonserva u jippromwovi din il-linja difensiva u di''� elenka strate'ija li għandha tiżgura l-preservazzjoni u l-manutenzjoni kontinwa tal-Victoria Lines u l-fortifikazzjonijiet li hemm it-tul tagħhom; li tiżgura l-preservazzjoni tal-kampanja u veduti li jmissu magħhom u li jwasslu biex dan il-monument storiku jkun aktar aċċessibbli u interessanti għall-viżitaturi.

Element importanti fil-konservazzjoni tal-Victoria Lines hu l-ħolqien ta' heritage trail tul il-linja difensiva kollha. Dan ifisser li l-parti l-kbira tal-fortizzi u fortifikazzjonijiet tkun restawrata u żviluppata biex dawn iservu bħala faċilitajiet għall-viżitaturi u bħala mużewijiet u ċentri ta' interpretazzjoni. Il-passa''i u t-toroq tul ir-rotta tal-linja ta' difiża jridu jinżammu ħielsa kontinwament minn ve'etazzjoni, skart u affarijiet oħra li jostakolaw mixja fis-sigurt'� u bla ebda interruzzjoni.

Għal dan l-iskop it-terms of reference tal-Kumitat ta' Azzjoni dwar il-Victoria Lines huma li

  • jippromwovi aktar apprezzament u preservazzjoni ta' din il-linja difensiva;

  • jimmonitorja l-istat tal-preservazzjoni tal-linja difensiva u l-istat ta' l-art ta' madwar;

  • iħejji pjan għat-tħejjija tal-heritage trail it-tul kollu tal-Victoria Lines. Għal dan l-iskop jaħdem biex jiftaħ għall-poplu l-partijiet li m'humiex aċċessibbli tal-fortifikazzjonijiet, partikolarment il-fortizzi, batteriji u wirt ieħor importanti;

  • jinkora''ixxi l-ħarsien ta' partijiet mil-linja difensiva mill-Kunsilli Lokali rilevanti; u

  • flimkien mat-Taqsima Xogħlijiet, id-Dipartiment għall-'�arsien ta' l-Ambjent u korpi oħra, jikkoordina biex jiżgura li dan il-wirt storiku ssirlu manutenzjoni kontinwa u tiswijiet.

tagħrif dwar il-Victoria Lines isegwi …….

Il-Victoria Lines – tagħrif

Ix-xibka komplessa ta' fortifikazzjoni lineari magħrufa bħala l-Victoria Lines, u li taqta' tul il-wisa ta' Malta mit-Tramuntana ta' l-Imdina, hi monument uniku ta' arkitettura militari. Meta nbnew mill-militar Ingliż f'tarf is-seklu 19, tfasslu biex ikun hemm ilqugh fiżiku kontra forzi li jkunu qed jinvadu Malta wara li jkunu niżlu fit-Tramuntana tal-gżira bl-iskop li jattakkaw l-istallazzjonijiet tal-port li huma hekk vitali għall-manutenzjoni tal-flotta Ingliża, is-sors tal-qawwa militari Ingliża fil-Mediterran.

Għalkemm dawn il-linji qatt ma kienu ippruvati fil-battalja, is-sistema ta' difiża, li taqsam tul 12-il kilometru ta' art, ti'bor tipi differenti ta' fortifikazzjonijiet bħal fortizzi, batteriji, trunċieri, stop walls, linji ta' infanterija, postazzjonijiet tas-searchlight u oħrajn għall-kanuni. Din il-linja kienet tifforma taħlita unika ta' elementi varji militari kollha marbuta flimkien biex jinfurzaw l-istrate'ija Ingliża għad-difiża ta' Malta fl-aħħar nofs tas-Seklu 19. Din kienet soluzzjoni unika li sfruttat il-vanta''i difensivi tal-'eografija u t-teknolo'ija kif l-ebda xogħol ieħor ta' fortifikazzjoni ma sfrutta.

Ir-rwol attiv tal-Victoria Lines kellu ħajja qasira għaliex l-isforz kollu kien sorpassat minn tibdil mgħa''el fit-teknolo'ija u l-istrate'ija, u bħala riżultat, dawn ix-xogħlijiet tħallew abbandunati minn mindu tilfu is-sinifikat militari tagħhom madwar mitt sena ilu. Jista' jkun li l-fatt li saru għall-ħtie'a daqshekk malajr ikkontribwixxa għall-preservazzjoni tagħhom u ħelishom minn dak li seħħ minn xogħlijiet militari oħra. Dawn, tul is-Seklu 20, kienu kontinwament mibdula biex jakkomodaw armamenti u rwoli li dejjem kienu qed jinbidlu.

Kif inhuma, il-Victoria Lines jipprovdu studju interessanti fil-mod kif kienu jsiru l-fortifikazzjonijiet f'tarf is-Seklu 19 u għalhekk huma parti importanti mill-wirt storiku u arkitettoniku ta' Malta. Huma jipprovdu wkoll uħud mill-aktar postijiet vanta''jużi minn fejn tista' tgawdi s-sbuħija tal-kampanja Maltija. Dawn iż-żew' kwalitajiet, storja u ambjent, jagħtu lill-Victoria Lines mhux biss status uniku bħala riżors primarju tal-wirt lokali, iżda wkoll potenzjal kbir bħala prodott kulturali u turistiku li pajjiżna jista' joffri.

Minkejja kollox, il-Victoria Lines huma wirt storiku fra'ili. Dawn ma rnexxilhomx jeħilsu mill-effetti distruttivi ta' l-elementi naturali, ta' l-iżvilupp modern, tal-vandaliżmu u l-użu ħażin. Għall-eżistenza kontinwa u l-futur tagħhom jeħti'ilhom li jkunu msewwija, restawrati u mani''jati fuq bażi kontinwa.

Il-Unit għar-Restawr fid-Dipartiment tal-Bini u In'inerija tat-Taqsima tax-Xogħlijiet ħadet l-inizjattiva li issolvi l-problema tal-preservazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Victoria Lines li tressqet l-ewwel mill-Kunsill Lokali tal-Mosta bis-sehem ta' seba' kunsilli lokali oħra, dawk tan-Naxxar, '�al Għargħur, is-Swieqi, ir-Rabat, l-Im'arr, Pembroke u San Pawl il-Baħar u permezz ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt l-awspiċi tal-MED-URBS Programme.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow