LAQGĦA FIL-KUNSILL LOKALI TA? MARSAXLOKK DWAR L-ARTIĠJANAT FIL-KOMUNIT
"Jeħtie' li nikkultivaw is-snajjiet, il-kwalitajiet u d-drawwiet li nsibu fl-irħula tagħna u naraw kif ser insarrfuhom fi flus." Dan qalu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomiċi, l-Onor. Edwin Vassallo, f'laqgħa li kellu fil-Kunsill Lokali ta' Marsaxlokk flimkien mas-Sindku u l-Viċi Sindku u ma' arti'jani mil-lokal li jimmanifatturaw fost oħrajn il-bizzilla, l-għasel, ix-xbieki u n-nasses, dulċiera u oħrajn.
"Hija ħasra illi hemm drawwiet u snajjiet li huma fil-periklu li jispiċċaw mal-persuna li tagħmel l-arti'janat. Jinħass il-bżonn ta' struttura sħiħa fil-pajjiż li tqajjem dan l-interess li qiegħed imut. Irid ikun hemm rikonoxximent akbar u stima lejn l-arti'jan u apprezzament tas-sengħa tiegħu" tenna s-Segretarju Parlamentari Vassallo.
"Il-funzjoni tal-Kunsill Nazzjonali għall-Arti'janat ser tkun proprju li tħares biex tippromwovi, tinkora''ixxi u tirregola l-arti'janat u l-arti'jani. Il-Kunsill li ser ikun magħmul minn ħdax il-membru, sitta li jirrapreżentaw il-Gvern u ħamsa eletti minn fost l-arti'jani u l-imprendituri, ser jiltaqa' għall-ewwel darba fl-ewwel 'imgħa ta' Novembru biex ifassal il-pjan ta' ħidma biex jorganizza s-settur ta' l-arti'janat." kompla jgħid is-Sur Vassallo.
"Ser issir 'lieda kontra dawk il-prodotti li j'ibu deskrizzjoni falza billi ti'i ntrodotta sistema ta' ċertifikar tal-'enwinit'� tal-prodotti maħdumin f'Malta" saħaq is-Segretarju Parlamentari.
Is-Segretarju Parlamentari talab lill-Kunsilli Lokali biex ji'i identifikat x'arti'janat jeżisti fil-komunit'�. "Irridu naraw li nikxfu t-tajjeb fis-snajja' u l-kultura li hemm moħbija fil-komunit'� li jagħmel il-komunit'� dak li hi, b'hekk jista' jkollna prodotti għall-bejgħ li jkunu il-prodott esklussiv tal-komunit'�. Irridu naprezzaw dak li huwa tagħna u li jagħmilna dak li aħna."
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN