Left arrow Mur Lura

TINDIF TA' KANALI TA' L-ILMA MINN HAL QORMI SAL-MARSA

PR1341
Date Icon 11/10/2000

Il-Ministru ghall-Ambjent, Francis Zammit Dimech, qal li kien pjacir tieghu li qieghed fil-Marsa fejn flimkien mas-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett qed jassisti ghall-hidma li twettqet biex dawn il-kanali li ji'bru l-ilma tax-xita minn tant inhawi tnaddfu biex ikun evitat gharghar u disgrazzji.

Hu qal li l-Unit ghall-Ambjent Nadif fi hdan it-Taqsima tax-Xoghlijiet tal-Ministeru ghall-Ambjent, b'kollaborazzjoni mas-Segretarjat Parlamentari fi hdan il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, fl-ahhar xhur wettaq hidma intensiva biex naddaf il-kanali ta' l-ilma li mill-Istabal f'hal Qormi jwasslu sad-dahla tal-Marsa.

Dawn il-kanali ta' l-ilma, li jidhlu anki f'parti mill-korsa l-antika taz-zwiemel u l-inhawi tal-Golf Course,ikopru tul ta' tliet kilometri. Ix-xoghol ta' tindif beda f'Awissu li ghadda.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li biex tnaddfet il-korsa ta' l-ilma tnehhew 300 trakk materjal jew madwar 1,500 tunnellata. Dan in'arr kollu minn fuq il-post. Il-materjal ma kienx jinkludi biss terrapin u si'ar imqaccta, izda wkoll vetturi mkissra, fridges, cookers, saqqijiet u skart goff iehor.

Fil-hidma li saret inzabru wkoll is-si'ar minn haddiema tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.

Il-korsa li minnha jghaddi l-ilma hi wahda strate'ika peress li fuqha jaqa' l-ilma minn Wied il-Kbir u l-Wied tac-cawsli, kif ukoll minn haz-zebbu' u s-Si''iewi, hal Qormi, h'Attard u r-Rabat.

Ilma iehor jinzel f'dawn il-widien minn gandotti li nbnew apposta biex jiehdu l-ilma tax-xita.

Francis Zammit Dimech qal li waqt li din il-korsa ta' l-ilma kienet qed titnaddaf, u anki sa dawn il-jiem, kien ghadu qed jintrema tul il-'nub tal-kandotti skart goff. Dan, minbarra milli jkerrah l-ambjent sabih tac-centru Sportiv u ta' l-inhawi, iwassal biex jimblokka d-dahla tal-pontijiet u johloq inkonvenjenti kbar ghan-nies u hsarat bla bzonn.

Filwaqt li appella biex ma jsirx aktar rimi ta' skart goff fil-widien u fil-kampanja minhabba l-hsara li dan i'ib mieghu u l-periklu li jista' jikkawza f'kaz ta' gharghar, il-Ministru Zammit Dimech wissa li mhux se jkun aktar tollerat a'ir simili. Qal li min jinqabad jiddisponi mill-iskart f'postijiet li m'humiex licenzjati ghal dan l-iskop jittiehdu passi kontrih skond kif jitolbu l-li'ijiet tal-pajjiz

Dawn jinkludu l-konfiska tal-vettura li permezz taghha jkun qed isir ir-reat.

Il-Ministru ghall-Ambjent fakkar li l-Gvern joffri servizz bla hlas ghall-'bir ta' skart goff. Ikun kollu inutli li l-Gvern jonfoq flus il-poplu fit-tindif jekk ma jsibx il-kooperazzjoni ta' kulhadd.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow