Left arrow Mur Lura

MINISTERU TAS-SAĦĦA ? RAPPORT TAT-TIENI SENA TA' ĦIDMA

PR1333
Date Icon 10/10/2000

"Kburin b'dak li wettaqna. Iżda b'ħarsitna 'l quddiem żammejna saqajna fl-art għax konxji mill-problemi preżenti u futuri dwar il-viabbilt'� tas-sistema tas-saħħa tagħna. Iżda l-poplu Malti jista` jibqa` żgurat li s-soluzzjonijiet li nsibu se jirrispettaw it-twemmin soċjali tagħna u l-prinċipji ta` l-ekwit'� u s-solidarjet'� li fil-prattika tfisser li s-servizzi tas-saħħa jibqgħu aċċessibbli għal kulħadd b'attenzjoni speċjali għal individwi u gruppi żvanta''jati".

Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara waqt konferenza ta' l-aħbarijiet li matulha ngħata rendikont ta' ħidmet il-Ministeru matul l-aħħar sena.

Il-Ministru Deguara qal li f'dawn l-aħħar sentejn sar ħafna xogħol fejjiedi fl-interess tas-saħħa tal-poplu Malti minkejja d-diffikultajiet finanzjarji, l-għoli fil-prezz tal-mediċini fis-suq internazzjonali, in-nuqqas ta` tobba u spiżjara u r-reżistenza għall-bidliet meħtie'a. Dan ix-xogħol msejjes fuq snin twal ta` ħidma minn amministrazzjonijiet suċċessivi kien ippremjat biċ-ċertifikat mogħti mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa li po''iet lis-servizz tas-saħħa Malti fil-ħames post fost 191 pajjiż.

F'din l-aħħar sena sar xogħol vitali biex il-pro'ett ta` l-isptar il-'did ingħata l-imbuttatura deċiżiva meta l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi wara sena ta` negozjati diffiċli ffirmat il-kuntratt ta` Disinn u Bini. Minn dakinhar ir-ritmu tax-xogħol żdied u fiduċjużi li l-isptar jiftaħ kif pro'ettat fl-2003. Id-Diviżjoni tas-Saħħa qiegħda tkompli u tintensifika l-isforzi tagħha biex sa dakinhar inkunu rriformajna s-sistemi ta` management meħtie'a.

Fl-istess ħin bqajna ntejbu s-servizzi dejjem bl-interess tal-pazjent fiċ-ċentru tal-mira tagħna. Nidejna Quality Service Charters f'diversi taqsimiet u qegħdin naraw li l-istandards mwiegħda jinżammu. Komplejna ninvestu f'taħri' dejjem iżjed għoli fl-Istitut għall-'�arsien tas-Saħħa. Hu inkora''anti li n-numru ta` studenti li qegħdin jagħżlu korsijiet li jwasslu għal baċċelerat u għal diploma qiegħed dejjem jikber. Din is-sena fejn jidħlu l-infermiera biss hemm 51 applikazzjoni għall-kors tal-baċellerat, 133 għal diploma u 40 għal dak ta' ċertifikat. Investejna wkoll fit-taħri' ta` l-impjegati li di''� qegħdin jaħdmu magħna. Dan kollu hu vitali biex nilħqu l-mira tagħna li noffru servizz dejjem iktar professjonali fl-interess tal-klienti tagħna.

Komplejna nimmodernizzaw l-isptarijiet eżistenti. Xtrajna jew krejna, skond kif kien jaqbel, apparat mediku li nistgħu nużawh illum iżda li 'l quddiem nkunu nistgħu neħduh Tal-Qroqq. Ta` min isemmi l-MRI li fissret li bl-istess flus li konna qegħdin nonfqu stajna naqdu 150 pazjent fix-xahar flok 25; il-ftuħ tas-CICU li naqqset il-pressjoni fuq l-ITU u żiedet l-effiċjenza, di''� għolja, fit-taqsima tal-mard tal-qalb, effiċjenza li tissarraf f'iżjed ħajjiet salvati. Il-Fever Unit tellajniha mill-Isptar Sir Paul Boffa għall-Isptar San Luqa fejn teżisti l-infrastruttura li tinħtie' kura moderna u effettiva tal-mard infettiv. Il-pjanijiet biex neqirdu darba għal dejjem l-inkonvenjent ka'unat miċ-ċumnija ta` l-isptar baqgħu mexjin u ħar'et l-offerta għal sistema moderna ta` ħelsien mill-iskart.

Kompla l-konsolidament ta` l-onkolo'ija fl-Isptar Sir Paul Boffa. L-Outpatients tal-kanċer minn Mejju 'ie trasferit minn San Luqa għal dan l-isptar, l-investigazzjonijiet qegħdin isiru hawn ukoll. Fil-kura tal-kanċer bil-kemoterapija u bir-ra''i ma hemm l-ebda waiting list. Twaqqaf kumitat biex iwettaq ir-rakkomandazzjonijiet li għamel il-Kumitat Nazzjonali dwar il-Breast Screening. Fil-qasam tad-Dermatologija ftaħna l-genito-urinary unit, klinika li tittratta mard trasmess sesswalment.

Fl-Isptar Monte Carmeli sar xogħol strutturali estensiv. Inbidel is-saqaf tas-Sala 11 wara li kienet ilha għoxrin sena ma tintuża. Issa qegħdin nużawha biex inpo''u fiha l-pazjenti mis-swali li nkunu qegħdin nimmodernizzaw. Is-Sala 3A ta` l-ir'iel 'iet modernizzata kompletament u issa beda x-xogħol f'Sala 3B. Sar tqassim aħjar ta` l-infermiera biex l-ikbar numru jkun qiegħed skond il-ħti'ijiet tal-pazjenti u mhux kull sala ti'i meqjusa qisha għandha l-istess bżonnijiet. Baqa` ponn nies li għal ra'unijiet diversi għadhom jirreżistu dan it-titjib b'risq il-pazjent.

Minkejja n-nuqqas ta` tobba sar progress ukoll fil-Kura Primarja. Veru li konna kostretti nirrestrin'u l-ħinijiet f'ċerti ċentri tas-saħħa iżda dan kien meħtie' biex is-servizz tat-tabib jibqa` effiċjenti. Madankollu għadna għaddejjin bl-isforzi tagħna biex niftħu ċ-ċentri kollha għal 24 siegħa kuljum. Dawn l-isforzi qanqlu t-tmaqdir distruttiv ta` min l-iżjed ikkritika t-tnaqqis tas-servizz, donnhom beżgħu li tinstab soluzzjoni. Re'a` infetaħ iċ-Ċentru ta` Bormla b'diversi servizzi li qabel ma kinux jeżistu. Sar titjib fl-ambjent ta` diversi ċentri u bere'. Ġie appuntat it-tielet konsulent mediku u konsulent fl-Ostetrika u l-Ġinekolo'ija biex il-pazjenti ji'u moqdija fil-komunita` u fl-istess ħin naqas l-iffullar fl-Outpatients ta` l-Isptar San Luqa. Fil-fatt in-numru ta` pazjenti li raw il-konsulenti fil-komunit'� żdied b'1,029 jew 33%. Fl-istess ħin l-outpatients minn San Luqa naqsu b'24,278 jew 8%.

Fil-qasam tal-mediċini ddaħħlu ċertifikati biex niżguraw li l-mediċini li jidħlu f'Malta jkunu ta` livell għoli. Qegħdin nirċievu għajnuna mill-MCA tar-Renju Unit biex niżviluppaw sistema ta` re'istrazzjoni sħiħa għall-mediċini. Iżjed mediċini qegħdin jitqassmu fil-komunit'� u hekk il-klijenti tagħna qed ji'u moqdija aħjar u l-queues fl-ispiżerija ta` l-isptar naqsudrastikament.

Għat-tieni sena konsekuttiva żidna l-vot tad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa wara li l-Gvern Laburista kien naqqsu. Bil-fatti wrejna li nemmnu li r-rwol ta` dan id-dipartiment għandu jikber għax fl-interess ta` saħħet il-poplu Malti li jitgħallem jgħix stil ta` ħajja li jiskansa l-mard.

Bqajna għaddejjin bil-programm ta` tisħiħ tal-komputerizzazzjoni li kien beda fl-1993 biex nagħtu servizz aħjar lill-pazjent u biex ikollna iżjed informazzjoni u hekk nagħmlu s-servizz li nagħtu iktar effiċjenti.

Fil-qasam internazzjonali diversi uffiċjali tad-Diviżjoni 'ew involuti fil-proċess ta` screening u fit-tfassil tal-Pjan Nazzjonali biex ji'i adottat l-Acquis Communautaire. Flimkien mal-MIC, il-Ministeru organizza seminars għal diversi kategoriji ta` impjegati biex kulħadd ikun infurmat aħjar dwar l-impatt fuqhom tad-dħul ta` Malta fl-Unjoni. Il-Ministeru kkontribwixxa bis-sħiħ fl-ambitu ta` l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.

Id-Diviżjoni wettqet xogħol intensiv biex ta''orna l-Medical and Kindred Professions Ordinanceminħabba li din saret antikwata u ma twe'ibx għall-ħti'ijiet tal-lum. Saru konsultazzjonijiet wiesgħa li fil-fatt għadhom għaddejjin. Qeghdin nimmiraw li l-professjonijiet medici u paramedici jirregolaw lilhom infushom fil-waqt li nistabilixxu prezenza qawwija tal-pazjent. Sar l-ewwel qari, kif sar ukoll dak tal-Food Safety Act.

Tkomplew jiżdiedu miżuri li tkabbar l-awtonomija ta` l-isptarijiet Sir Paul Boffa u Monte Carmeli. Il-pass li jmiss hu li nħejju l-qafas legali u jibdew in-negozjati mar-rapprezentanti tal-ħaddiema. F'din is-sena d-Direttorat tal-Politka u Ppjanar beda x-xogħol ta` analiżi u riformi fl-Isptar San Luqa; xogħol li di''� ta l-frott, bħal fil-każ tal-mammografija fejn bil-koperazzjoni tat-taqsima tar-radjografija l-waiting list tnaqqset minn tlett 'imgħat għal medja ta' 12-il 'urnata. Fis-sena d-dieħla dan ix-xogħol għandu jaqbad ritmu iżjed sostnut.

Għall-kuntrarju, ta' dak li tgħid l-Oppożizzjoni, il-vot totali tad-Diviżjoni tas-Saħħa tela` minn Lm58 miljun fl-1998 għal Lm63.3 miljun fl-1999 u Lm69.4 miljun fl-2000. Qegħdin nagħmlu minn kollox biex inrażżnu l-infieq għax għalkemm il-Gvern lest li jonfoq dak kollu li hu meħtie', mhux lest li jħalli t-tberbiq u l-ineffiċjenzi.

Għalhekk komplejna bil-kampanja li qbadna kontra l-ħela. L-awditur intern kellu sehem importanti biex inwettqu dan il-għan. Komplejna bl-isforzi tagħna biex nibdlu prattiċi ta` xogħol antikwati u li m'għadhomx jagħmlu sens fit-tielet millennju. Ma nistgħux inħallu t-tberbiq, il-ħela u s-serq speċjalment meta l-ispiża għas-saħħa qegħda tikber b'mod fenomenali. Wara kollox il-flus li qegħdin niffrankaw qegħdin jibqgħu fis-settur tas-saħħa biex ji'u mtejba s-servizzi li nagħtu lill-pazjent.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow