Left arrow Go Back

LABORATORJU GHALL-INFORMATIKA, IX-XJENZA, IL-FIZIKA, IL-BIOLOGIJA U L-KIMIKA GHALL-UZU TA' L-ISTUDENTI TAS-SIXTH FORM F'GHAWDEX

PR1311
Date Icon 06/10/2000

Il-pro'ett ta' laboratorji 'odda fis-Sixth Form tar-Rabat, Għawdex, jinkludi tlett laboratorji għall-użu ta' l-Informatika (Computer Laboratories), wieħed għax-Xjenza, kif ukoll laboratorju għall-Fiżika (illi ser jintuża wkoll bħala DarkRoom), wieħed għall-Biolo'ija u laboratorju ieħor 'did għall-użu tal-Kimika.

Ix-xogħol fit-twettieq ta' dan il-pro'ett kien jikkonsisti f'kostruzzjoni ta' dawn il-laboratorji, kif ukoll tibjid, tqegħid ta' madum, twieqi u bibien bl-aluminium, soffitt, u t-tqegħid ta' servizzi ta' l-elettriku, ilma, gass u drena'', f'kull laboratorju. Inxtara wkoll apparat 'did għal dawn l-istess laboratorji, sabiex dawk fil-Kumpless Ninu Cremona jibqgħu jintużaw mill-istudenti ta' din l-iskola. L-għamara l-'dida għall-laboratorji taċ-Ċentru Sir Mikelan' Refalo, iddisinjata mill-Perit Maurice Galea li hu nkarigat minn dan il-pro'ett, hija magħmula minn materjal apposta għal użu f'laboratorji tax-Xjenza, mgħammra bis-servizzi kollha li jintużaw mill-istudenti waqt il-lezzjonijiet ta' prattika.

Il-laboratorju tal-Kimika huwa mgħammar bi Fume Cupboards, minn fejn l-istudenti jistgħu jagħmlu esperimenti tal-gassijiet u assi minn fejn il-kontroll tagħhom isir kollu minn naħa esterjuri ta' l-apparat. Dan il-fume cupboard huwa mgħammar ukoll b'sistema ta' estrazzjoni sabiex il-fumesrelatati ma' dawn l-esperimenti ji'u mitfugħa kollha barra l-iskola.

Mal-laboratorji ta' l-Informatika 'iet mibnija wkoll Communications Room illi tgħaqqad permezz ta' links lill-iskola Sir Mikelan' Refalo maż-żew' skejjel sekondarji fil-qrib, sabiex f'każ ta' problemi tekniċi f'din l-iskola, il-computers xorta waħda jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu peress li jaqilbu awtomatikament fuq is-sistema ta' l-iskejjel l-oħra. Kull laboratorju jilqa' fih madwar 16-il student.

Dan il-pro'ett jinkludi wkoll Preparation Rooms, u store rooms għall-kimiċi wżati, kif ukoll Video Room u klassi 'dida, kif ukoll refurbishment sħiħ tas-sistema għad-distribuzzjoni ta' l-elettriku madwar il-kumpless ta' l-iskola, fil-Librerija, il-Canteen u l-Electrical Workshop.

Il-laboratorju tal-Fiżika di'a' qiegħed jintuża mill-istudenti post-sekondarji Għawdxin, li sas-sena l-oħra kien ikollhom jagħmlu użu mill-laboratorji ta' l-iskola Sekondarja Ninu Cremona li tinsab fil-viċin. Il-pro'ett ta' l-estensjoni ta' l-iskola Post-Sekondarja Sir M.A. Refalo issa ser jagħti lil din l-iskola l-ewwel laboratorji tax-xjenza u computers. B'kollox, dan il-pro'ett jinkludi binja ta' madwar 900 metru kwadru.

L-ispiża kapitali għal dan il-pro'ett ser tlaħħaq 'il fuq minn Lm200,000 u qed issir minn fondi allokati mill-Ministeru għal Għawdex. Dawn il-laboratorji ser jinfetħu uffiċjalment iktar tard dan ix-xahar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow