Left arrow Mur Lura

ZJARA FL-EMVIN CREMONA ART AND DESIGN CENTRE MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI L-ONOR. EDWIN VASSALLO

PR1306
Date Icon 05/10/2000

Fi żjara li għamel is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Edwin Vassallo fl-Emvin Cremona Art and Design Centrefejn iltaqa'ma' l-għalliema u l-istudenti, hu saħaq li bħala bniedem li 'ej mill-kummerċ huwa jifhem kemm hu diffiċli li tohloq xi ħaga 'dida. Huwa rrefera għaċ-Ċentru bħala l-'Mecca' ta' l-arti u l-innovazzjoni fejn l-istudenti ji'u mħarr'a biex ikunu kapaċi jikkrejaw xogħlijiet ta' arti.

Is-Segretarju Parlamentari esprima l-preokkupazzjoni tiegħu li f'ambjent ta' kompetizzjoni reali jinħass dejjem aktar il-bżonn ta' l-innovazzjoni fis-suq, speċjalment fis-settur tal-manifattura, fejn jeħtie' li jkollna dejjem aktar min kapaċi jiddisinja u joħloq il-'did. Huwa kompla jgħid li huwa preokkupanti l-fatt li l-istudenti taċ-Ċentru li huma tajbin u li għandhom talent, ħafna drabi jistgħu ma jsibux xoghol fejn proprju jisfruttaw it-taħrig li jkunu ħadu. Dan zgur li mhux tort tagħhom, iżda tort ta' l-ambjent preżenti fejn disinjatur, innovatur jew ħassieb jista' ma jkunx apprezzat u mogħti l-istima li tixraqlu mill-industrija.

Is-Segretarju Parlametnari kompla jgħid li ma' l-għan taċ-ċentru "li jkattar il-ħila, fit-ti'did biex jispira l-aħjar prattika tad-Design u t-Teknolo'ija applikata bil-għan li jitkabbar il-'id u titjieb il-kwalita' tal-ħajja", issu''erixxa li jiżdied il-kliem: "u noħolqu l-impjiegi". Hawn irrefera għall-bżonn li l-edukazzjoni twassal għall-impjiegi u jinħoloq ix-xogħol. Biex jintlaħaq dan il-għan, huwa qal li l-pajjiżi ta' l-E.U. qegħdin iħarsu lejn ċentri u studenti bħal dawn u f'kull proċess tat-tagħlim u training idaħħlu l-kunċett ta' l-entrapreneurship. Huwa kompla jgħid li mhux bilfors li student jimpjega ruħu meta jispiċċa t-taħri' iżda jkun jista' jaħdem għal rasu.

Is-Segretarju Parlamentari Vassallo sostna li l-kors ta' disinn, arti u ta' innovazzjoni ma jkunx komplut kemm il-darba l-istudent, meta joħrog fid-Dinja tax-xogħol ma jkunx jaf bil-li'ijiet li jirregolaw l-ambjent tan-negozju. Huwa semma' fost oħrajn, l-Att dwar il-Proprjet'� Industrijali, fejn disinni u prodotti innovattivi jistgħu ji'u rre'istrati u pprote'uti minn min jista' jisfrutthom illegalment.

Is-Segretarju Parlametari qal li ħafna mis-soluzzjonijiet għall-problemi lis-settur tal-manifattura qed jiffaċċja fil-kompetizzjoni, jinsabu f'dan iċ-Ċentru u ċentri bħalu fejn hemm bżonn li l-kunċett ta' l-innovazzjoni tisfida s-suq. Huwa sostna li l-Programm ta' '�idma tal-Ministeru b'risq in-negozji ż-żgħar u l-imprenditur jiffoka proprju fuq il-ħtie'a tal-kompetittivit'� b'innovazzjoni. Is-Sur Vassallo tkellem dwar il-bżonn li jkollna imprendituri li jagħrfu li jeżisti suq għall-prodotti innovattivi u arti'janat awtentiku. Huwa tenna li l-għan tal-Kumitat Nazzjonali għall-Arti'janat ser ikun wiehed wiesgħa u li jagħraf lis-setturi tal-manifattura lokali kollha li 'eneralment jeħtie'u fil-manifattura tagħhom iktar il-hila tal-bniedem milli l-użu ta' xi makkinarju.

Is-Segretarju Parlamentari temm jgħid li meta jibda jiltaqa' il-Kunsill Malti għall-Arti'janat ser jaħdem biex jifli x'inhuma l-ostakoli li jeżistu biex dan is-suq ta' dsinnn, arti jew arti'janat ikun kummerċjalment vijabbli u jtejjeb l-ambjent fejn isir il-kummerċ. Huwa għamel riferenza għall-ħwienet tas-souveniers, li ħafna drabi ssibhom jbiegħu l-istess o''etti mpurtati minn lokalita' għall-oħra u qal li jeżisti ħafna iżjed potenzjal fejn xogħol magħmul Malta ji'i offrut għall-bejgħ lit-turisti li jżuru pajjiżna. Bi ftit innovazzjoni nistgħu nisfruttaw aħjar 'rajjiet l-istorja u nisiltu minnha disinji ta' prodotti innovattivi li kapaċi jħajjru lit-turist jixtri akar.

L-Onor. Edwin Vassallo aċċetta l-istedina ta' l-istudenti li jer'a' jmur jiddiskuti dawn iċ-ċirkustanzi biex flimkien jaħdmu ħa jisfidaw is-suq u jifhmu aħjar kif 'il quddiem ikomplu jaħdmu fuq dak li qegħdin jitgħallmu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow