IL-MINISTRU TAL-GUSTIZZJA U GVERN LOKALI JIKKUMMENTA DWAR IR-DISKORS TAL-PRIM IMHALLEF FIL-FTUH TAS-SENA FORENSI
B'referenza għad-diskors tal-Prim Imħallef fil-ftuħ tas-Sena Forensi, il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali jixtieq jikkore'i impressjoni żbaljata li setghet ingħatat f'parti tad-diskors fejn kien kwotat li qal:
"Jippreokkupani ukoll diskors fis-sens illi l-amministrazzjoni tal-'ustizzja kien servizz li kellu jħallas għalih innifsu jew li kien il-poplu, li jaċċedi għall-Qrati tiegħu, li kellu jagħmel tajjeb għat-titjib fl-istrutturi u fil-kundizzjonijiet tal-'udikanti".
Il-Ministru Gatt jixtieq jippreċiża li hu qatt ma qal diskors f'dan is-sens anzi stqarr proprju l-kuntrarju ta' dan, i.e. li l-iżbilanċ li hemm illum bejn id-dħul u l-ħru' mill-Qrati se jibqa' hemm u probabbli fl-istess livell, minkejja t-tariffi l-'odda, għaliex fl-1 ta' Jannar 2001 il-pagi tal-ħaddiema kollha tal-Qrati – inkluż tal-'udikanti – se jogħlew sew bis-saħħa tal-ftehim magħmul bejn il-Gvern u l-Unions.
Dwar il-kumplament tad-diskors tal-Prim Imħallef, il-Ministru Gatt iddeċieda li – biex żgur ma jkunx interpretat li hu "volutament abbrasiv u jwe''a'" jew li qed jonqos mir-rispett għax "jivventila dibattiti pubbliċi fil-media" – jieħu l-parir tal-Prim Imħallef li:
"spiċċa ż-żmien li l-Eżekuttiv jattribwixxi nkompentenzi lill-Ġudikatura jew li l-Ġudikatura u l-Avokatura jattribwixxu ineffiċenzi lill-Eżekuttiv……".
Il-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali, għajr li jistqarr li ma jaqbilx ma' ħafna mill-konklużjonijiet li wasal għalihom il-Prim Imħallef, mhux fi ħsiebu jidħol f'polemiċi dwar id-diskors magħmul, għaliex wara kollox il-pożizzjoni u r-rekord tal-Ministru hi di'a` waħda pubblika.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN