RISPOSTA GĦALL-ISTQARRIJA TAL-KAP TA' L-OPPOŻIZZJONI
Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għo'bu jikser il-kunfidenzjalita` ta' konsultazzjoni li l-Prim Ministru żamm miegħu dwar in-nomina ta' A'ent President. Dan joħloq preċedent ikrah.
Il-fatti tal-konsultazzjoni huma dawn :
1. Dottor Ġuże` Cassar talab li ma ji'ix nominat aktar bħala A'ent President minħabba ra'unijiet ta' saħħa.
2. L-ewwel okkażjoni biex ji'i nominat A'ent President wara t-talba ta' Dottor Ġuże` Cassar hija għada, l-Erbgħa 4 t'Ottubru 2000.
3. Il-Prim Ministru għandu d-dritt u l-obbligu skond il-Kostituzzjoni (Artiklu 49) li jinnomina A'ent President wara li jikkonsulta mal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.
4. Il-Prim Ministru mexa fuq il-prassi li jsemmi fl-istqarrija tiegħu il-Kap ta' l-Oppożizzjoni li « il-ħatra talterna bejn individwu ta' rispett u kalibru minn naħa politika u individwu ieħor ta' rispett u kalibru minn naħa politika opposta. »
5. Il-Prim Ministru ssu''erixxa lill-Onor Dottor Sant li ji'i nominat Dottor Daniel Micallef, ex-Ministru Laburista, ex-Speaker tal-Parlament fi żmien amministrazzjoni Laburista u kandidat Laburista sa l-aħħar elezzjoni. Ma jistax ikun hemm dubju li Dottor Daniel Micallef huwa għalhekk persuna li tixraq għal din il-pożizzjoni skond il-kriterji miktuba minn Dottor Sant stess.
6. Meta l-Prim Ministru staqsa x'kienet id-diffikulta` għan-nomina ta' Dottor Daniel Micallef, Dottor Sant qal li ried jinnomina persuna oħra li rriżulta li kienet il-Professur Edwin Grech. Il-Prim Ministru wie'eb li fil-waqt li għandu kull stima lejn il-Professur Grech, kien żgur li n-nomina ta' Dottor Daniel Micallef kienet ti'i milqugħa mill-opinjoni pubblika u minn kull naħa politika. Għal dan Dottor Alfred Sant qal li s-su''eriment li kien qed jagħmel kien fuq il-parir ta' Dottor Ġuże` Cassar li kien issu''erielu żewg ismijiet : il-Professur Grech u Dottor Daniel Micallef.
Jidher ċar li Dottor Alfred Sant irid jieħu f'idejh dritt li m'għandux, ji'ifieri li jagħzel hu waħdu ‘l-A'ent President.
Il-Prim Ministru jiddeplora l-fatt li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni għogbu jwebbes rasu mingħajr ra'uni anke fuq din il-materja.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN