Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA' L-INTERN JINDIRIZZA LAQGHAT DWAR L-EMENDI GHALL-ATT DWAR L-IPPJANAR TA' L-IZVILUPP

PR1294
Date Icon 03/10/2000

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern, il-Perit George Pullicino, kompla bil-laqghat ta' informazzjoni ma' ghadd ta' korpi u kumitati biex ifisser fid-dettal l-emendi proposti ghall-Ligi dwar l-Ippjanar ta' l-Izvilupp li gew ippublikati f'Settembru.

Illum is-Segretarju Parlamentari kellu laqgha ma' membri tal-Kummissjoni ghall-Kontroll ta' l-Izvilupp, il-Heritage Advisory Committee, u l-Interdepartmental Planning Committee.

F'kelmtejn fil-bidu tal-laqgha, is-Segretarju Parlamentari qal li dawn il-laqghat qed jaghmilhom biex kull min b'xi mod hu involut fl-ippjanar isir jaf fid-dettal it-tibdil fil-process ta' l-ippjanar li qed jipproponi l-Gvern. Huwa stieden lil dawk prezenti biex jiflu l-emendi mressqa u jaghmlu s-suggerimenti li jidhrilhom.

Fil-gimghat li ghaddew, dawn il-laqghat ta' informazzjoni mis-Segretarju Parlamentari George Pullicino saru ma' l-Alternattiva Demokratika, Ghaqdiet Ambjentali, il-Kamra tal-Periti, il-Building Industry Consultative Committee, il-Users Committee u l-Planning Consultative Committee. Il-perjodu ta' laqghat ser jintemm lejn nofs Ottubru meta ghandha ssir laqgha ghall-periti kollha ta' Malta u Ghawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow