IPPUBBLIKAT IR-RAPPORT DWAR IL-PROBLEMA TA' TRAB ISWED
Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech il-bieraħ re'a' irriafferma l-impenn tal-Gvern li jieħu dawk l-azzjonijiet kollha meħtie'a biex tkun riżolta l-problema ta' trab iswed li qed tolqot diversi lokalitajiet fin-Nofsinhar ta' Malta ħalli jkun jista' jispiċċa dan l-inkonvenjent.
F'konferenza ta' l-aħbarijiet li matulha ippubblika r-rapport ta' l-istħarri' li sar dwar din il-problema mid-ditta ta' konsulenza Ingliza AEA Technology Environment, il-Ministru Zammit Dimech qal li l-iskop tal-Gvern li jqabbad konsulenti barranin dwar din il-materja, kien li jsir stħarri' xjentifiku li jkun ikopri l-inħawi kollha ta' Malta, ħalli jkun assigurat is-sors mnejn qed jori'ina dan it-trab u l-azzjoni li trid tittieħed biex il-problema tkun riżolta.
Hu żied li issa li tlesta r-rapport, li hu ibbażat fuq stħarri' mifrux fuq kważi sena, u li dan ir-rapport jindika bl-aktar mod ċar li dan it-trab iswed qed jori'ina mill-power station tal-Marsa, immedjatament informa b'dan lill-Korporazzjoni Enemalta, li, min-naħa tagħha, aċċettat li tqabbad lil din il-kumpannija ta' konsulenza biex tidentifika s-soluzzjonijiet għal din il-problema.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li dawn il-konsulenti jridu jlestu r-rapport tagħhom fi żmien erba' 'imgħat, li hu perjodu ta' żmien li kien anki aċċettat min-naħa tas-Sindki u rappreżentanti oħra tal-Kunsilli Lokali tal-lokalitajiet milquta, waqt laqgħa li kellu magħhom fit-18 ta' Settembru.
Il-Ministru għall-Ambjent irrimarka li l-fatt li l-Gvern qabbad dawn l-esperti baranin juri r-rieda tiegħu li ma jħallix din il-kwistjoni titwal. Hu żied li llum stess hu ressaq ir-rapport ta' dawn l-esperti quddiem il-Kabinett, li qabel li r-rapport għandu jsir wieħed pubbliku u li l-Gvern jimpenja ruħu li jsolvi din il-problema skond ir-rakkomandazzjonijiet li jagħmlu l-konsulenti.
Dwar il-problema nnifisha, il-Ministru Zammit Dimech spjega li wieħed mill-o''ettivi ta' l-istħarri' li sar kien li jkun deterimat l-ammont ta' trab li jiddepożita f'post, minn xiex jikkonsisti dan it-trab u minn fejn jista' jkun qed jori'ina. Għal dan l-iskop intagħżlu ħames lokalitajiet, erbgħa minnhom f'inħawi urbani u waħda f'inħawi rurali. L-erba' lokalitajiet fl-inħawi urbani kienu tnejn fil-Fgura, bħala lokalit'� fost dawk li l-aktar huma milquta minn din il-problema, u tnejn f'tas-Sliema, peress li anki minn hemm kienu daħlu x'ilmenti. Il-lokalit'� l-oħra mnejn ittieħdu kampjuni kienet f''�ad-Dingli.
Il-monitora'', kompla l-Ministru Zammit Dimech, sar bejn l-14 ta' Diċembru tas-sena l-oħra u t-18 ta' Lulju li għadda. Il-kampjuni li n'abru fuq bażi regolari, u li kienu jkopru kemm xhur tax-xitwa kif ukoll xhur tas-sajf, kienu analizzati fil-laboratorji tal-kumpannija fl-Ingilterra. Mill-istħarri' li sar irriżulta li l-medja tal-livelli ta' trab depożitat f'Malta hi għolja ħafna u li t-trab depożitat fil-Fgura hu differenti minn dak mi'bur f'Tas-Sliema u f''�ad-Dingli.
Filwaqt li dak tal-Fgura kien dejjem kulurit bejn griż u kannella u ta' ċertu ħxuna, dak mi'bur f'Tas-Sliema u '�ad-Dingli kien ta' kulur kannella ċar u fin ħafna. L-analiżi wriet ukoll li fir-rigward tal-Fgura t-trab kien qed jorri'ina minn post li m'hux 'il bogħod u li kellu ammont ta' fly ash li normalment jori'ina minn power station. Il-konsulenti irrimarkaw ukoll li l-kontenut ta' ħadid fil-kampjuni mi'bura mill-Fgura tant kien baxx, li jeskludi li t-trab qed jori'ina minn grit blasting jew minn tqattigħ ta' metall għall-iskrapp.
Fl-istħarri' sar ukoll użu ta' tagħrif meteorolo'iku, li wera li tul il-perjodu li fih in'abru l-kampjuni, ir-riħ kien l-aktar mill-Punent, li juri li d-dħaħen li joħor'u mill-power station jin'arru l-aktar lejn il-Lvant, fid-direzzjoni tal-Fgura u lokalitajiet oħra fil-viċin.
Il-Ministru Zammit Dimech irrifera wkoll għar-rapport li sar dwar din il-materja minn studenta universitarja u qal li hu sar jaf b'dan ir-rapport ferm wara li kienu tqabbdu l-esperti barranin.
Hu temm li l-aktar importanti issa, li sar magħruf b'mod xjentifiku s-sors ta' dan it-trab iswed, hu li tittieħed l-azzjoni meħtie'a biex dan l-inkonvenjent jispiċċa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN