Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI BI TWEĠIBA GĦALL-RAPPORTI DWAR STQARRIJA MILL-GRUPP "JUSTICE FOR BRITONS MURDERED ABROAD"

PR1273
Date Icon 29/09/2000

Il-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali jixtieq għal darb'oħra jwie'eb għal rapporti li kienu ppubblikati f''urnali lokali fejn kelliem għall-grupp ‘Justice for Britons Murdered Abroad' - JBMA - kien kwotat li qal li l-Gvern Malti għandu b'xi mod jipperswadi lid-dinja li mhux qiegħed hemm biex jiddefendi biss id-drittijiet ta' nies li huma suspettati li qatlu, iżda wkoll d-drittijiet tal-vittmi tagħhom ukoll.

Il-Ministeru jixtieq jiċċara għal darb'oħra li l-proċeduri ta' estradizzjoni adottati mill-Gvern Malti huma l-istess bħal dawk fil-ma''oranza ta' pajjiżi demokratiċi fid-dinja kollha, skond konvenzjonijiet internazzjonali li jirregolaw l-estradizzjonijiet.

Dwar l-assigurazzjoni li għal darb'oħra qed jingħad li kienet mogħtija mill-Gvern Tork li l-E'izzjan, jekk misjub ħati mhux se jingħata l-piena kapitali, il-Gvern Malti jixtieq jiddikjara li din l-assigurazzjoni ma ngħatatx. Ta' min jgħid ukoll li Malta mhux l-ewwel pajjiż li qed jimxi b'dan il-mod f'każ fejn pajjiż għad għandu li'ijiet li jikkomtemplaw il-piena kapitali.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali filwaqt li jifhem il-kundizzjoni tal-familjari ta' Edgar Fernandes, ma jista' bl-ebda mod jaqbel ma' kummenti bħal dawk tal-JBMA, li huma bbażati biss fuq l-aspett emottiv mingħajr ma jikkunsidraw l-obbligi internazzjonali li pajjiż demokratiku bħal Malta għandu lejn il-komunit'� internazzjonali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow