STQARRIJA TAD-DIVIZJONI TAS-SAHHA B' RISPOSTA GHALL-ISTQARRIJA TA' L-MUMN DWAR ?NURSES AGGREDITI SERJAMENT'
Id-Divizjoni tas-Sahha ma tistax tifhem kif filwaqt li l-MUMN titlob li n-Nurses tal-Isptar Monte Karmeli jkunu f' qaghda li joffru kura professjonali adegwata, fl-istess waqt tinnega il-principju tal-flessibilita' u tkompli ssostni direttivi biex nursing staff zejjed f' wards ohra ta' l-Isptar Monte Karmeli ma jmurx jaqdi dmiru fil-Male Ward 2. Dan minkejja li l-istess Union kienet qablet mal-complementkif propost mid-Divizjoni tas-Sahha.
Il-preokkupazzjoni ta' l-MUMN tinftiehem inqas u inqas meta fil-kazi li qed jigu kkwotati kien hemm staff adegwat u dan minkejja l-ostakoli biex fil-Ward 2 u s-Seclusion Unit jkun hemm full complement b' mod regolari. Per ezempju fil-mument ta' wiehed mill-incidenti kien hemm prezenti zewg pulizija, seba' infermiera, tabib u aktar tard in-Night Nursing Manager.
L-ebda ammont ta' staff u tahrig mhu ser jimpedixxi li incidenti kawzati minn disturb mentali ma jigru qatt u l-MUMN taf li certu riskji ma jistghux jigu eliminati ghal kollox. Ghalkemm il-feriti kienu zghar, minimi u ta' natura superficjali, d-Divizjoni xorta wahda jiddispjaciha illi jigru incidenti bhal dawn. Certament illi l-membri ta' l-MUMN gharrfu lill-ufficjali tal-Union taghhom illi l-kazi msemmija kienu t-tnejn kazijiet difficli. L-MUMN taf illi matul is-snin id-Divizjoni hadet diversi mizuri fil-passat biex thares is-sigurta' tal-haddiema.
Dwar il-programm ta' tahrig, id-Divizjoni ghandha il-pjanijiet lesti. Izda fil-Ward 2 ghad ma hemmx il-complement shih ta' staff permanenti minhabba direttivi ta' l-MUMN lil xi infermiera biex ma jobdux ordni tad-Divizjoni sabiex jaqdu dmirhom f' dan il-ward. Ghaldaqstant il-programm ma jistax jinbeda.
Ghaldaqstant jistona ferm il-kliem ezagerat li uzat l-MUMN f'din l-istqarrija.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN