L-ONOR. EDWIN VASSALLO SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI FL-OKKAZJONI TAS-SEMINAR THE SECOND TRAXON USER FORUM MALTA
Bi pjaċir aċċettajt din l-istedina biex niltaqa' magħkom. F'dan is-Seminar nara s-suċċess li nixtieq nara f'ħafna setturi ohrajn ta' mprendituri. Il-kummerċ f'pajjiżna ma jikbirx biss daqs kemm ikollna operaturi kummerċjali, iżda daqs kemm ser ikollna min kapaċi jikkompeti u jkun innovattiv fis-settur kummerċjali tiegħu.
Kemm jekk aħna nikkummerċjaw fil-manifattura kif ukoll jekk noffru servizz, illum irridu nkunu kapaċi nikkompetu u nkunu innovattivi.
Kompetizzjoni tfisser ukoll effiċjenza u kwalita'. Fin-negozju m'għandna l-ebda garanzija li għaliex konna nagħmlu l-flus il-bieraħ sa nibqghu nagħmlu l-flus illum u għada. Fid-dinja fejn il-kummerċ qiegħed jirriduċi ruħu f'suq wieħed dinji u mhux aktar numru ta' swieq differenti, ma nistgħux nibqgħu naħsbu iżjed għal rasna permezz ta' ndividwaliżmu u egojiżmu fis-suq sempliċiment għaliex hekk kienet il-prattika.
Bil-kuntrarju hawnhekk nara bidla pożittiva għaliex filwaqt li intom kompetituri ta' xulxin fin-negozji tagħkom, insejtu din id-differenza u bil-għaqal qegħdin tiddiskutu t-titjib ta' servizz komuni li intom ilkoll tużaw. Dan huwa s-suċċess li ma 'iex wahdu jew kif ngħidu waqa' mis-sema. Intom iddeċidejtu li jsir hekk u ddeċidejtu tajjeb. Irrid nagħmlilkom kura'' biex dak li intom iddeċidejtu llum ma tirrinunzjawx għalih għada. It-tajjeb irridu nżommuh u nibżgħu għalih.
Seminar bħal dan għalkemm organiżżat minn kumpanija li qiegħda toffrilkom is-servizz tagħha, jixhed li fid-dinja kummerċjali ta' llum, min qiegħed fin-negozju ma jistax jibqa' jaħseb kif ser jiddefendi s-suċċess tiegħu billi jiżola lilu nnfisu mill-bqija. Mill-informazzjoni li rċevejt dwar il-kumpanija Traxon stajt nara li din il-kumpanija hija riżultat t'impenn kollettiv bejn diversi linji ta' l-ajru fosthom il-kumpanija Nazzjonali tagħna l–Air Malta.
L-għaqal ta' dawn il-kumpaniji ta' l-ajru huwa evidenti. Filwaqt li kollha jridu sehem akbar mis-settur tal-'arr tal-merkanzija, dawn hadmux individwalment iżda ssieħbu flimkien. Minkejja li wħud minn dawn il-kumpaniji ta' l-ajru diga' huma kumpaniji kbar xorta waħda ma ħadmux għal rashom izda raw li iżjed jagħmel sens u qliegħ jekk ipo''u r-riżorsi tagħhom flimkien. Dan l-impenn hu riżultat tal-kompetizzjoni u l-innovazzjoni li j'ib is-suċċess fis-suq.
Pajjiżna qiegħed f'salib it-toroq fejn min irid jagħmel il-flus u jirnexxi jeħtie' li mhux biss iħares madwaru iżda jifli ħaddiehor x'inhu jagħmel biex jinkiseb is-suċċess. Ma nistgħux nirriskjaw li naqgħu lura. L-istess ukoll pajjiżna u l-faċilitajiet kummerċjali tagħna għandhom quddiemhom okkażżjoni rrepetibbli. Tista' tkun okkażżjoni ta' darba u min qiegħed f'dan ix-xogħol irid iqis qiesu ta' mprenditur u mhux jibqa' jaħseb li jista' jistkenn wara s-saħħa ta' xi parrinu. Illum jew int fin-negozju u tikkompeti mhux biss ma' sħabek negozji Maltin, iżda wkoll mal-barranin jew aħseb biex iżżarma. Min fin-negozju jrid jitgħażżen u jistriħ fuq is-suċċess tal-passat, ser ikun qiegħed iwassal in-negozju tiegħu lejn diffikultajiet li ħadd ma jista' jagħmel tajjeb għalihom.
Ner'a' nirreferi għal dan il-punt issa li pajjiżna qiegħed iħares lejn 'ejjieni fi struttura 'dida ekonomika, u hawn qiegħed nirreferi għall-U.E. Aħna li qegħdin f'dan in-negozju ta' servizz, tajjeb li nibdew inħejju lilna nfusna biex nieħdu l-aħjar li nistgħu minn din it-triq. Nieħdu l-ahjar li nistgħu ifisser li nistħarr'u x'tista' tkun il-possibilita' li fil-qasam tan-negozju tagħna nsibu jew intejbu r-relazzjoni tagħna ma' negozji ohra barranin biex għalina iservu ta' strategic partners fin-negozju.
Bejn April ta' l-1999 u Marzu ta' din is-sena is-suq tal-'arr tal-Merkanzija mill-Linji ta' l-Ajru li joperaw f'Malta inkuż ic-Charter Traffic tela' għal madwar 13,000 tunnellata ji'ifieri żjieda ta' 9.3% fuq is-sena ta' qabel. Madwar 7'865 tunnellata minn dawn għaddew mil-Cargo System ta' l-Air Malta. Din il-ħidma i''enerat għall-kumpanijia madwar 3.4 miljun lira. Kif tafu l-'arr tal-merkanzija bl-ajru jinqasam fi tlieta: 'arr tal-merkanzija minn jew lejn Malta ji'ifieri l-point to point traffic, l-interline traffic li hija dik il-merkanzija li titwassal parti mit-triq mill-linja ta' l-Ajru li taħdem minn jew lejn Malta u tkompli b'linja ta' l-ajru oħra u t-transit traffic fejn jintuża l-kunċett ta' hubbing. Hawhnekk merkanzija li tkun sejra minn pajjiż għal ieħor tieqaf Malta fi triqitha lejn id-destinazzjoni tagħħa. Jeżisti potenzjal qawwi biex dan il-kunċett ta' hubbing fejn Malta ssir ċentru ta' ħatt ta' tagħbija ta' 'arr ta' merkanzija jkun żviluppat. Il-faċilitajiet tal-mitjar tagħna inkluż is-servizz mogħti mil-linja ta' l-Ajru Nazzjonali jista' jitqies minn dawn il-linji ta' l-ajru bħala opportunita' biex minn pajjiżna jorganizzaw servizz mill-periferija ta' dik li mbagħad tkun fruntiera ta' l-U.E.
Din hija possibilita' li pajjiżna jista' jisfrutta pożittivament u tista' wkoll faċilment twassal għal għadd ta' ħolqien ta' mpjiegi 'odda. Din il-possibilita' tista' biss issir rejalta' kemm-il darba niddeċiedu li bħala pajjiż nieħdu riskju biex intejbu l-effiċjenza fl-għoti tas-servizzi tagħna. Il-'ejjieni huwa riskju. Irridu nkunu kapaċi nerfgħu ir-responsabbilita' biex nimxu ‘il quddiem.
Irridu nibdew intejbu s-servizzi tagħna. Aħna bħala Gvern, intom bħala negozji, lkoll nemmen li rridu naslu għas-suċċess kemm-il darba nitkellmu lingwa wahda, naqsmu ħsieb wieħed ta' mpriża waħda. Jiena konxju li għalkemm qiegħed nitkellem bil-Malti u qegħdin niftiehmu, jeħtie' li naħdmu biex nibdlu l-mentalita' u niksbu dan il-livell ta' effiċjenza u ħila fl-għoti ta' servizz bi kwalita'.
Intom għandkom l-isfidi tagħkom bħala negozji. Bħala Gvern għandna l-isfida tagħna. Il-linja Nazzjonali għandha oriżżonti 'odda lejn x'hiex tħares. Pero' ma naslux kemm-il darba naħsbu li nistgħu nibqgħu ngawdu bil-kumdita' n-niċċa li ksibna. Jiena ma 'ejtx hawn biex inwiegħed il-kumdita'. Ġejt biex nitlobkom tisfidaw possibilitajiet 'odda minkejja kull skumdita' li fil-bidu tistgħu tiltaqgħu magħha.
Konxju li tistgħu tħabbtu wiċċkom ma' diffikultajiet, iżda minkejja kollox irridu nsibu s-soluzzjonijiet. '�alija l-akbar problemi huma ta' min ma jridx jaċċetta li jrid jagħti sehem tajjeb fuq xogħolu.
Problema kbira tista' tkun in-nuqqas ta' siner'ija fejn proprju tistenna li jkun hemm is-sinergija. Qiegħed nipprova ntejjeb is-sistema ta' rilaxxar tal-merkanzija biex ikollna sistema aktar effiċjenti w intom tistgħu tkunu ta' servizz aħjar għall-klijenti tagħkom. Jiddispjaċini nisma' stejjer ta' nuqqas ta' effiċjenza jew bi prattiċi 'odda li qed iwasslu biex inżidu l-ispejjeż għal min jinqeda bis-servizz tal-'arr tal-merkanzija bl-ajru. Din hi ndustrija li fis-sena 1998-99 i''enerat.
Iva jkolli ngħid li jista' għadni ma wasaltx biex nara servizz mingħajr kumplikazzjoni, iżda għandi fiduċja li fil-'ejjieni nsibu soluzzjoni għal dawn il-problemi. llum forsi diffiċli li tfiehem lil min dera jaħdem f'sitwazzjoni fejn kien protett bil-monopolju. Iżda minn kien komdu bil-monopolju żgur li għad isib li mhux ser jibqa' possibbli li jikkompeti u jaħdem. In-negozju llum jaħdem ma' min jaħdem. Mhux ser jibqa' jagħraf lil min biss jeżisti, iżda lil min juri li jimpurtaħ mis-servizz li qiegħed joffri. '�alhekk min illum dara jistkenn wara politika li ddefendietu għaliex emmen fil-monopolju, għandu jkun jaf li wasal iż-żmien li l-iżvilupp kummerċjali j'ib fix-xejn u jħalli warajh lil min jibqa' jemmen fil-politika tal-monopolju biex ikollu dominanza fis-suq. '�al din ir-ra'uni il-proċess tal-privatizazzjoni jista' jkun il-proċess li d-destin kummerċjali stess jagħmilha inevitabbli li wiehed iħares lejh bħala l-unika mezz li jwassal biex il-faċilitajiet tagħna jkunu aktar attrajenti u li kapaċi joffru servizz effiċjenti u għalhekk kapaċi jikkompetu.
'�bieb tiegħi, f'dan il-proċess qegħdin flimkien. Ilkoll imsieħba f'intrapriża waħda.
Nawguralkom li tagħrfu tieħdu l-aħjar deċiżjonijiet mis-sitwazzjonjiet li tkun fihom. Jiena nemmen li dan il-pajjiż huwa pajjiż ta' opportunitajiet għal min lest li jisfida d-diffikultajiet u li jemmen li huwa kapaċi jikkompeti u jkun innovattiv fis-servizz li joffri.
Nirringrazzjakom tal-parteċipazzjoni u nawguralkom suċċess fin-negozju tagħkom.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN