Left arrow Mur Lura

IL-MINISTERU GHAL GHAWDEX ? HIDMA MWETTQA BEJN SETTEMBRU 1999 U DIĊEMBRU 2000

PR1266
Date Icon 28/09/2000

Il-Missjoni prinċipali ta' dan il-Ministeru hija li jamministra, jikkordina u joħloq inizjativi 'odda fil-ħafna setturi diversi marbutin mat-tmexxija tal-gżira t'Għawdex li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu. Għalhekk, huwa responsabbli minn oqsma, mhux biss organizzattivi fis-sens ta' Amministrazzjoni Ġenerali tal-gżira, iżda wkoll ta' oħrajn bħal Edukazzjoni, Saħħa, Turiżmu, Agrikoltura, Ambjent, Toroq u Infrastruttura, Kultura u Sport, kif ukoll il-Qasam Soċjali.

FIL-QASAM TA' L-EDUKAZZJONI

Għall-bidu tas-sena skolastika 1999-2000, il-Ministeru għal Għawdex kompla ma' l-inizjattiva li ttieħdet is-sena l-oħra billi ħadem bis-sħiħ sabiex ji'i żgurat illi fil-bidu tas-sena skolastika jkun hemm full complement ta' l-għalliema fil-livelli kollha kif ukoll pool ta' għalliema sabiex jgħinu fejn ikun hemm xi nuqqasijiet jew biex jingħataw servizzi lil studenti bi bżonnijiet jew ħti'ijiet speċjali.

Matul l-ewwel sena tal-Partit Nazzjonalista mill-'did fil-Gvern, il-Ministeru għal Għawdex ikkummissjona rapport minn Perit fejn 'ie mfassal pjan ta' azzjoni dettaljat f'dak li jirrigwarda manutenzjoni u bini fi skejjel. Permezz ta' dan il-pjan, l-iskejjel f'Għawdex qed ji'u mgħammra b'faċilitajiet mill-aktar moderni filwaqt li l-istudenti u l-għalliema qed jibbenefikaw minn ambjent aktar akkoljenti u attraenti. Fl-iskola Primarja tal-Qala sar tibdil fis-sistemi ta' l-elettriku u ta' l-ilma kif ukoll l-immodernizzar fis-Sala ewlenija ta' l-Iskola, li tinkludi wkoll toilet facilities, dressing rooms, clinic u librerija pubblika. Inbnew ukoll toilet facilties 'odda kif ukoll Uffiċċju Amministrattiv 'did. Fl-Iskola Primarja Sannat u fl-iSpecial Unit ta' Sannat saru diversi xogħolijiet li waslu fi stat avvanzat ħafna. Dawn jinkludu twieqi 'odda double-glazed ta' l-aluminium sabiex jilqgħu kontra r-riħ kiesaħ prevalenti, kostruzzjoni ta' rampi minflok tara' f'partijiet mill-iskola għall-iffaċilitar ta' aċċess minn persuni b'diżabilita`, kif ukoll kuritur 'did sabiex jgħaqqad b'mod intern is-sezzjoni ta' l-iSpecial Unitmal-kumplament tal-iskola. Fl-iskola Primarja tar-Rabat, minbarra li sar xogħol ta' manutenzjoni 'enerali, żdiedu l-faċilitajiet għal persuni b'diżabilita` permezz ta' bibien usa u l-eliminazzjoni ta' uħud mill-għatiebi u mit-tur'ien, sabiex anke t-tfal bi bżonnijiet speċjali ma ji'ux mċaħħda minn edukazzjoni integrata xierqa. Anke t-toilet facilities 'ew immodifikati sabiex jkunu jistgħu jintużaw minn persuni b'diżabilita'.

Il-ma''oranza ta' dawn ix-xogħlijiet qed isiru minn ħaddiema tal-Gvern.

Fl-Iskejjel Sekondarji Agius De Soldanis u Ninu Cremona sar tibdil sħiħ fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-gazz fil-laboratorji tax-Xjenza.

Il-kurituri kollha tal-Kumpless Ninu Cremona, li ħafna minnhom kienu esterni, ingħalqu permezz ta' egħluq bl-aluminium filwaqt li blokk sħiħ ta' din l-iskola 'ie miżbugħ kollu u offra dehra ferm isbaħ u li tilqgħek. Il-Home Economics Room 'iet attrezzata aħjar u mkabbra sabiex takkomoda n-numru akbar ta' studenti li qegħdin juru nteress f'dan is-su''ett filwaqt li sar ukoll refurbishment 'enerali fil-klassijiet ta' l-istess skola.

Fiċ-Ċentru għal Studji Post-Sekojndarji Sir Mikelan' Refalo 'ew introdotti żew' korsijiet 'odda, li huma Accounting Technician Course, u Electrical and Electronics Engineering. Minbarra x-xogħol ta' manutenzjoni u dekorazzjoni f'dan il-kumpless sabiex anke dan iċ-Ċentru jingħata dehra aħjar u jkun jista' joffri ambjent li jilqa' lill-istudenti li jagħżlu li jsegwu l-korsijiet offruti, matul dawn l-aħħar tnax-il xahar kienet għaddejja ħidma kontinwa sabiex jinbnew u jitlestew erba' laboratorji 'odda, tlieta (3) għall-użu tax-Xjenza u wieħed (1) tal-Computers.

Fil-qasam ta' l-Edukazzjoni, matul din l-aħħar sena, skejjel speċjalizzati ntroduċew korsijiet 'odda. Barra minn hekk, għalliema minn diversi skejjel attendew diversi korsijiet ta' taħri' u seminarsapposta għalihom.

It-Teknolo'ija ta' l-Informatika 'iet mogħtija iktar attenzjoni fl-iskejjel kollha t'Għawdex, permezz ta' żieda fil-lezzjonijiet kif ukoll apparat. Hekk per eżempju, fil-klassijiet kollha tal-Year 4 (Primarja) 'ie ntrodott għall-ewwel darba l-istudji fil-Computer.

Il-Ministeru għal Għawdex jenfasizza l-ħtie'a ta' edukazzjoni kontinwa u speċjalizzata, anke għall-adulti. Dan jixhduh ż-żieda fil-korsijiet offruti miċ-Ċentru ta' l-Universita` f'Għawdex, bħalma huma d-Diploma u l-Master fl-Edukazzjoni, kif ukoll it-Tagħlim ta' l-Ingliż bħala Lingwa Barranija.

Matul din l-aħħar sena re'għu bdew isiru l-eżamijiet tax-Xjenza tal-MATSEC f'Għawdex stess. Dan biex jelimina l-inkonvenjent li jiffaċjaw l-istudenti Għawdxin li jkollhom jaqsmu lejn Malta sabiex ikunu jistgħu jagħmlu dawn l-eżamijiet.

Il-Libreriji Pubbliċi t'Għawdex ibbenefikaw minn sistema 'dida kompjuterizzata kif ukoll tagħmir ta' iktar kotba. Dan sabiex jagħtu lill-pubbliku Għawdxi servizz dejjem aħjar, kif inhu l-għan ewlieni tal-Quality Service Charter. Fil-fatt, dan l-aħħar, il-Libreriji Pubbliċi ngħataw 'ieħ u rikonoxximent f'egħluq l-ewwel sena ta' ħidma minn meta 'iet inawgurata s-sistema ta' dan iċ-Charter.

FIL-QASAM TAS-SA'�'�A

Matul din l-aħħar sena, fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex saret it-tkomplija tax-xogħol strutturali u attrezzar f'diversi sezzjonijiet ta' l-isptar.

Ta' min isemmi fost l-oħrajn ix-xogħol intensiv li sar fis-Central Sterile Supplies Department, fid-Dipartiment ta' l-Outpatients u l-Medical Records, fil-Klinika 'dida tal-Podolo'ija, fit-twaqqif ta' Renal Unit għal Għawdex, kif ukoll l-introduzzjoni ta' apparat 'did bħall-Multi-Channel Analyzer u l-Urine Cultures kif ukoll ta' servizzi 'odda fosthom Acupuncture, servizz ta' Nutritionist u Orthodontist, kif ukoll titjib sostanzjali fuq is-servizz eżistenti tal-Laundry.

Fit-Taqsima tas-Saħħa Pubblika, min-naħa l-oħra, saru diversi spezzjonijiet fi stabbilimenti u fabbriki sabiex ti'i assigurata l-i'ene, filwaqt li saru diversi analiżi kliniċi u bakterjolo'iċi.

FIL-QASAM TAT-TURIŻMU

L-għan prinċipali tal-Gozo Tourism Association li 'iet imwaqqfa fuq inizjattiva tal-Ministeru huwa li tippromwovi lil Għawdex bħala destinazzjoni turistika distinta s-sena kollha. Bit-twaqqif tal-Gozo Tourism Association is-settur turistiku f'Għawdex issa għandu leħen kemm fuq bażi re'jonali, kif ukoll fuq bażi nazzjonali. Il-GTA ħadet bosta inizjattivi fosthom l-iscuttling tal-vapur M.V. Xlendi fl-inħawi tal-kosta ta' qrib M'arr ix-Xini, li ċertament iservi bħala attrazzjoni għall-għaddasa li qed iżuru lil Għawdex sabiex jipprattikaw dan l-isport favorit tagħhom.

Il-Gozo Tourism Association ikkummisjonat studju, li sar mill-konsulenti Ingliżi Stevens & Associatesfejn 'ie analizzat il-prodott offrut fil-preżent, 'ew identifikati l-miri għal Għawdex, u mfassal pjan ta' azzjoni sabiex l-Assoċċjazzjoni tkun tista' tindirizza aħjar il-problemi li jiltaqa' magħhom is-settur turistiku f'Għawdex. Dan l-istudju ser ikun il-qafas li fuqu ser tkompli taħdem il-Gozo Tourism Association, flimkien mal-Ministeru għal Għawdex, il-Ministeru tat-Turiżmu, u l-Awtorita` tat-Turiżmu Maltija.

Matul din l-aħħar sena, il-Gozo Tourism Association skond ftehim illi sar mal-Ministeru għal Għawdex, irrapreżentat lil Għawdex f'fieri internazzjonali bħal dawk ta' Berlin, Milan u Londra.

Matul dan is-sajf 'ie ppubblikat ktieb ta' gwida turistika dwar Għawdex, bl-isem ta' Gozo – Island of Myth and Miracles li ser iservi sabiex Għawdex ikun reklamat barra minn Malta b'mod iktar effettiv.

Bejn Jannar u Awwissu ta' din is-sena, il-vapuri tal-Gozo Channel 'arrew 2,127,852 passi''ier u 495,976 karozza. Għalkemm il-Gozo Channel Co. Ltd. ma taqax direttament taħt ir-responsabbilita tal-Ministeru għal Għawdex, hija ta' mportanza kbira għal Għawdex peress li kull miżura li tieħu din il-kumpanija taffettwa b'xi mod mhux biss it-trasport lejn Għawdex iżda wkoll ir-realta` ekonomika u soċjali tal-gżira. L-introduzzjoni tal-vapur Ta' Pinu, kif ukoll tas-servizzi u faċilitajiet 'odda ntrodotti mill-kumpanija Gozo Channel, ċertament għenu sabiex il-komunikazzjoni bejn il-gżejjer titjieb mhux bil-ftit.

Ta' kull sena, festi popolari bħall-Għid u Santa Marija j'ibu magħhom influss qawwi ta' turiżmu lejn Għawdex. Għal dawn il-jiem il-Ministeru għal Għawdex iħejju ruħu b'mod partikolari billi jassigura li s-servizzi infrastrutturali jitħaddmu u jingħataw bl-aktar mod effiċċjenti possibbli. Dan ukoll billi nieda linja tat-telefon temporanja apposta għal każi ta' emer'enza.

Il-ftuħ tal-Gozo Office f'Malta, illi fetaħ il-Ministeru għal Għawdex bil-għajnuna tal-Bank of Valletta, huwa punt ta' riferiment għall-Għawdxin f'Malta filwaqt li jservi ukoll bħala sors ta' informazzjoni dwar il-gżira anke f'Malta.

Il-Ministeru għal Għawdex qiegħed jipprepara wkoll għat-tnedija eventwali ta' Website għal Għawdex, illi mhux biss tippromwovi lill-gżira bħala destinazzjoni turistika għaliha, imma wkoll isservi ta' pont li jgħaqqad lill-Għawdxin u l-emigranti Għawdxin.

FIL-QASAM AGRIKOLU

Fil-Biċċerija u fil-Pitkalija t'Għawdex saru diversi xogħolijiet matul din l-aħħar sena sabiex mhux biss ti'i assigurata iktar i'ene fil-qasam agrikolu u t-trobbija ta' l-annimali, iżda sabiex il-pubbliku ji'i moqdi aħjar. Għal dan il-għan, il-ħinijiet tal-ftuħ tal-Pitkalija 'ew riveduti sabiex issa jinsabu miftuħa għall-pubbliku anke filgħaxijiet u nhar ta' Sibt. Sar anke kisi bit-tarmac fil-Pitkalija u fil-bitħa tal-Cold Stores.

Għas-settur agrikolu, il-Ministeru għal Għawdex jieħu ħsieb sabiex jgħin fil-kisi u l-aċċess iffaċilitat għal rampi u passa''i li jagħtu għall-egħlieqi, kif ukoll bini mill-'did ta' ħitan tas-sejjieħ u retaining walls.

Bħal kull sena, il-Ministeru għal Għawdex għen bis-sħiħ lill-Gozo Agricultural, Industrial and Cultural Society fl-organizzazzjoni tal-wirja annwali tal-Biedja u Snajja'. Din is-sena, in-numru ta' nies li attendew din il-wirja kien l-ogħla wieħed għal dawn l-aħħar ħames snin.

Anke l-industrija tas-Sajd tibbenefika minn għajnuna annwali mill-Ministeru għal Għawdex permezz ta' sussidji u grants li jigħataw lil dan is-settur, flimkien ma' xogħol imwettaq b'konnessjoni ma' slipways, winches u rampi.

G'�AL AMBJENT A'�JAR

Fuq inizzjativa tal-Ministru għal Għawdex 'ew imwaqqfa tlett Kumitati bil-għan li jfasslu pjanijiet ta' azzjoni u jimplimentaw policies u pro'etti favur ambjent aħjar. B'mod partikolari, dawn il-Kumitati għandhom jaraw li l-indafa li Għawdex huwa tassew magħruf għaliha tkompli tinżamm fil-gżira.

Bħal kull sena, is-sezzjoni tal-Beach Cleaning ħadet ħsieb sabiex tassigura li l-bajjiet u n-naħat tal-madwar jinżammu ndaf, b'mod partikolari fix-xhur popolari tas-sajf.

Il-problemi ta' natura ambjentali f'Għawdex, ji'ifieri dawk ikka'unati mid-tfigħ ta' radam illegali fid-Dwejra u x-XagħraRefuse Centre qegħdin ji'u mogħtija l-importanza meħtie'a sabiex fi żmien qarib tinstab soluzzjoni long-term għalihom it-tnejn. Fil-fatt, bħalissa għaddejjin diversi laqgħat ma' awtoritajiet u persuni konċernati sabiex jinstabu r-rimedji neċessarji.

Bħalissa, f'Għawdex għaddejja ħidma ntensiva fit-twettiq tal-pro'ett għall-bini ta' Master Plan tad-Drena'' f'Għawdex. Fil-fatt, matul din l-aħħar sena saru diversi xogħolijiet b'konnessjoni mas-sistema tad-drena'' tal-gżira fosthom fir-Rabat u f'diversi rħula bħall-Qala, Żebbu' u Għarb.

TOROQ U PROĠETTI

Matul din l-aħħar sena saru diversi xogħolijiet in konnessjoni ma' patching, kisi bit-tarmac, formazzjoni, twessiegħ u livellar tat-toroq f'lokalitajiet diversi f'Għawdex.

Saret ukoll ħidma ntensiva sabiex isir refurbishment permezz ta' roundabouts, railings, street furniture u dekorazzjonijiet oħra, kif ukoll ta' bini ta' bankini f'bajjiet u lokalitajiet tal-gżira.

Konxju tal-problema ta' nuqqas ta' spazju għall-parking fir-Rabat, il-Ministeru għal Għawdex sab soluzzjoni temporanja billi fix-xhur tas-sajf infetħu l-grounds ta' l-iskejjel tal-perka''. Il-Ministru għal Għawdex ipproponiet memorandum lill-Kabinett fil-laqgħa tiegħu f'Għawdex li ressaq proposta għal pro'ett għat-twaqqif ta' Ċentru Komunali t'Għawdex fejn mhux biss jinbena multi-storey underground parking iżda wkoll faċilitajiet soċjali u komunali għal attivitajiet u opportunitajiet ta' xogħol fil-gżira. Dan il-pro'ett 'ie approvat mill-Kabinett u qed isiru l-preparamenti meħtie'a sabiex ji'i mwettaq.

L-iżvilupp fil-gżira Għawdxija jsir mhux biss bi pro'etti nfrastrutturali iżda b'mod partikolari bit-tisħiħ ta' faċilitajiet u servizzi offruta. Għal dan il-għan, il-Ministeru għal Għawdex u l-Korporazzjoni Enemalta, qed jaħdmu bis-sħiħ sabiex permezz ta' submarine cable u inizjattivi oħra 'did ti'i assigurata l-provvista ta' l-elettriku b'saħħitha fil-gżira.

KULTURA U SPORT

Il-Ministeru għal Għawdex huwa responsabbli mhux biss mill-organizzazzjonijiet ta' attivitajiet ta' natura kulturali u sportivi imma anke tal-manutenzjoni ta' siti storiċi bħall-Ġgantija u ċ-Ċittadella, kif ukoll tal-Kumpless Sportiv t'Għawdex flimkien ma' ċentri oħra sportivi fl-irħula Għawdxin.

Matul din l-aħħar sena, tkompla x-xogħol ta' restawr u manutenzjoni fiċ-Ċittadella. Tlesta x-xogħol fuq il-Kavallier ta' San Martin, fuq ħitan oħra mad-dawra tas-swar, fuq il-faċċata tal-Armerija, xogħol ta' restawr fuq il-faċċata tal-Mużew tal-Folklor, xogħol ta' tiswija fuq żew' ħitan esterni tal-mużew tax-Xjenza Naturali u 'iet istallata recording system mas-C.C.T.V. System tal-Mużew ta' l-Arkeolo'ija, kif ukoll fil-Mitħna Ta' Kola fix-Xagħra bil-għan li ti'i mtejba s-sigurta` f'dawn iż-żew' postijiet.

It-tempji tal-Ġgantija f''�awdex huma meqjusa bħala l-eqdem strutturi tal-'ebel fid-dinja li għadhom weqfin. Barra minhekk, huma l-aktar monument storiku miżjur mill-pubbliku fil-Gżejjer Maltin. Skond rapport li sar mill-Periti Konsulenti ppreżentat lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, 'ie stabbilit li t-tempji tal-Ġgantija huma fost l-aktar tempji li qegħdin f'sitwazzjoni prekarja u li fuqhom hemm bżonn li tittieħed azzjoni mmedjata. It-tempji tal-Ġgantija qed ji'u kkunsidrati fil-pjan nazzjonali għall-konservazzjoni u protezzjoni tat-tempji megaltiċi tal-gżejjer Maltin.

Fost l-attivitajiet kulturali organizzati matul din l-aħħar sena jispikkaw b'mod partikolari dawk imtellgħin bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millennju.

Fil-qasam sportiv saru diversi xogħolijiet mhux biss relatati ma' manutenzjoni u kostruzzjoni f'diversi lokalitajiet fosthom il-Kumpless Sportiv, iżda wkoll 'ew organizzati diversi attivitajiet ta' natura sportivi bħal Skola Sport, u attivitajiet oħra organizzati mill-Bord Sportiv Għawdxi.

FIL-QASAM SOĊJALI

Sabiex ti'i assigurata għajnuna lill-volontarjat fil-gżira, il-Ministeru għal Għawdex fetaħ

Ċentru għal Għaqdiet non-Governattivi illi jistgħu jagħmlu użu minnu fit-twettieq tal-ħidma tagħhom fl-oqsma soċjali, kulturali, reli'jużi u oħrajn.

Matul is-sena 1999, li kienet is-Sena Internazzjonali ta' l-Anzjani organizzata min-Nazzjonijiet Uniti, inbdew diversi inizjattivi favur l-anzjani f'Għawdex, illi tkomplew matul is-sena elfejn flimkien ma' inizjattivi 'odda ntrodotti fl-aħħar xhur.

Għalhekk, matul din l-aħħar sena, l-inizjativi meħuda favur l-anzjani f'Għawdex kienu jinkludu s-Servizz tal-Platt Sħun, l-Universita` tat-Terza Eta` f'Għawdex, Ċentru ta' matul il-Jum, pre-retirement courses, studju dwar in-nisa anzjani f'Għawdex kif ukoll l-implimentazzjoni tal-Quality Service Charter. Anke f'dan il-qasam, matul din l-aħħar sena, ingħata l-'ieħ u rikonoxximent f'egħluq l-ewwel sena ta' ħidma minn meta 'iet inawgurata s-sistema ta' dan iċ-Charter.

B''�ARSA LEJN L-UNJONI EWROPEA

B'ħarsa lejn is-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja, il-Ministeru għal Għawdex ħejja memorandum lill-Kabinett b'su''erimenti u kunsiderazzjonijiet li għandhom jittieħdu favur Għawdex sabiex il-gżira tkun tista' tibbenefika bl-aħjar mod possibbli meta Malta tissieħeb ma' l-Unjoni Ewropeja. Il-Ministeru għal Għawdex jemmen li Għawdex jista' jibbenefika ħafna minn sħubija fl-Unjoni Ewropeja. Iżda s-sħubija jeħtie' li tkun akkompanjata minn numru ta' policies adegwati li jieħdu in kunsiderazzjoni kemm id-daqs tal-gżira kif ukoll l-insularita` doppja tagħha. Il-Kabinett approva l-proposta tal-Ministru u b'riżultat ta' dan, ser ikun preżentant każ speċjali għal Għawdex fin-negozjati ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropeja. Il-Gvern qabel ukoll li fin-negozjati, tajjeb li Malta jkollha l-flessibbilita` li joffrilha protokoll speċjali dwar Għawdex bl-iskop li dan jiddaħħal fit-trattat ta' sħubija.

AMMINISTRAZZJONI TAL-MINISTERU G'�AL G'�AWDEX

Għalkemm ħafna mis-sezzjonijiet għat-tmexxija tal-gżira jaqgħu direttament taħt ir-responsabbilta` tal-Ministeru għal Għawdex, xorta waħda għad jeżisti lok għal ri-organizzazzjoni tal-mudell organizzativ għal Għawdex. Il-Kabinett approva memorandum li permezz tiegħu ser iseħħu xi tibdiliet le'islattivi neċessarji sabiex il-Ministeru għal Għawdex ikun f'pożizzjoni aħjar li jamministra lill-gżira.

Fl-istess waqt, ta' sikwit matul is-sena jsiru diversi laqgħat bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Kunsilli Lokali Għawdxin sabiex l-amministrazzjoni tal-gżira, kemm lokali kif ukoll ċentrali, ti'i mplimentata bl-aħjar mod possibbli.

F'Għawdex huma 14-il Kunsilli Lokali responsabbli minn diversi lokalitajiet madwar il-gżira. Il-Ministeru għal Għawdex jaħdem id f'id mal-Kunsilli lokali sabiex mhux biss jgħinhom billi jipprovdilhom ħaddiema mill-Construction and Maintenance Unit imma anke jiddjaloga magħhom sabiex il-funzjonijiet tat-tnejn ikunu jistgħu jinqdew aħjar. Isiru laqgħa fuq bażi regolari bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Kunsilli lokali sabiex ji'u diskussi temi ta' mportanza għal Għawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow