Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU TAL-GUSTIZZJA U GVERN LOKALI JHABBAR DETTALJI TAL-FTEHIM DWAR TARIFFI GODDA MAL-KAMRA TA' L-AVUKATI U MAL-KAMRA TAL-PROKURATURI LEGALI

PR1264
Date Icon 28/09/2000

Il-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali jħabbar li wara diskussjonijiet li saru l-'imgħa l-oħra kemm mal-Kamra ta' l-Avukati u mal-Kamra tal-Prokuraturi Legali, hemm qbil sħiħ dwar it-tariffi 'odda tal-kawżi u atti legali oħra.

Il-ftehim milħuq bażikament jipprovdi li:

it-tariffi tal-kawżi jibqgħu kif ippubblikati mill-Ministeru;

it-tariffi ta' ċertu atti u servizzi li m'humiex parti minn kawża bħal ittri uffiċjali, ċedoli ta' depożitu u kopji, jkunu a''ustati;

avukat li l-Qorti ssib li jkun tawwal l-proċeduri bla bżonn, minflok ikun immultat għandu jintbagħat quddiem il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.

Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, Dr. Austin Gatt, jieħu din l-opportunit'� biex jinnota li t-tibdil fit-tariffi tal-kawżi sar bi ħsieb li ma jbatix min għandu l-inqas mezzi, u b''ustizzja soċjali qawwija. Dan jixhdu l-fatt li:

Kawżi ta' separazzjoni , manteniment, filjazzjoni, dwar ħlas ta' pagi jew danni personali u kawżi oħra, ser ji'u jiswew biss Lm50, fejn qabel kienu jħallsu ħafna aktar;

Kawżi taħt l-Lm1,500 se jħallsu biss Lm10 ladarba l-Parlament japprova l-emendi għall-Li'i li għandu quddiemu.

Il-Ministru Gatt temm billi rringrazzja lill-Kamra ta' l-Avukati u kif ukoll lill-Kamra tal-Prokuraturi Legali, għall-laqgħat kordjali li kien hemm bejniethom u għas-su''erimenti konkreti li huma ressqu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow