IL-JUM DINJI TA' L-ANZJANI
L-attivitajiet li jfakkru l-ewwel ta' Ottubru, il-"Jum Dinji ta' l-Anzjani" kif iddikjarat min-Nazzjonijiet Uniti komplew il-lum.
Madwar 600 anzjan u anzjana l-lum iltaqghu fid-Day Centre ta' l-Imtarfa fejn giet organizzata lilhom "LEJLA MALTIJA". Biex jallegraw lill-anzjani li jattendu id-9 Day Centres tal-Gvern - Mtarfa, B'Kara, Dingli, Qormi, Hamrun, Sliema Zejtun Zurrieq, u Bormla, kien hemm id-duo Benny & Tonia u l-kantant Enzo Guzman.
L-attivita' tal-lum tifforma parti minn gimgha ta' attivitajiet li jfakkru il-Jum Dinji ta' l-Anzjani. Nhar it-Tnejn, 25 ta' Settembru, fit-Teatru tar-Residenza San Vincenz de Paul, sar il-ftuh tal-wirja ta' Standardi ta' madwar 60 Kazini tal-Banda, kif ukoll wirja ta' minjaturi ta' l-emblemi tal-istess Kazini tal-Banda. Wara sar kuncert mill-Banda Anici ta' Hal-Qormi.
L-Onor. Antoine Mifsud Bonnici Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, waqt id-diskors tieghu qal li l-attendenza daqstant numeruza ta' anzjani f'din l-okkazjoni, kif ukoll fl-attivitajiet l-ohra, turi li l-iskop li ghandu l-Ministeru fil-qasam ta' l-anzjani, li jara li kemm jista' jkun numru dejjem akbar ta' anzjani jippartecipaw f'okkazjonijiet bhal dawn u b'hekk juru li ghadhom anzjani attivi, qieghed ikollu success.
Dr Mifsud Bonnici qal li id-Day Centres qed jiffunzjonaw tajjeb u allura l-anzjani isibu dik l-ghajnuna mehtiega biex ikunu jistghu jghixu f'darhom, fil-komunita' li trabbew fiha, kif ukoll jeqirdu dik is-solitudini li jistghu isibu ruhhom fiha.
L-attivitajiet ghal-Jum Dinji ta' l-Anzjani jkomplu bic-cerimonja tat-thabbir u l-ghoti tal-Premju ANZJAN TAS-SENA li ser issir nhar il-Gimgha, 29 ta' Settembru 2000, fit-Teatru tar-Residenza San Vincenz de Paul.. Il-Hadd, l-1 ta' Ottubru fil-kappella ta' SVPR fid-9.30 a.m. ser issir quddiesa ghall-anzjani li ser tixxandar diretta fuq it-TV, kif ukoll nhar it-Tnejn, 2 ta' Ottubru meta l-anzjani mid-Day Centres jiltaqghu gewwa Paceville fl-"Axis Disco".
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN